Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Azzjonijiet Jean Monnet: l-istimolu tat-tagħlim u r-riċerka dwar l-Unjoni Ewropea

L-Azzjonijiet Jean Monnet huma mmexxija taħt Erasmus+ biex jappoġġjaw it-tagħlim, l-apprendiment, ir-riċerka u d-dibattiti dwar diversi aspetti tal-Unjoni Ewropea.

Minn Marzu 2021, taħt il-programm Erasmus+ għall-2021-2027, l-Azzjonijiet Jean Monnet joffru opportunitajiet ġodda ta’ finanzjament għal:

  • l-iskejjel
  • l-istituti tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali
  • l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għall-għalliema
  • il-promozzjoni ta’ dibattiti u skambji dwar suġġetti tal-UE fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni sekondarja

Din l-offerta mwassgħa tibni fuq is-suċċess tal-azzjonijiet li, mill-1989 ’l hawn, iffukaw fuq l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. Dan ifisser li l-Azzjonijiet Jean Monnet ikomplu jaħdmu biex iġibu effetti pożittivi u dejjiema lit-tfal tal-iskola u lill-istudenti, lill-għalliema u lill-professuri, lill-istituzzjonijiet edukattivi u lill-organizzazzjonijiet ta’ promozzjoni, kif ukoll lis-sistemi ta’ politika li huma mfassla fi ħdanhom. 

Punti ewlenin ta’ Jean Monnet mill-1989 ’l hawn

Sa mill-ħolqien tagħhom fl-1989, dawn l-azzjonijiet iffukaw fuq l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. Madwar 9,000 għalliem universitarju u aktar minn 1,000 università f’madwar 100 pajjiż irċevew appoġġ finanzjarju, li ppermettilhom joffru kontenut ġdid dwar l-istudji Ewropej bħala parti mill-kurrikuli tagħhom. Billi jlaqqgħu lill-akkademiċi, lir-riċerkaturi u lil dawk li jfasslu l-politika flimkien, l-Azzjonijiet Jean Monnet stimulaw id-djalogu internazzjonali u appoġġjaw lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell nazzjonali u dak tal-UE.

Ibbrawżja proġetti preċedenti appoġġjati mill-Azzjonijiet Jean Monnet

Liema Azzjonijiet huma appoġġjati?

Jean Monnet għall-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja

(Ara wkoll: opportunitajiet disponibbli għal livelli oħra ta’ edukazzjoni u taħriġ)

Attivitajiet ta’ tagħlim u riċerka fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja: 

Moduli

Il-Moduli Jean Monnet huma programmi ta’ tagħlim jew korsijiet qosra ta’ studji dwar l-UE fl-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja. Huma organizzati minn riċerkatur/professur wieħed u jistgħu wkoll jitolbu l-parteċipazzjoni ta’ kollegi u esperti, jistgħu jkunu moduli introduttorji dwar l-UE, korsijiet li jikkonċentraw fuq aspett speċifiku jew dixxiplina fi ħdan l-istudji dwar l-UE, jew jista’ jkollhom approċċ multidixxiplinari.

Tul ta’ żmien tal-finanzjament: 3 snin.

Tgħallem aktar dwar il-Moduli Jean Monnet.

Riżultati tal-proġett Erasmus+ - Jean Monnet

Katedri

Il-Katedri Jean Monnet huma postijiet ta’ tagħlim fl-istudji dwar l-UE għall-professuri tal-università.

Tul ta’ żmien tal-finanzjament: 3 snin.

Tgħallem aktar dwar il-Katedri Jean Monnet

Ċentri ta’ Eċċellenza

Iċ-Ċentri ta’ Eċċellenza huma punt fokali ta’ kompetenza u għarfien dwar is-suġġetti tal-Unjoni Ewropea. Fil-quċċata tal-attivitajiet ta’ riċerka tagħhom, iċ-ċentri għandhom ukoll rwol ewlieni biex jilħqu l-istudenti minn fakultajiet li normalment ma jittrattawx kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk li jfasslu l-politika, l-impjegati taċ-ċivil, is-soċjetà ċivili organizzata u l-pubbliku inġenerali.

Tul ta’ żmien tal-finanzjament: 3 snin.

Tgħallem aktar dwar iċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Jean Monnet

Jean Monnet għal livelli oħra ta’ edukazzjoni u taħriġ

Attivitajiet ta’ taħriġ għall-għalliema

Din l-azzjoni tippromwovi l-għarfien dwar l-Unjoni Ewropea fl-iskejjel u fl-istituti tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fil-Pajjiżi tal-Programm. Għandha l-għan li toffri opportunitajiet biex:

  • il-fornituri tal-edukazzjoni jiżviluppaw u jwasslu kontenut lill-istudenti
  • il-fornituri tat-taħriġ għall-għalliema jappoġġjaw lill-għalliema b’metodoloġiji u għarfien aġġornat dwar kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea
  • jiġu promossi d-dibattiti u l-iskambji bejn l-iskejjel u r-rappreżentanti tal-VET u l-partijiet ikkonċernati dwar it-tagħlim tas-suġġetti dwar l-Unjoni Ewropea

Tgħallem aktar dwar it-Taħriġ għall-Għalliema Jean Monnet

Networks

In-networks irawmu l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ konsorzji ta’ atturi (skejjel, istituti tal-VET, partijiet ikkonċernati, eċċ.) fil-qasam tal-istudji dwar l-Unjoni Ewropea. In-networks jiġbru l-informazzjoni, jiskambjaw il-prattiki u jibnu l-għarfien.

Tul ta’ żmien tal-finanzjament: 3 snin.

