Skip to main content

Erasmus+ Programme Guide

The essential guide to understanding Erasmus+

Parti C - Informazzjoni għall-applikanti

L-applikanti potenzjali kollha li beħsiebhom jissottomettu proposta tal-proġett sabiex jirċievu appoġġ finanzjarju mill-UE taħt il-Programm Erasmus+ huma mistiedna jaqraw b’attenzjoni din it-taqsima li hija abbozzata f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea1 (minn hawn ’il quddiem ir- “Regolament Finanzjarju tal-UE”). 

Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali u finanzjarji kollha li japplikaw għall-għotjiet mogħtija huma ppreżentati fil-mudell tal-ftehimiet ta’ għotja, li jsiru disponibbli għal proġetti implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti tal-UE2 u għal proġetti implimentati mill-Aġenziji Nazzjonali fuq is-sit web tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Erasmus+ rilevanti3 . F’każ ta’ diskrepanzi mal-informazzjoni ppreżentata f’din il-Gwida, id-dispożizzjonijiet tal-mudell tal-ftehimiet ta’ għotja jipprevalu fuq dawk tal-Parti C.

  1. Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni), ĠU L, 2024/2509, 26.0.2024. Ir-Regolament Finanzjarju tal-UE jinsab fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:L_202402509 ↩ back
  2. Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti tal-UE:  https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home ↩ back
  3. L-Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus+:  https://erasmus-plus.ec.europa.eu/mt/contacts/national-agencies?facets__permanent%7Cfield_eac_topics=1964 ↩ back