Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

L-istudju barra l-pajjiż

L-Erasmus+ jgħin fl-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ studenti u kandidati għad-dottorat.

Dawn iseħħu

  • fil-pajjiżi li huma parti sħiħa mill-programm Erasmus+
  • lejn u minn pajjiżi assoċjati mal-Erasmus+

Għaliex għandek tagħżel li tistudja barra minn pajjiżek

  • tejjeb il-ħiliet ta’ komunikazzjoni, lingwistiċi u interkulturali tiegħek
  • ikseb ħiliet personali apprezzati ħafna mill-impjegaturi
  • ikkombina ma’ traineeship barra mill-pajjiż biex tikseb esperjenza ta’ xogħol

Spjegazzjoni ta’ malajr

Individwi mill-Iżlanda, mil-Liechtenstein, mill-Maċedonja ta’ Fuq, min-Norveġja, mis-Serbja jew mit-Turkijajistgħu jipparteċipaw fil-biċċa l-kbira tal-opportunitajiet peress li dawn il-pajjiżi mhux tal-UE huma assoċċjati mal-programm Erasmus+.

Għal individwi minn pajjiżi oħra li mhumiex fl-UE hemm xi opportunitajiet, pereżempju Lawrji Master Konġunti tal-Erasmus Mundus jew id-dimensjoni internazzjonali tal-iskambju tal-istudenti u tal-istaff (jekk l-università tiegħek tieħu sehem) u tal-iskemi ta’ skambju taż-żgħażagħ.

Int se jkollok bżonn tiċċekkja l-paġni ta’ opportunità għal aktar informazzjoni, billi l-eliġibilità tvarja bejn l-opportunitajiet.

Hemm 2 tipi ta’ pajjiżi fejn l-Erasmus+ huwa attiv.

L-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Dawn jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-programm Erasmus+. Dawn jinkludu l-pajjiżi kollha tal-UE, il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), il-pajjiżi kandidati tal-UE u oħrajn. Qabel kienu jissejħu Pajjiżi tal-Programm.

Il-pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm

Dawn jistgħu jieħdu sehem f’ċerti azzjonijiet tal-Erasmus+. Hemm ħafna minn dawn, li jkopru d-dinja kollha. Qabel kienu jissejħu Pajjiżi Sħab.

Ara l-lista sħiħa tal-pajjiżi eliġibbli

These descriptions determine the countries in which Erasmus+ activities may take place, and which type of activities are possible.

EU Member States and third countries associated to the Programme

These can fully take part in all the actions of the Erasmus+ Programme. They include all EU countries, members of the European Free Trade Association (EFTA), candidate EU countries and others.

Third countries not associated to the Programme

These can take part in certain Erasmus+ actions. There are many of these, spanning the globe.

Kif tapplika

Ma hemm l-ebda formola ta’ applikazzjoni ċentrali biex tistudja barra mill-pajjiż mal-Erasmus+.

Tista’ tikkuntattja lill-uffiċċju internazzjonali jew lill-uffiċċju tal-Erasmus+ tal-università jew tal-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja tiegħek biex tibda l-proċess.

L-istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja tiegħek li tibgħat hija obbligata tagħżel l-applikanti b’mod ġust u trasparenti.

Min jista’ japplika

  • studenti fil-livelli ta’ ċiklu qasir, ta’ Baċellerat u ta’ Masters
  • kandidati għad-dottorat

li huma

  • reġistrati f’istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja li tipparteċipa fil-programm Erasmus+ (niżżel lista ta’ dawn l-istituzzjonijiet)
  • reġistrati fi studji li jwasslu għal lawrja rikonoxxuta jew għal kwalifika ta’ livell terzjarju.

Il-perjodu ta’ studju tiegħek barra l-pajjiż irid ikun

  • rilevanti għall-ħtiġijiet tiegħek ta’ tagħlim u żvilupp personali relatati mal-lawrji
  • parti mill-programm ta’ studju li qed issegwi

Tul ta' żmien

  • mobbiltà għal perjodu twil: minimu ta’ xahrejn sa massimu ta’ 12-il xahar barra l-pajjiż (inklużi mobbiltajiet imħallta b’komponent virtwali)
  • mobbiltà għal perjodu qasir: bejn 5 ijiem u 30 jum barra l-pajjiż (dawn iridu jinkludu mobbiltajiet imħallta)
  • tul ta’ żmien massimu totali: 12-il xahar f’ċiklu ta’ studju wieħed. Huwa possibbli li jsir aktar minn skambju wieħed f’dak il-limitu.

Jekk jogħġbok innota li l-kandidati tad-dottorat biss jistgħu jagħmlu mobbiltà għal żmien qasir mingħajr komponent virtwali.

