Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Inizjattivi Jean Monnet ta’ Apprendiment dwar l-UE fl-Iskejjel u l-fornituri tal-VET

Profil tal-Applikant

Skejjel u fornituri tal-VET (ISCED 1 – 4) fil-pajjiżi kollha tal-programm Erasmus+. Mhux disponibbli għall-individwi.

Tul ta’ żmien: 3 snin

Inizjattiva Jean Monnet ta’ Apprendiment dwar l-UE trid tiġi implimentata għal minimu ta’ 40 siegħa għal kull sena skolastika għal tliet snin konsekuttivi.

Għotja massima: €30,000 (li jirrappreżentaw massimu ta’ 80% tal-ispejjeż totali)

X’jikkwalifika bħala inizjattiva Jean Monnet ta’ Apprendiment dwar l-UE?

L-iskejjel u l-fornituri tal-VET għandhom jistabbilixxu t-tagħlim ta’ suġġett speċifiku / suġġetti speċifiċi dwar l-UE (valuri, storja, kif taħdem l-UE, diversità kulturali – fost oħrajn) fil-klassi. L-attivitajiet iridu jiġu mgħallmin matul is-sena skolastika u jistgħu jinkludu ġimgħat tal-proġett, żjarat ta’ studju, u attivitajiet immersivi oħrajn.

Il-fornituri jistgħu joħolqu esperjenzi ta’ tagħlim huma stess jew bl-appoġġ ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja jew organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn (NGOs, Assoċjazzjonijiet, eċċ).

Riżultati mistennija

Bħala riżultat ta’ inizjattiva, l-iskejjel u l-fornituri tal-VET għandhom ikunu jistgħu

  • jagħtu s-setgħa lill-għalliema biex jgħallmu dwar l-UE bl-użu ta’ metodi ta’ involviment u biex iġibu fatti u għarfien dwar l-Unjoni Ewropea lill-istudenti tagħhom

  • itejbu l-eżiti tat-tagħlim dwar kwistjonijiet tal-UE

  • isaħħu l-litteriżmu tal-UE

  • joħolqu interess fl-Unjoni Ewropea u jikkostitwixxu bażi għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-proċess demokratiku biex iħallihom mħejjija aħjar biex isiru ċittadini attivi

Proċess tal-applikazzjoni

Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess tal-applikazzjoni, jekk jogħġbok żur

Related funding opportunities

Reference

ERASMUS-JMO-2023-OFET-LEARNING-EU

Closed
Deadline
14 Feb 2023

Jean Monnet Actions in other fields of Education and Training: Learning EU Initiatives

(This deadline is subject to change. To be sure, please check the application form).
Reference

ERASMUS-JMO-2022-OFET-LEARNING-EU

Closed
Deadline
1 Mar 2022

Jean Monnet - Learning EU Initiatives

(This deadline is subject to change. To be sure, please check the application form).