Biex inressqu lil Erasmus+ kemm jista’ jkun qrib tal-parteċipanti u niżguraw li dan jaħdem sew fil-pajjiżi differenti, l-UE taħdem mal-Aġenziji Nazzjonali biex timmaniġġja l-programm.
L-Aġenziji Nazzjonali huma bbażati fil-Pajjiżi tal-Programm u r-rwol tagħhom jinvolvi:
- l-għoti ta’ informazzjoni dwar Erasmus+
- l-għażla tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati
- il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ Erasmus+
- l-appoġġ lill-applikanti u l-parteċipanti
- il-ħidma ma’ Aġenziji Nazzjonali oħrajn u mal-UE
- il-promozzjoni ta’ Erasmus+
- l-iskambju ta’ stejjer ta’ suċċess u l-aħjar prattiki