Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Tweġiba għall-mistoqsijiet tiegħek

Hawn taħt għandek issib it-tweġibiet għal uħud mill-aktar mistoqsijiet li saru dwar il-programm Erasmus+. Din hi biss għażla għalhekk jekk jogħġbok iċċekkja t-taqsima Opportunitajiet jew ikkuntattja lit-taqsima Kuntatt, jekk ma tistax issib dak li qed tfittex.

Ibbrawżja l-mistoqsijiet biex tara jekk it-tweġiba li qed tfittex diġà teżistix.

Mistoqsijiet frekwenti

Individwi mill-Iżlanda, mil-Liechtenstein, mill-Maċedonja ta’ Fuq, min-Norveġja, mis-Serbja jew mit-Turkijajistgħu jipparteċipaw fil-biċċa l-kbira tal-opportunitajiet peress li dawn il-pajjiżi mhux tal-UE huma assoċċjati mal-programm Erasmus+.

Għal individwi minn pajjiżi oħra li mhumiex fl-UE hemm xi opportunitajiet, pereżempju Lawrji Master Konġunti tal-Erasmus Mundus jew id-dimensjoni internazzjonali tal-iskambju tal-istudenti u tal-istaff (jekk l-università tiegħek tieħu sehem) u tal-iskemi ta’ skambju taż-żgħażagħ.

Int se jkollok bżonn tiċċekkja l-paġni ta’ opportunità għal aktar informazzjoni, billi l-eliġibilità tvarja bejn l-opportunitajiet.

L-organizzazzjonijiet mill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tad-dinja, inklużi l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Afrika, jistgħu jipparteċipaw fil-Programm. L-eliġibilità tvarja minn opportunità għal opportunità għalhekk hu l-aħjar li tivverifika l-informazzjoni fil-paġna ta’ opportunità, jew fil-Gwida tal-Programm.

Il-proċess ta’ applikazzjoni għal Erasmus+ ivarja skont jekk intix individwu jew organizzazjoni u jiddependi fuq jekk l-opportunità ta’ finanzjament hix immaniġġjata mill-Aġenziji Nazzjonali jew mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura. Aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ applikazzjoni, inklużi templates u formoli ta’ applikazzjoni mudell, jinsabu fit-taqsima Kif tapplika.

Jekk inti organizzazzjoni li qed tieħu sehem fl-Erasmus+ tista’ tuża l-għodda għall-Kalkulatur tad-Distanza biex tagħmel dan. Id-distanzi kollha se jintwerew bħala linja dritta.

Jekk jogħġbok ħu nota: L-applikanti ma għandhomx jużaw dan biex jiddeterminaw kemm għandhom jirċievu finanzjament. Dawn l-ammonti jiddependu fuq fatturi varji, inklużi l-ispejjeż amministrattivi li jsiru mill-organizzazzjonijiet parteċipanti u l-Aġenziji Nazzjonali. 

Id-deċiżjoni finali għall-ammont ta’ għotja relatata mal-vjaġġi b’distanza tittieħed mill-Aġenzija Nazzjonali li tivvaluta l-applikazzjoni.

L-informazzjoni dwar is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Kredits hi disponibbli fis-sit web tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.