Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Looking for the 2025 funding list?

If you already know which call your organisation wants to apply for, go straight to the list of calls for proposals.

Go to the funding list

Opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet

L-organizzazzjonijiet li jixtiequ jipparteċipaw fl-Erasmus+ jistgħu jimpenjaw ruħhom f'numru ta' attivitajiet ta' żvilupp u ta' networking, inkluż titjib strateġiku tal-ħiliet professjonali tal-istaff tagħhom, il-bini tal-kapaċità organizzazzjonali tagħhom, u l-ħolqien ta' sħubijiet kooperattivi transnazzjonali ma' organizzazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn sabiex jipproduċu outputs innovattivi jew skambji tal-aħjar prattiki.

Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet jiffaċilitaw l-opportunitajiet ta' tagħlim b'mobbiltà għal studenti, staff tal-edukazzjoni, trainees, apprendisti, voluntiera, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u żgħażagħ.

Il-benefiċċji għal organizzazzjonijiet involuti jinkludu kemm kapaċità miżjuda biex joperaw fil-livell internazzjonali, metodi ta' maniġment imtejbin, aċċess għal opportunitajiet u għal proġetti ta' finanzjament, abilità miżjuda biex jippreparaw, jimmaniġġjaw, u jsegwu proġetti, kif ukoll portafoll aktar attraenti għal opportunitajiet għal studenti u persunal f'organizzazzjonijiet parteċipanti.

Azzjonijiet Ewlenin

Azzjoni Ewlenija 1: Mobbiltà fit-tagħlim tal-individwi

L-opportunitajiet tal-mobbiltà tat-tagħlim għandhom l-għan li jinkoraġġixxu l-mobbilità ta' studenti, staff tal-edukazzjoni, trainees, apprendisti, voluntiera, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u żgħażagħ.

Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet f'dan il-proċess hu li jorganizzaw dawn l-opportunitajiet għall-individwi. Il-benefiċċji għall-organizzazzjonijiet jinkludu żieda fil-kapaċità li joperaw fuq livell internazzjonali, titjib tal-ħiliet maniġerjali, aċċess għal aktar opportunitajiet ta' finanzjament u proġetti, żieda fl-abbiltà ta' preparazzjoni, immaniġġjar u segwitu ta' proġetti, portafoll aktar attraenti ta' opportunitajiet għall-istudenti u l-istaff tal-organizzazzjonijiet parteċipanti, l-opportunità ta' żvilupp ta' proġetti innovattivi ma' sħab mid-dinja kollha.

Azzjoni Ewlenija 1: Mobbiltà fit-tagħlim tal-individwi

Azzjoni Ewlenija 2: Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet hi mistennija li tirriżulta fl-iżvilupp, it-trasferiment u/jew l-implimentazzjoni ta’ prattiki innovattivi fil-livelli organizzattivi, lokali, reġjonali, nazzjonali jew Ewropej.

Azzjoni Ewlenija 2: Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għal riforma politika

L-opportunitajiet taħt din l-Azzjoni Ewlenija jikkontribwixxu għall-appoġġ tal-aġenda ta' politika ġenerali tal-UE, il-qafas ta' kooperazzjoni 2020 tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, u l-Istrateġija taż-Żgħażagħ.

L-organizzazzjonijiet se jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ fl-Ewropa, kif ukoll għall-promozzjoni tat-tagħlim transnazzjonali u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet. Se jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp tal-bażi tat-tfassil ta' politika fuq il-bażi tal-evidenza kif ukoll jappoġġjaw in-networks u l-għodda għall-implimentazzjoni ta' politika.

L-organizzazzjonijiet se jikkontribwixxu wkoll għat-titjib tal-involviment taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika u l-impenn tagħhom mal-politikanti.

Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għal riforma politika

Jean Monnet

L-opportunitajiet għat-tagħlim, ir-riċerka, u d-dibattitu ta' politiki dwar l-UE u l-politiki tagħha.

Esplora l-Azzjonijiet Jean Monnet:

Sport

Opportunitajiet maħsubin biex jiżviluppaw u jimplimentaw attivitajiet konġunti biex jippromwovu l-isport u l-attività fiżika, jidentifikaw u jimplimentaw attivitajiet innovattivi fil-qasam tal-isport, u biex jimmaniġġjaw avvenimenti mingħajr profitt sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-isport.

Esplora l-Isport

Last updated: