Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport
Search the guide

Glossarju tat-termini - Żgħażagħ

Kowċ

Persuna ta’ riżorsa - mhux membru tal-grupp - li tappoġġa liż-żgħażagħ fit-tħejjija, fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni tal-proġett tagħhom.

Bini tal-komunità

Il-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ komunità fost individwi li għandhom ħtieġa jew interess komuni jew li għexu esperjenza konġunta li ħolqot bażi komuni. Il-komunità maħluqa permezz tal-proċess tal-bini ta’ komunità hija grupp vivaċi ta’ membri li jiskambjaw prattiki u ideat għal aktar żvilupp għall-benefiċċju tal-komunità nnifisha.

Mekkaniżmi tad-djalogu

Id-djalogu maż-żgħażagħ u mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li jservi bħala forum għal riflessjoni konġunta kontinwa dwar il-prijoritajiet, l-implimentazzjoni u s-segwitu għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ.

Ħidma Diġitali fost iż-Żgħażagħ

L-użu proattiv jew l-indirizzar tal-media diġitali u t-teknoloġija fil-ħidma fost iż-żgħażagħ. Il-media diġitali u t-teknoloġija jistgħu jkunu għodda, attività jew kontenut fil-ħidma fost iż-żgħażagħ. Il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ ma hijiex metodu ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ, tista’ tiġi inkluża fi kwalunkwe ambjent tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u għandha l-istess objettivi bħall-ħidma fost iż-żgħażagħ inġenerali.

Faċilitatur

Persuna li tgħin lil grupp ta’ żgħażagħ biex jaħdmu flimkien aħjar, jifhmu l-objettivi komuni tagħhom, u jippjanaw kif jilħqu dawn l-objettivi permezz tal-attivitajiet tal-Erasmus+

Mexxej ta’ Grupp

Fi proġetti ta’ mobbiltà taż-żgħażagħ, mexxej ta’ grupp huwa adult li jkollu mill-inqas 18-il sena li jingħaqad maż-żgħażagħ li jkunu qed jipparteċipaw fi Skambju taż-Żgħażagħ jew f’Azzjoni ta’ Inklużjoni ta’ DiscoverEU sbiex jiżgura l-apprendiment (Youthpass), il-protezzjoni u s-sikurezza effettivi tagħhom.

Grupp informali ta’ żgħażagħ

Grupp ta’ mill-inqas erba’ żgħażagħ li ma għandhomx personalità ġuridika skont id-dritt nazzjonali applikabbli, diment li r-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jwettqu obbligi legali f’isimhom. Dawn il-gruppi ta’ żgħażagħ jistgħu jkunu applikanti u sħab f’xi Azzjonijiet tal-Erasmus+. Għall-iskop tas-simplifikazzjoni, huma assimilati mal-persuni ġuridiċi (organizzazzjonijiet, istituzzjonijiet, eċċ.) f’din il-Gwida u jagħmlu parti mill-kunċett ta’ organizzazzjonijiet parteċipanti tal-Erasmus+ għall-azzjonijiet tal-Azzjoni Ewlenija 1 li jistgħu jieħdu sehem fihom. Il-grupp irid ikun magħmul tal-inqas minn erba’ żgħażagħ u l-età tagħhom għandha tkun skont l-età kumplessiva taż-żgħażagħ fil-programm (13-30). F’każijiet eċċezzjonali u jekk iż-żgħażagħ kollha jkunu minuri, il-grupp jista’ jiġi rappreżentat minn persuna adulta. Dan jippermetti li grupp ta ’ żgħażagħ (fejn kollha jkunu minuri) jissottometti applikazzjoni bl-għajnuna ta’ persuna li taħdem maż-żgħażagħ/mal-kowċ.

Attività itineranti

Attività li sseħħ f’aktar minn pajjiż wieħed. L-attivitajiet itineranti jimplikaw il-moviment tal-parteċipanti kollha fl-istess ħin.

Parteċipant lokali fl-attivitajiet taż-żgħażagħ

Parteċipanti f’attività ta’ mobbiltà tal-apprendiment li jivvjaġġaw inqas minn 10 km lejn il-post tal-attività. Dawn il-parteċipanti ma humiex eliġibbli għall-appoġġ għall-ivvjaġġar, iżda, skont l-azzjoni, jistgħu jkunu eliġibbli għal Appoġġ Individwali, Appoġġ organizzazzjonali u Appoġġ għall-inklużjoni

Ħidma Intelliġenti fost iż-Żgħażagħ

L-iżvilupp innovattiv tal-ħidma fost iż-żgħażagħ li jinkludi l-prattika tal-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ, u li tinkludi komponent ta’ riċerka, kwalità u politika.

Attività taż-żgħażagħ

Attività barra mill-iskola (bħal skambju taż-żgħażagħ, volontarjat jew taħriġ taż-żgħażagħ) imwettqa minn persuna żagħżugħa, jew individwalment jew fi grupp, b’mod partikolari permezz ta’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u kkaratterizzata minn approċċ ta’ apprendiment mhux formali.

Persuna li taħdem maż-żgħażagħ

Professjonist jew voluntier involut f’apprendiment mhux formali li jappoġġa liż-żgħażagħ fl-iżvilupp soċjoedukattiv u professjonali personali tagħhom.

Youthpass

L-għodda Ewropea biex jittejjeb ir-rikonoxximent tal-eżiti tal-apprendiment taż-żgħażagħ u tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ mill-parteċipazzjoni tagħhom fi proġetti appoġġati mill-Programm Erasmus+. Youthpass tikkonsisti minn: a) ċertifikati li jistgħu jinkisbu mill-parteċipanti f’diversi Azzjonijiet tal-Programm; b) proċess definit li jappoġġa liż-żgħażagħ, lill-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ biex jirriflettu dwar l-eżiti tal-apprendiment mill-proġett tal-Erasmus+ fil-qasam taż-żgħażagħ u tal-apprendiment mhux formali. Il-Youthpass hija wkoll parti minn strateġija usa’ tal-Kummissjoni Ewropea li għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rikonoxximent tal-apprendiment mhux formali u informali u l-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa u lil hinn.

Tagged in:  Youth