X’għandek tagħmel sabiex tissottometti applikazzjoni tal-Erasmus+?
Biex jissottomettu proġett tal-Erasmus+, l-applikanti għandhom isegwu l-erba’ passi deskritti hawn taħt:
- Reġistrazzjoni. Kull applikant għandu jiġi rreġistrat kif ġej:
- Għal azzjonijiet ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva, l-applikanti, l-entitajiet affiljati u s-sħab assoċjati jridu jirreġistraw fil-portal tal-opportunitajiet ta’ Finanzjament u Offerti (FTOP)u jirċievu Kodiċi tal-Identifikazzjoni tal-Parteċipanti (PIC). Organizzazzjonijiet/gruppi li diġà kisbu PIC permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-UE oħra ma għandhomx għalfejn jirreġistraw mill-ġdid. Il-PIC miksub minn din ir-reġistrazzjoni preċedenti huwa validu wkoll għall-applikazzjoni taħt l-Erasmus+;
- Għal azzjonijiet ġestiti minn Aġenziji Nazzjonali, l-applikanti għandhom, jekk ma għamlux dan, jirreġistraw permezz tas-sistema tar-Reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni https://webgate.ec.europa.eu/erasmus-esc għall-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u jirċievu ID tal-Organizzazzjoni.
- Tivverifika l-konformità mal-kriterji tal-programm għall-Azzjoni/qasam rilevanti;
- Tivverifika l-kundizzjonijiet finanzjarji;
- Imla l-formola tal-applikazzjoni u ibgħat il-formola tal-applikazzjoni.