Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport
Search the guide

Dibattitu ta’ orjentazzjoni Jean Monnet

Networks tematiċi kbar fl-Edukazzjoni Għolja se jkollhom, l objettiv primarju li jiġbru, jikkondividu u jiddiskutu s-sejbiet tar-riċerka, il-kontenut tal-korsijiet , l esperjenzi, u l-prodotti (studji, artikoli, eċċ.) mas-sħab. Kull network se jistabbilixxi għodda li tippermetti lis-sħab jikkondividu x-xogħlijiet akkademiċi tagħhom u jwettqu eżerċizzji ta’ rieżami bejn il-pari, u se jikkummenta wkoll dwar id-dokumenti ppubblikati. Il-koordinatur tan-network se jagħżel regolarment l-aktar riżultati innovattivi u interessanti li għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni.

Fl-2023 huma previsti tliet networks tematiċi:

  • In-Network Jean Monnet dwar il-politika interna: It-Trasformazzjoni Diġitali fl-Ewropa
  • In-Network Jean Monnet dwar il-politika esterna: Il-Valuri u d-Demokrazija
  • In-Network Jean Monnet dwar il-politika esterna: UE-Afrika

L-għan aħħari tan-networks tematiċi huwa li jipprovdu feedback regolari (eż. bullettin online) dwar l-aktar prattiki avvanzati u innovattivi fil-qasam, li jappoġġaw u jżidu l-valur għad-dibattitu.

In-networks Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ se jrawmu l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ networks ta’ skejjel u istituzzjonijiet tal-VET li għandhom l-għan li jiskambjaw prattiki tajba, jikkondividu l-esperjenzi kemm dwar il-kontenut kif ukoll dwar il-metodoloġiji u jibnu għarfien fit-tagħlim ta’ kwistjonijiet Ewropej. In-networks għandhom jiffokaw b’mod partikolari fuq it-twassil tal-fatti u l-għarfien dwar l-UE lill-istudenti tagħhom b’mod innovattiv u kreattiv.

L-applikanti fil-mira ta’ din is-sejħa huma skejjel u istituti ta’ taħriġ vokazzjonali stabbiliti fi Stat Membru tal-UE jew f’pajjiż terz assoċjat mal-programm.

Networks tematiċi fl-Edukazzjoni Għolja

Il-kriterji tal-eliġibbiltà li ġejjin japplikaw għan-networks Jean Monnet fl-edukazzjoni għolja

Min jista’ japplika?

Għan-network dwar kwistjonijiet interni tal-UE: It-Trasformazzjoni Diġitali fl-Ewropa, l-applikanti (koordinatur u sħab sħaħ) jeħtiġilhom ikunu:

  • istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja (HEI) li jkollha ECHE valida;
  • stabbilita fi Stat Membru tal-UE jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm

Għan-network dwar kwistjonijiet ta’ politika esterna: Il-Valuri u d-Demokrazija, l-applikanti (koordinatur u sħab sħaħ) jeħtiġilhom ikunu:                  

  • istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja (HEI);
  • stabbiliti fi Stat Membru tal-UE, f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm jew f’pajjiż terz mhux assoċjat mal-Programm;

Il-HEIs stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE u f’pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm irid ikollhom ECHE valida. L-ECHE ma hijiex meħtieġa għall-HEIs parteċipanti f’pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm

Eċċezzjoni: l-organizzazzjonijiet mill-Belarussja (ir-Reġjun 2) u mill-Federazzjoni Russa (ir-Reġjun 4) ma humiex eliġibbli biex jipparteċipaw f’din l-azzjoni.

Għan-network dwar kwistjonijiet ta’ politika esterna: UE-Afrika, l-applikanti (koordinatur u sħab sħaħ) jeħtiġilhom ikunu:

  • istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja (HEI);
  • stabbiliti fi Stat Membru tal-UE, f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm jew fil-pajjiżi terzi li ġejjin mhux assoċjati mal-Programm: il-pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana (ir-reġjun 9); l-Alġerija, l-Eġittu, il-Libja, il-Marokk, it-Tuneżija (ir-Reġjun 3).                        

Il-HEIs stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE u f’pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm irid ikollhom ECHE valida. L-ECHE ma hijiex meħtieġa għall-HEIs parteċipanti f’pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm

Nota Bene għan-Networks kollha: L-istituzzjonijiet Ewropej maħtura (iddefiniti fir-Regolament li jistabbilixxi l-Programm Erasmus+) li jsegwu mira ta’ interess Ewropew ma humiex eliġibbli biex japplikaw taħt din l-Azzjoni.