Għal korsijiet ta' "ċiklu wieħed" bħall-mediċina u l-arkittetura, tista' tmur barra l-pajjiż mal-Erasmus+ għal perjodu ta’ mhux aktar minn 24 xahar.

"Ċiklu" jirreferi għal-livell ta' studju kif definit mill-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK).

Spejjeż u appoġġ finanzjarju

Il-ftehimiet ta’ għotja jiġu ffirmati mill-istituzzjoni li tibgħat jew li tirċievi. Huma japplikaw għall-finanzjament f’isem l-istudenti tagħhom.

Jekk tiġi aċċettat għal għotja, se tiffirma ftehim ta’ għotja għall-parteċipanti magħhom.

L-ammont huwa kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għajxien ta’ kuljum tiegħek.

Id-dettalji ta’ din l-għotja jiddependu fuq ħafna kundizzjonijiet differenti, inklużi

  • id-differenzi fl-għoli tal-ħajja bejn pajjiżek u l-pajjiż tad-destinazzjoni
  • in-numru ta’ studenti li japplikaw għal għotja
  • id-distanza bejn il-pajjiżi u d-disponibbiltà ta’ għotjiet oħra

Bħala student tal-Erasmus+, int eżentat mit-tariffi tat-tagħlim, tar-reġistrazzjoni, tal-eżamijiet, u t-tariffi għall-aċċess għal-laboratorji jew il-libreriji fl-istituzzjoni riċeventi. Xorta jistgħu japplikaw tariffi żgħar tal-assigurazzjoni jew għas-sħubija mal-unjoni tal-istudenti.

Appoġġ ieħor

Hemm ukoll appoġġ extra għall-istudenti li jkunu sejrin fuq traineeship, studenti b’inqas opportunitajiet jew dawk mill-pajjiżi jew reġjuni tal-programm ultraperiferiċi.

Tista' tkun eleġibbli wkoll għal għotjiet addizzjonali mill-istituzzjoni tiegħek, mill-gvern jew minn sorsi oħrajn. 

Żur il-gwida ta' Finanzjament Ewropew jew il-Portali tal-Istudju.

Studenti b’diżabbiltajiet fiżiċi, mentali jew kundizzjonijiet relatati mas-saħħa

Iċċekkja mal-koordinatur tal-Erasmus+ fl-istituzzjoni li tibgħat biex tara jekk tistax tapplika għal finanzjament addizzjonali.

Aqra dwar l-appoġġ għall-inklużjoni

Apprendiment tal-lingwi

L-aċċess għall-Appoġġ Lingwistiku Online tal-Erasmus+ jista’ jgħinek titgħallem il-lingwa użata għall-istudji tiegħek.

Rikonoxximent tal-istudji tiegħek

Qabel il-perjodu ta’ studju tiegħek barra minn pajjiżek, se tiffirma “ftehim ta’ tagħlim għall-istudji” mal-istituzzjonijiet li jibagħtuk u li jilqgħuk. 

Dan

  • jiddefinixxi kif l-attivitajiet tiegħek barra l-pajjiż se jiġu rikonoxxuti
  • jiżgura li t-tħejjijiet ikunu ċari għall-partijiet kollha
  • jistabbilixxi d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tad-diversi partijiet

Se tirċievi wkoll il-Karta tal-Istudenti tal-Erasmus+ li tispjega d-drittijiet u l-obbligi tiegħek.

Wara l-perjodu ta’ studju tiegħek barra l-pajjiż

  • l-istituzzjoni li tilqgħek għandha tagħti lilek u lill-istituzzjoni li tibgħat traskrizzjoni tar-rekords li tikkonferma li lestejt il-mobbiltà u r-riżultati li ksibt
  • l-istituzzjoni li tibgħat tiegħek trid tirrikonoxxi l-krediti (bl-użu tal-krediti ECTS jew sistema ekwivalenti) u tqishom mal-krediti l-oħra lejn il-lawrja tiegħek, mingħajr aktar rekwiżiti
  • il-perjodu ta’ mobbiltà tiegħek għandu jiġi rreġistrat fis-Suppliment tad-Diploma, skont fejn tkun ibbażata l-istituzzjoni tiegħek

Rekwiżiti għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja parteċipanti

L-istituzzjoni li tibgħat u l-istituzzjoni li tirċievi għandu jkollhom ftehim interistituzzjonali.

Iż-żewġ istituzzjonijiet irid ikollhom ukoll il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (jekk ikunu fi Stati Membri tal-UE jew f’pajjiżi terzi assoċjati mal-programm Erasmus+). L-istituzzjonijiet mill-pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm Erasmus+ jimpenjaw ruħhom li jimxu mal-prinċipju tal-Karta meta jiffirmaw il-ftehimiet interistituzzjonali.