Azzjoni Ewlenija 2: Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet
Din l-Azzjoni Ewlenija tappoġġa:
- Sħubijiet għall-Kooperazzjoni, inklużi Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni u Sħubijiet fuq skala Żgħira;
- Sħubijiet għall-Eċċellenza, inklużi Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali u l-Azzjoni Erasmus Mundus;
- Sħubijiet għall-Innovazzjoni, inklużi Alleanzi u proġetti li Jħarsu ’l quddiem;
- Il-proġetti tal-Bini tal-Kapaċità fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport;
- Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ.
L-Azzjonijiet appoġġati fil-qafas ta’ din l-Azzjoni Ewlenija huma mistennija jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-prijoritajiet tal-programm, biex iġibu effetti pożittivi u dejjiema fuq l-organizzazzjonijiet parteċipanti, fuq is-sistemi politiċi fejn isiru tali Azzjonijiet kif ukoll fuq l-organizzazzjonijiet u l-persuni direttament jew indirettament involuti fl-attivitajiet organizzati.
Din l-Azzjoni Ewlenija hija mistennija tirriżulta fl-iżvilupp, it-trasferiment u/jew l-implimentazzjoni ta’ prattiki innovattivi fil-livelli organizzazzjonali, lokali, reġjonali, nazzjonali jew Ewropew.
Skont il-qasam indirizzat u t-tip ta’ applikant, dawn l-azzjonijiet huma ġestiti jew mill-Aġenziji Nazzjonali jew mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA). Id-dettalji kollha dwar min jista’ japplika u fejn wieħed għandu japplika huma speċifikati fit-Taqsimiet ta’ hawn taħt.
Għall-organizzazzjonijiet parteċipanti, il-proġetti appoġġati taħt din l-Azzjoni Ewlenija huma maħsuba li jipproduċu l-eżiti li ġejjin:
- approċċi innovattivi sabiex jindirizzaw il-gruppi fil-mira tagħhom, billi jipprovdu pereżempju: programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ aktar attraenti, f’konformità mal-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-individwi; l-użu ta’ approċċi parteċipattivi u metodoloġiji diġitali; proċessi ġodda jew imtejba tar-rikonoxximent u l-validazzjoni ta’ kompetenzi; effettività akbar tal-attivitajiet għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali; prattiki ġodda jew imtejba sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ gruppi fil-mira b’inqas opportunitajiet u sabiex jittrattaw id-differenzi fl-eżiti tal-apprendiment marbuta mad-differenzi ġeografiċi u soċjoekonomiċi; approċċi ġodda sabiex jindirizzaw id-diversità soċjali, etnika, lingwistika u kulturali; approċċi ġodda sabiex jappoġġaw aħjar il-kompetittività u l-impjiegi b’mod partikolari fuq livell reġjonali u lokali; rikonoxximent ta’ eċċellenza fl-apprendiment jew fit-tagħlim ta’ lingwa permezz tat-Tikketta Ewropea għal-Lingwi;
- ambjent aktar modern, dinamiku, impenjat u professjonali ġewwa l-organizzazzjoni: lesti li jintegraw prattiki tajba u metodi ġodda inklużi l-kapaċitajiet diġitali fl-attivitajiet ta’ kuljum; miftuħa għas-sinerġiji ma’ organizzazzjonijiet attivi f’oqsma differenti jew f’setturi soċjoekonomiċi oħrajn; l-ippjanar strateġiku tal-iżvilupp professjonali għall-persunal f’konformità mal-ħtiġijiet individwali u l-objettivi organizzazzjonali;
- żieda fil-kapaċità u l-professjonaliżmu sabiex isir xogħol fil-livell tal-UE/internazzjonali: kompetenzi ta’ ġestjoni mtejba u strateġiji ta’ internazzjonalizzazzjoni; tisħiħ fil-kooperazzjoni mas-sħab minn pajjiżi oħrajn, oqsma oħra ta’ edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ u/jew setturi soċjoekonomiċi oħrajn; żieda fl-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji (minbarra fondi tal-UE) sabiex jiġu organizzati proġetti tal-UE/internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ; kwalità aħjar fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u s-segwitu ta’ proġetti tal-UE/internazzjonali;
- żieda fl-għarfien u fis-sensibilizzazzjoni dwar l-isport u l-attività fiżika;
- żieda fis-sensibilizzazzjoni tar-rwol tal-isport fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa;
Il-proġetti ffinanzjati fil-qafas ta’ din l-Azzjoni Ewlenija x’aktarx ikollhom ukoll impatt pożittiv fuq il-persuni direttament jew indirettament involuti fl-attivitajiet, bħal:
- sens akbar ta’ inizjattiva u intraprenditorija;
- żieda fil-kompetenza f’lingwi barranin;
- żieda fil-livell ta’ kompetenza diġitali;
- fehim u rispons akbar għat-tipi kollha ta’ diversità, eż. id-diversità soċjali, etnika, lingwistika, tal-ġeneri u kulturali kif ukoll ħiliet diversi;
- titjib fil-livelli ta’ ħiliet għall-impjegabbiltà u l-ħolqien ta’ negozji ġodda (inkluża l-intraprenditorija soċjali);
- parteċipazzjoni aktar attiva fis-soċjetà;
- attitudni aktar pożittiva lejn il-proġett Ewropew u l-valuri tal-UE;
- fehim u rikonoxximent aħjar tal-ħiliet u l-kwalifiki fl-Ewropa u lil hinn minnha;
- titjib fil-kompetenzi, marbutin mal-profili okkupazzjonali (tagħlim, taħriġ, ħidma fost iż-żgħażagħ, ikkowċjar tal-isport, eċċ.);
- fehim aħjar tal-prattiki, il-politiki u s-sistemi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fil-pajjiżi kollha;
- fehim aħjar tal-interkonnessjonijiet bejn l-edukazzjoni formali, mhux formali, it-taħriġ vokazzjonali, forom oħra ta’ apprendiment u s-suq tax-xogħol rispettivament;
- żieda fl-opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali;
- żieda fil-motivazzjoni u fis-sodisfazzjon fix-xogħol ta’ kuljum;
- żieda fil-prattika tal-isport u l-attività fiżika.