Kompożizzjoni tal-konsorzju

Għan-network dwar kwistjonijiet interni tal-UE: Trasformazzjoni Diġitali fl-Ewropa, il-proposti jridu jiġu sottomessi:

  • minn konsorzju ta’ mill-inqas 12-il applikant, li minnhom mill-inqas seba’ Stati Membri differenti tal-UE u/jew pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm.  L-entitajiet affiljati ma jgħoddux għall-kriterji minimi tal-eliġibbiltà għall-kompożizzjoni tal-konsorzju.

Għan-network dwar kwistjonijiet ta’ politika esterna: Valuri u d-Demokrazija, il-proposti jridu jiġu sottomessi:

  • minn konsorzju ta’ mill-inqas 12-il applikant li minnhom mill-inqas sitt pajjiżi terzi differenti mhux assoċjati mal-Programm u koperti mill-istrumenti ta’ azzjoni esterna. L-entitajiet affiljati ma jgħoddux għall-kriterji minimi tal-eliġibbiltà għall-kompożizzjoni tal-konsorzju.
  • Il-koordinatur irid ikun stabbilit fi Stat Membru tal-UE u/jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm.

Għan-network dwar kwistjonijiet ta’ politika esterna: UE-Afrika, il-proposti jridu jiġu sottomessi:

  • minn konsorzju ta’ mill-inqas 10 applikanti minn mill-inqas 5 pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana differenti (ir-Reġjun 9). Il-koordinatur irid ikun stabbilit fi Stat Membru tal-UE u/jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm.L-entitajiet affiljati ma jgħoddux għall-kriterji minimi tal-eliġibbiltà għall-kompożizzjoni tal-konsorzju.

Durata tal-proġett

Normalment il-proġetti għandhom idumu 36 xahar (jistgħu jsiru estensjonijiet, jekk ikunu ġġustifikati kif xieraq u permezz ta’ emenda).

Fejn napplika?

Mal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA)

ID tas-Sejħa:

  • ERASMUS-JMO-2023-NETWORKS-HEI-EU
  • ERASMUS-JMO-2023-NETWORKS-HEI-NON-EU-VAL-DEM
  • ERASMUS-JMO-2023-NETWORKS-HEI-NON- EU-AFRICA

Meta napplika?

L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal għotja sal-14 ta’ Frar fil-17:00:00 (ħin ta’ Brussell)

Il-kriterji għall-għoti li ġejjin japplikaw għan-Networks:

Rilevanza tal-proġett - (punteġġ massimu ta’ 25 punt)

  • Ir-rilevanza tal-proposta għas-suġġett ta’ prijorità kif definit fis-sejħa;
  • Kemm il-proposta hija xierqa sabiex jitrawwem l-iżvilupp ta’ attivitajiet ġodda ta’ tagħlim, riċerka jew dibattitu
  • L-evidenza tal-valur akkademiku miżjud;

Kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett - (punteġġ massimu ta’ 25 punt)

  • Metodoloġija: il-kwalità, in-novità u l-fattibbiltà tal-attivitajiet proposti
  • Il-kwalità tas-sistema proposta għall-analiżi u r-rieżami tal-produzzjoni akkademika
  • Il-kwalità tal-mudell propost biex jikkontribwixxi għall-politika tal-UE
  • Kemm il-programm ta’ ħidma huwa ppreżentat b’mod ċar, huwa komplet u koerenti, b’attenzjoni dovuta biex jiġi ppreżentat l-ippjanar xieraq tal-fażijiet ta’ tħejjija, implimentazzjoni, evalwazzjoni, segwitu u tixrid, 
  • Kemm ir-riżorsi assenjati għall-attivitajiet huma konformi mal-objettivi u r-riżultati tanġibbli tagħhom.
  • Strateġija ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

Kwalità tas-sħubija u tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni - (punteġġ massimu ta’ 25 punt)

  • Il-kompożizzjoni tan-Network f’termini ta’ kopertura ġeografika u komplementarjetà tal-kompetenzi.
  • Organizzazzjoni interna tas-sħubija:
    • Il-pertinenza u l-komplementarjetà tal-profil u l-għarfien espert tal-parteċipanti involuti fl-attivitajiet proposti, f’konformità mat-tema speċifika indirizzata mill-proposta.
  • L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni u d-distribuzzjoni tar-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti.

Impatt - (punteġġ massimu ta’ 25 punt)

L-impatt mistenni tan-networks li jkollhom effetti fit-tul.

Tixrid u komunikazzjoni:

  • L-adegwatezza u l-kwalità tal-azzjonijiet li għandhom l-għan li jxerrdu l-eżiti tal-attivitajiet fi ħdan u barra l-istituzzjoni involuta fin-networks: 
    • iqajmu sensibilizzazzjoni dwar l-attivitajiet u r-riżultati, itejbu l-viżibbiltà tal-parteċipanti u tal-organizzazzjonijiet,
  • Kemm l-għodod tat-tixrid previsti se jilħqu l-udjenza
    • (inklużi l-media soċjali, pubblikazzjonijiet, eċċ.),
    • avvenimenti.
  • Sostenibbiltà u kontinwazzjoni: il-proposta tinkludi miżuri u riżorsi xierqa biex tiżgura li r-riżultati u l-benefiċċji jkunu sostnuti wara l-ħajja tal-proġett.