Tgħallem aktar dwar in-networks għal livelli oħra ta’ edukazzjoni u taħriġ

Opportunitajiet futuri oħra

Jean Monnet għall-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja

(Ara wkoll: opportunitajiet futuri għal livelli oħra ta’ edukazzjoni u taħriġ)

Proġetti

Il-Proġetti Jean Monnet għandhom l-għan li jappoġġjaw l-innovazzjoni (eż. jesploraw metodoloġiji ġodda biex jgħallmu suġġetti dwar l-UE), l-arrikkiment reċiproku (il-promozzjoni tad-diskussjoni u riflessjoni dwar kwistjonijiet tal-UE) u t-tixrid tal-kontenut tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ attivitajiet ta’ informazzjoni u disseminazzjoni.

Tul ta’ żmien tal-finanzjament: Sena jew sentejn.

Tgħallem aktar dwar l-appoġġ għall-proġetti

Networks

In-networks għandhom l-għan li jrawmu l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ konsorzji ta’ atturi internazzjonali (Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja, Ċentri ta’ Eċċellenza eżistenti, Fakultajiet u Dipartimenti eżistenti, Ċentri ta’ Riċerka, eċċ.) fi prijorità speċifika tal-Unjoni Ewropea kif definit fis-sejħa annwali. In-networks jiġbru informazzjoni, jiskambjaw prattiki, jibnu l-għarfien u jipproduċu evidenza dwar is-suġġett li jalimenta d-dibattitu ta’ orjentazzjoni u jirrapporta lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-aħjar riżultati.

Tul ta’ żmien tal-finanzjament: 3 snin.

Jean Monnet għal livelli oħra ta’ edukazzjoni u taħriġ

Networks

Inizjattivi ta’ tagħlim u attivitajiet tal-UE li jwasslu esperjenza dwar kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea lill-istudenti f’istitut tal-edukazzjoni ġenerali jew tal-VET. Inizjattiva għandu jkollha tul minimu ta’ 40 siegħa ta’ tagħlim fis-sena u tista’ tkun kurrikulari, f’dixxiplina partikolari jew multidixxiplinari, jew extrakurrikulari. L-inizjattivi jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ approċċ tal-istitut lejn it-tagħlim tiegħu tal-kontenut dwar l-UE.

Tul ta’ żmien tal-finanzjament: 3 snin.

Proċess tal-applikazzjoni

Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess tal-applikazzjoni, jekk jogħġbok żur

Kuntest

Il-Kummissjoni Ewropea bdiet l-Azzjonijiet Jean Monnet fl-1989 biex tippromwovi l-eċċellenza fit-tagħlim u r-riċerka fil-qasam tal-istudji tal-Unjoni Ewropea madwar id-dinja. Imsemmija għal Jean Monnet (1888-1979), l-ewwel President tal-Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, li evolviet fl-Unjoni Ewropea, l-Azzjoni Jean Monnet issa hija parti mill-Programm Erasmus+. Iċċelebrat it-30 anniversarju tagħha fl-2019.

Minbarra l-Azzjonijiet Jean Monnet dettaljati hawn fuq, ingħataw ukoll għotjiet operazzjonali lil għadd magħżul ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa biex isegwu l-eċċellenza fl-istudji u r-riċerka dwar l-UE:

  • l-Istitut Universitarju Ewropew f’Firenze
  • il-Kulleġġ tal-Ewropa fi Bruges
  • il-Kulleġġ tal-Ewropa f’Natolin
  • l-Akkademja tal-Liġi Ewropea fi Trier
  • is-Centre International de Formation Européenne f’Nizza
  • l-Istitut Ewropew għall-Amministrazzjoni Pubblika f’Maastricht
  • l-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva f’Odense

Pubblikazzjonijiet

Ibbrawżja l-pubblikazzjonijiet dwar l-Azzjonijiet Jean Monnet (Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE)

Tagħlim dwar l-UE: Suġġetti Ewropej u kurrikuli tal-iskejjel fl-Istati Membri tal-UE (Studju)

Teaching tools

Links to tools and resources for teachers can be found at the bottom of this page.

You'll also find a useful background publication on teaching about the EU at schools.

 Higher education institutions actions

These support teaching and research in the field of European Union studies worldwide, covering the study of Europe in its entirety, with particular emphasis on the EU dimension, from an internal but also from a global perspective. The scope of EU studies can be varied as long as the EU angle is explored.

EU studies should promote active European citizenship and values and deal with the role of the EU in a globalised world, enhancing awareness of the Union and facilitating future engagement as well as people-to-people dialogue.

Teaching and research activities at higher education institutions: 

Jean Monnet Modules

Short teaching programmes or courses in the field of European Union studies.

Learn more about Modules and see how to apply

Jean Monnet Chairs

Teaching posts with a specialisation in European Union studies practiced by university professors.

Learn more about Jean Monnet Chairs

Jean Monnet Centres of Excellence

Pooling knowledge and competence on European Union subjects. They also play a key role in reaching out to students from faculties not normally dealing with EU studies.

Learn about the Centres and the opportunity

Jean Monnet Networks in Higher Education

Support to large thematic networks to bolster the policy debate.

See who can apply for Networks and what qualifies

Background

The European Commission started the Jean Monnet Actions in 1989 to promote excellence in teaching and research in the field of European Union studies worldwide.

Since their creation, these actions have focused on higher education institutions. Around 9,000 university teachers and more than 1,000 universities in around 100 countries have received financial support, enabling them to offer new content on European studies as part of their curricula. By connecting academics, researchers and policy-makers, the Jean Monnet Actions have stimulated international dialogue and supported policymakers at both national and international levels.