Profil tal-Applikant
Skejjel u fornituri tal-VET (ISCED 1 – 4) fil-pajjiżi kollha tal-programm Erasmus+. Mhux disponibbli għall-individwi.
Tul ta’ żmien: 3 snin
Inizjattiva Jean Monnet ta’ Apprendiment dwar l-UE trid tiġi implimentata għal minimu ta’ 40 siegħa għal kull sena skolastika għal tliet snin konsekuttivi.
Għotja massima: €30,000 (li jirrappreżentaw massimu ta’ 80% tal-ispejjeż totali)
X’jikkwalifika bħala inizjattiva Jean Monnet ta’ Apprendiment dwar l-UE?
L-iskejjel u l-fornituri tal-VET għandhom jistabbilixxu t-tagħlim ta’ suġġett speċifiku / suġġetti speċifiċi dwar l-UE (valuri, storja, kif taħdem l-UE, diversità kulturali – fost oħrajn) fil-klassi. L-attivitajiet iridu jiġu mgħallmin matul is-sena skolastika u jistgħu jinkludu ġimgħat tal-proġett, żjarat ta’ studju, u attivitajiet immersivi oħrajn.
Il-fornituri jistgħu joħolqu esperjenzi ta’ tagħlim huma stess jew bl-appoġġ ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja jew organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn (NGOs, Assoċjazzjonijiet, eċċ).
Riżultati mistennija
Bħala riżultat ta’ inizjattiva, l-iskejjel u l-fornituri tal-VET għandhom ikunu jistgħu
-
jagħtu s-setgħa lill-għalliema biex jgħallmu dwar l-UE bl-użu ta’ metodi ta’ involviment u biex iġibu fatti u għarfien dwar l-Unjoni Ewropea lill-istudenti tagħhom
-
itejbu l-eżiti tat-tagħlim dwar kwistjonijiet tal-UE
-
isaħħu l-litteriżmu tal-UE
-
joħolqu interess fl-Unjoni Ewropea u jikkostitwixxu bażi għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-proċess demokratiku biex iħallihom mħejjija aħjar biex isiru ċittadini attivi
Proċess tal-applikazzjoni
Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess tal-applikazzjoni, jekk jogħġbok żur
-
Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ – għal informazzjoni ddettaljata (kriterji tal-applikazzjoni, skedi ta’ żmien, fondi disponibbli)
-
Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA) – l-applikazzjonijiet attwali huma mmaniġġjati mill-aġenzija eżekuttiva
-
Aġenziji Nazzjonali – il-punt ta’ dħul lokali tiegħek biex tfittex linji gwida ta’ appoġġ dwar il-proċess ta’ applikazzjoni
Related calls
There are no calls open at the moment
The next round of funding will open towards the end of the year.
Browse the list of previous calls
Help with your application
You will submit your application for funding via the EU Funding & Tenders Portal. Watch the video to see how.