Sabiex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, il-proposti jridu jiksbu tal-inqas 70 punt u mill-inqas 15-il punt f’kull kriterju għall-għoti. Il-proposti ex aequo fi ħdan l-istess suġġett se jingħataw prijorità skont il-punteġġi li ngħataw għall-kriterju tal-għoti “rilevanza tal-proġett” u mbagħad “impatt”.

X’inhuma r-regoli ta’ finanzjament?

Din l-azzjoni ssegwi mudell ta’ finanzjament ta’ somma f’daqqa. L-ammont tal-kontribuzzjoni ta’ somma waħda f’daqqa se jiġi ddeterminat għal kull għotja abbażi tal-baġit stmat tal-azzjoni proposta mill-applikant. L-awtorità tal-għoti se tistabbilixxi s-somma f’daqqa ta’ kull għotja bbażata fuq il-proposta, ir-riżultat tal-evalwazzjoni, ir-rati ta’ finanzjament u l-ammont massimu tal-għotja stabbilit fis-sejħa.

Il-kontribuzzjoni massima tal-UE għal kull network dwar il-kwistjonijiet interni tal-UE hija ta’ EUR 1,000,000

Il-kontribuzzjoni massima tal-UE għal kull network dwar il-kwistjonijiet ta’ politika esterna hija ta’ EUR 1,200,000

Kif tiġi ddeterminata s-somma f’daqqa tal-proġett?

L-applikanti jeħtiġilhom jimlew tabella tal-baġit dettaljata skont il-formola tal-applikazzjoni, filwaqt li jqisu l-punti li ġejjin:

  • Il-baġit għandu jkun dettaljat kif meħtieġ mill-benefiċjarju/i u organizzat f’pakketti ta’ ħidma koerenti (pereżempju maqsum f’“ġestjoni tal-proġetti”, “taħriġ”, “organizzazzjoni tal-avvenimenti”, “preparazzjoni u implimentazzjoni tal-mobbiltà”, “komunikazzjoni u tixrid”, “assigurazzjoni tal-kwalità”, eċċ.);
  • Il-proposta trid tiddeskrivi l-attivitajiet koperti minn kull pakkett ta’ ħidma;
  • Fil-proposta tagħhom, l-applikanti jeħtiġilhom jipprovdu tqassim tal-kostijiet stmati li juru s-sehem għal kull pakkett ta’ ħidma (u, fi ħdan kull pakkett ta’ ħidma, is-sehem assenjat lil kull benefiċjarju u entità affiljata);
  • Il-kostijiet jistgħu jkopru l-kostijiet tal-persunal, il-kostijiet tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, il-kostijiet tat-tagħmir u tas-subkuntrattar kif ukoll kostijiet oħrajn (bħat-tixrid tal-informazzjoni, il-pubblikazzjoni jew it-traduzzjoni).

Il-proposti se jiġu evalwati skont il-proċeduri ta’ evalwazzjoni standard bl-għajnuna tal-esperti interni u/jew esterni. L-esperti se jivvalutaw il-kwalità tal-proposti, skont ir-rekwiżiti definiti fis-sejħa u l-impatt, il-kwalità u l-effiċjenza mistennija tal-azzjoni

Wara l-evalwazzjoni tal-proposta, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni se jistabbilixxi l-ammont tas-somma f’daqqa, filwaqt li jqis is-sejbiet tal-valutazzjoni mwettqa. Il-valur tas-somma f’daqqa se jkun limitat għal massimu ta’ 80 % tal-baġit stmat iddeterminat wara l-evalwazzjoni.

Il-parametri tal-għotja (l-ammont massimu tal-għotja, ir-rata ta’ finanzjament, il-kostijiet totali eliġibbli, eċċ.) se jiġu stabbiliti fil-Ftehim ta’ Għotja.

Il-kisbiet tal-proġett se jiġu evalwati fuq l-eżiti mwettqa. L-iskema ta’ finanzjament tippermetti li ssir enfasi fuq l-outputs aktar milli fuq l-inputs, u b’hekk titqiegħed enfasi fuq il-kwalità u l-livell tal-kisba tal-objettivi li jistgħu jitkejlu.

Aktar dettalji huma deskritti fil-mudell tal-Ftehim ta’ Għotja disponibbli fil-Portal tal-Opportunitajiet ta’ Finanzjament u ta’ Offerti (FTOP).

Tagged in:  Jean Monnet