Pass 1: Reġistrazzjoni
Għall-azzjonijiet ġestiti mill-aġenzija eżekuttiva
Biex jirreġistra fis-Sistema Elettronika għall-Preżentazzjoni tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti tal-UE, ir-rappreżentant legali tal-applikant irid iwettaq il-passi li ġejjin.
- Joħloq kont tal-utent, l-hekk imsejjaħ kont tal-EU Login (sakemm il-persuna li tirrappreżenta l-applikant ma jkollhiex kont diġà). Il-kontijiet il-ġodda tal-EU Login jistgħu jinħolqu fuq is-sit web li ġej: https://webgate.ec.europa.eu/cas/.
- Jaċċessa l-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti tal-UE fuq https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home u jirreġistra (jekk applikabbli) f’isem l-organizzazzjoni/il-grupp li jirrappreżenta. Il-Gwida u l-Mistoqsijiet Frekwenti huma disponibbli fuq il-portal.
Jeħtieġ li l-applikanti jirreġistraw darba biss permezz tar-Reġistru tal-Parteċipanti tal-Kummissjoni1 . Ladarba r-reġistrazzjoni tkun lesta, l-applikant jingħata PIC2 . Il-PIC, li huwa identifikatur uniku b’disa’ ċifri u huwa neċessarju għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, jippermetti lill-applikant jimla l-formola tal-applikazzjoni b’mod aktar sempliċi (jiġifieri l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant fl-istadju tar-reġistrazzjoni tintwera awtomatikament fil-formola billi jiddaħħal in-numru tal-PIC fil-formola).
Għall-azzjonijiet ġestiti mill-aġenziji nazzjonali tal-Erasmus+
Sabiex jirreġistra fis-sistema tar-Reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, ir-rappreżentant legali tal-applikant irid iwettaq il-passi li ġejjin.
- Joħloq kont tal-EU Login (sakemm l-applikant ma jkollux kont). Il-kontijiet il-ġodda tal-EU Login jistgħu jinħolqu fuq is-sit web li ġej: https://webgate.ec.europa.eu/cas/.
- Jaċċessa s-sistema tar-Reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Erasmus+ u għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fuqhttps://webgate.ec.europa.eu/erasmus-esc u jirreġistra (jekk applikabbli) f’isem l-organizzazzjoni/il-grupp li jirrappreżenta.
L-organizzazzjonijiet għandhom bżonn jirreġistraw darba biss. Ladarba r-reġistrazzjoni tkun lesta, l-organizzazzjoni tikseb ID tal-Organizzazzjoni.
L-organizzazzjonijiet jistgħu jivverifikaw l-ID tal-Organzzazzjoni tagħhom jew jibdlu xi informazzjoni marbuta magħha permezz tas-sistema tar-Reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Erasmus+ u l-Korpi ta’ Solidarjetà Ewropej.
Id-dħul tal-ID tal-Organizzazzjoni fil-formola tal-applikazzjoni jillowdja l-informazzjoni kollha pprovduta mill-organizzazzjoni fl-istadju tar-reġistrazzjoni u juriha fil-formola.
L-applikanti jrid ikollhom kunsens espliċitu biex jużaw l-ID tal-Organizzazzjoni ta’ organizzazzjoni oħra f’formola ta’ applikazzjoni. Din il-prova tista’ tintalab f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil u l-applikanti jistgħu jiġu skwalifikati jekk ma jkunux jistgħu jippreżentawha.
Prova tal-istatus legali
Bħala parti mill-proċess tar-reġistrazzjoni, l-applikanti jridu jtellgħu id-dokumenti li ġejjin:
- Il-formola tal-Entità Legali (għandha titniżżel mis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea minn https://commission.europa.eu/funding-tenders/procedures-guidelines-tenders/information-contractors-and-beneficiaries/forms-contracts_mt). Fil-każ ta’ applikazzjonijiet minn konsorzju, il-Formola tal-Entità Legali għandha tiġi pprovduta mill-membri kollha tal-konsorzju.
- Il-formola tal-Identifikazzjoni Finanzjarja (għandha titniżżel mis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea minn http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/financial_id/financial_id_mt.cfm). Jekk jogħġbok imla l-formola relatata mal-pajjiż li fih jinsab il-bank, anke jekk l-applikant ikun uffiċjalment irreġistrat f’pajjiż ieħor. Fil-każ ta’ applikazzjonijiet ta’ konsorzju, il-Formola tal-Identifikazzjoni Finanzjarja għandha tiġi pprovduta biss għall-koordinatur.
Għall-għotjiet li jaqbżu s-EUR 60 000, jista’ jkun meħtieġ li l-applikanti jtellgħu dokumenti speċifiċi biex jagħtu prova tal-kapaċità finanzjarja tagħhom. Għal aktar dettalji, ara t-taqsima “Kriterji tal-Għażla” hawn taħt.