Kont taf li jista’ jkollok bżonn tgħaddi minn organizzazzjoni biex tapplika għal kollokament tal-Erasmus+?
Din hija ħarsa ħafifa lejn
- x’tista’ tapplika inti stess
- jekk għandek bżonn l-iskola jew organizzazzjoni oħra tiegħek biex tapplika għalik
Opportunità | Nista’ napplika jien stess? | Min japplika | Kif tapplika |
---|---|---|---|
Studenti, gradwati, żgħażagħ | |||
L-iskambji tal-istudenti | Iva | L-iskambji tal-istudenti | |
Traineeships għall-istudenti barra mill-pajjiż | Iva | Traineeships barra l-pajjiż | |
Erasmus Mundus (post-grad) | Iva | Erasmus Mundus | |
Kollokamenti għal studenti u klassijiet tal-iskola | Le | L-iskola tiegħek | Kollokament ta’ studenti tal-iskola barra mill-pajjiż |
Skambji ta’ żgħażagħ fi grupp | Le | L-organizzazzjoni taż-żgħażagħ tiegħek | Skambji ta’ żgħażagħ fi grupp |
Kollokamenti għal ħaddiema żgħażagħ | Le | L-organizzazzjoni taż-żgħażagħ tiegħek | Taħriġ barra mill-pajjiż għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ |
Studenti tal-VET barra minn pajjiżhom | Le | L-organizzazzjoni tat-taħriġ tal-VET tiegħek | Taħriġ jew studju tal-VET barra mill-pajjiż |
Studenti adulti | Le | L-organizzazzjoni għall-edukazzjoni tal-adulti tiegħek | Kollokamenti fl-edukazzjoni għall-adulti barra mill-pajjiż |
Inkarigi ta’ tagħlim barra mill-pajjiż | |||
Tagħlim universitarju jew tal-edukazzjoni għolja | Le | L-istituzzjoni tiegħek tal-edukazzjoni għolja | Tagħlim universitarju barra mill-pajjiż |
Tagħlim fl-iskejjel | Le | L-iskola tiegħek | Tagħlim fl-iskejjel barra mill-pajjiż |
Tagħlim tal-VET | Le | L-istituzzjoni tal-VET tiegħek | Tagħlim tal-VET barra minn pajjiż |
Tagħlim tal-edukazzjoni tal-adulti | Le | L-organizzazzjoni tiegħek għall-edukazzjoni tal-adulti | Tagħlim ta’ edukazzjoni għall-adulti barra mill-pajjiż |
Inkarigi ta’ taħriġ tal-istaff barra mill-pajjiż | |||
Taħriġ universitarju / tal-edukazzjoni għolja | Le | L-istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja tiegħek | Taħriġ tal-istaff universitarju barra mill-pajjiż |
Edukazzjoni skolastika jew taħriġ | Le | L-iskola tiegħek | Taħriġ fl-edukazzjoni skolastika barra mill-pajjiż |
Taħriġ fil-VET | Le | L-istituzzjoni tal-VET tiegħek | Taħriġ tal-VET barra minn pajjiż |
Tagħlim tal-edukazzjoni tal-adulti | Le | L-organizzazzjoni għall-edukazzjoni tal-adulti tiegħek | Edukazzjoni għall-adulti barra mill-pajjiż |
Taħriġ għal staff sportiv | Le | L-organizzazzjoni sportiva tiegħek | Monitoraġġ/ikkowċjar tal-istaff sportiv barra mill-pajjiż |