Il-Bini tal-Kapaċità fl-azzjoni dwar l-Edukazzjoni Għolja (CBHE) jappoġġa proġetti ta’ kooperazzjoni internazzjonali bbażati fuq sħubijiet multilaterali bejn organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja.
Kredit
Sett ta’ eżiti tal-apprendiment ta’ individwu li jkunu ġew ivvalutati u li jistgħu jiġu akkumulati lejn kwalifika jew jistgħu jiġu ttrasferiti għal programmi ta’ apprendiment jew kwalifiki oħra.
L-Azzjonijiet Jean Monnet fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja jappoġġaw it-tagħlim u r-riċerka fil-qasam tal-istudji tal-Unjoni Ewropea madwar id-dinja.
L-alleanzi għall-innovazzjoni għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa billi jagħtu spinta lill-innovazzjoni permezz tal-kooperazzjoni u l-fluss tal-għarfien fost l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (kemm inizjali kif ukoll kontinwi), u l-ambjent soċjoekonomiku usa’, inkluża
Din l-azzjoni ta’ mobbiltà tal-edukazzjoni għolja tappoġġa l-mobbiltà fiżika u mħallta tal-istudenti tal-edukazzjoni għolja fi kwalunkwe qasam u ċiklu ta’ studju (ċiklu qasir, baċellerat, master u dottorat).