Fil-livell sistemiku, huma mistennija jiskattaw il-modernizzazzjoni u jsaħħu r-reazzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ u politiki taż-żgħażagħ għall-isfidi ewlenin tad-dinja tal-lum: is-sostenibbiltà ambjentali, it-trasformazzjoni diġitali, l-impjiegi, l-istabbiltà ekonomika u t-tkabbir, iżda anke l-ħtieġa li jiġu promossi l-kompetenzi soċjali, ċiviċi u interkulturali, id-djalogu interkulturali, il-valuri demokratiċi u d-drittijiet fundamentali, l-inklużjoni soċjali, is-saħħa u l-benessri mentali, in-nondiskriminazzjoni u ċ-ċittadinanza attiva, il-ħsieb kritiku u l-litteriżmu medjatiku.
Għalhekk, l-impatt ta’ din l-Azzjoni Ewlenija huwa maħsub li jkun:
- iż-żieda fil-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-prattiki tal-isport fl-Ewropa u lil hinn minnha: il-kombinament ta’ livelli ta’ eċċellenza u attraenza ogħla b’żieda fl-opportunitajiet għal kulħadd;
- is-sistemi tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ li huma allinjati aħjar mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u l-opportunitajiet li joffri, u rabtiet aktar mill-qrib man-negozji u l-komunità;
- it-titjib fil-provvediment u l-valutazzjoni tal-ħiliet bażiċi u trażversali, b’mod partikolari: l-intraprenditorija, il-kompetenzi soċjali, ċiviċi, interkulturali u lingwistiċi, il-ħsieb kritiku, il-ħiliet diġitali u l-litteriżmu medjatiku;
- iż-żieda fis-sinerġiji u r-rabtiet u titjib fit-tranżizzjoni bejn is-setturi differenti tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ fil-livell nazzjonali, b’titjib fl-użu tal-għodod ta’ referenza Ewropej għar-rikonoxximent, il-validazzjoni u t-trasparenza tal-kompetenzi u l-kwalifiki;
- iż-żieda fl-użu tal-eżiti tal-apprendiment meta jiġu deskritti u ddefiniti l-kwalifiki, il-partijiet mill-kwalifiki u l-kurrikuli, bħala appoġġ għat-tagħlim u l-apprendiment u fil-valutazzjoni;
- iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni u l-ftuħ għad-diversità soċjali u żieda fl-inklużività u l-aċċessibbiltà tas-sistemi u l-possibilitajiet edukattivi;
- il-kooperazzjoni interreġjonali u tranżnazzjonali ġdida u msaħħa bejn l-awtoritajiet pubbliċi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ;
- l-użu aktar strateġiku u integrat tal-ICTs u tar-riżorsi edukattivi miftuħa (OER) fis-sistemi tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ;
- iż-żieda fil-motivazzjoni għall-apprendiment ta’ lingwi permezz ta’ metodi ta’ tagħlim innovattivi jew rabtiet aħjar mal-użu prattiku tal-ħiliet lingwistiċi meħtieġa mis-suq tax-xogħol;
- l-interazzjoni msaħħa bejn il-prattika, ir-riċerka u l-politika;
- żieda fil-livell ta’ parteċipazzjoni fl-isport u fl-attività fiżika bħal għodda għas-saħħa u l-benesseri;
- għarfien akbar dwar kif jiġu indirizzati t-theddidiet transfruntiera għall-integrità tal-isport, bħad-doping, il-logħob mixtri u l-vjolenza, kif ukoll kull tip ta’ intolleranza u diskriminazzjoni, appoġġ aħjar għall-governanza tajba fl-isport u l-karrieri doppji tal-atleti;
- ir-rikonoxximent akbar tal-attivitajiet volontarji fl-isport;
- iż-żieda fill-mobbiltà ta’ voluntiera, kowċis, maniġers u l-persunal ta’ organizzazzjonijiet sportivi mingħajr skop ta’ qligħ;
- aktar inklużjoni soċjali u opportunitajiet indaqs fl-isport.