Parti B - Informazzjoni dwar l-azzjonijiet koperti minn din il-gwida
Din il-parti tal-Gwida tal-Programm Erasmus+ fiha l-informazzjoni li ġejja għall-Azzjonijiet u l-attivitajiet kollha koperti mill-Programm:
- deskrizzjoni tal-objettivi u l-impatt mistenni tagħhom
- deskrizzjoni tal-attivitajiet appoġġati
- tabelli li jippreżentaw il-kriterji li jintużaw biex jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet għall-proġett
- informazzjoni addizzjonali siewja sabiex ikollhom fehim tajjeb tat-tip ta’ proġetti appoġġati
- deskrizzjoni tar-regoli ta’ finanzjament.
Qabel ma japplikaw, l-applikanti huma avżati sabiex jaqraw t-taqsima kollha dwar l-Azzjoni li taħtha jkunu jixtiequ japplikaw bir-reqqa, kif ukoll jiffamiljarizzaw ruħhom mal-informazzjoni ġenerali dwar il-prijoritajiet, l-objettivi u l-karatteristiċi ewlenin tal-programm.
Liema azzjonijiet huma ppreżentati f’din il-gwida?
It-taqsimiet “Azzjoni Ewlenija 1”, “Azzjoni Ewlenija 2” u “Azzjoni Ewlenija 3” jippreżentaw l-Azzjonijiet li ġejjin:
Azzjoni Ewlenija 1: Il-mobbiltà għall-apprendiment tal-individwi
- Proġetti ta’ mobbiltà għall-istudenti u l-persunal fl-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET, vocational education and training), l-edukazzjoni fl-iskejjel, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ
- Akkreditazzjonijiet tal-Erasmus fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja, il-VET, l-edukazzjoni fl-iskejjel u l-edukazzjoni għall-adulti u fil-qasam taż-żgħażagħ
- L-attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ
- Azzjoni ta’ Inklużjoni ta’ DiscoverEU
- Il-mobbiltà tal-persunal fil-qasam tal-isport
- Skambji virtwali fl-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ.
Azzjoni Ewlenija 2: Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet
- Sħubijiet għall-Kooperazzjoni, li jinkludu:
- Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni
- Sħubijiet fuq skala Żgħira.
- Sħubijiet għall-Eċċellenza, li jinkludu:
- Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali
- Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+
- Azzjoni Erasmus Mundus.
- Sħubijiet għall-Innovazzjoni:
- Alleanzi għall-Innovazzjoni
- Il-Bini tal-Kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport
- Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ.
Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni
- Żgħażagħ Ewropej Flimkien.
Azzjonijiet Jean Monnet
- Azzjonijiet Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja
- Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u tat-taħriġ.
Barra minn hekk, xi azzjonijiet tal-Programm jiġu implimentati permezz ta’ sejħiet speċifiċi għal proposti ġestiti direttament mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+ u żur is-siti web tal-Kummissjoni1 u tal-Aġenzija Eżekuttiva2 .
- Il-Kummissjoni Ewropea – Erasmus+: https://erasmus-plus.ec.europa.eu/mt ↩ back
- L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura: https://www.eacea.ec.europa.eu/index_mt ↩ back