Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Looking for the 2025 funding list?

If you already know which call your organisation wants to apply for, go straight to the list of calls for proposals.

Go to the funding list

Azzjonijiet tal-Isport

L-azzjonijiet tal-Erasmus+ fil-qasam tal-isport jippromwovu l-parteċipazzjoni fl-isport, l-attività fiżika u l-attivitajiet volontarji.

Huma maħsubin biex jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà u dawk relatati mal-isport. L-opportunitajiet huma disponibbli għal organizzazzjonijiet taħt 3 Sejħiet li jindirizzaw dawn l-isfidi.

Sejħa speċifika dwar it-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet fil-qasam tal-isport hi disponibbli wkoll mill-2022. Hi mmirata lejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm (preċedentement imsejħin Pajjiżi tal-Programm) u l-Balkani tal-Punent.

L-azzjonijiet

Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni

Maħsubin għall-organizzazzjonijiet biex jiżviluppaw u jimplimentaw attivitajiet konġunti biex jippromwovu (fost l-oħrajn) l-isport u l-attività fiżika, kif ukoll jindirizzaw theddid għall-integrità tal-isport (bħad-doping u l-logħob mixtri), jippromwovu karrieri doppji għall-atleti, itejbu l-governanza tajba, u jrawmu t-tolleranza u l-inklużjoni soċjali.

Tgħallem aktar u applika

Sħubijiet fuq Skala Żgħira

Maħsubin għal organizzazzjonijiet fil-livell lokali, organizzazzjonijiet b’anqas esperjenza u parteċipanti ġodda fil-Programm. Is-Sħubijiet fuq Skala żgħira għandhom amministrazzjoni aktar sempliċi, għotjiet iżgħar u huma iqsar mis-Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni.

Tgħallem aktar u applika

Avvenimenti Sportivi Ewropej mingħajr Skop ta’ Qligħ

Maħsubin biex jinkoraġġixxu l-attività sportiva, jimplimentaw l-istrateġiji tal-UE għall-inklużjoni soċjali permezz tal-isport, irawmu l-volontarjat fl-isport, jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni u jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fl-isport u l-attività fiżika.

Tgħallem aktar u applika

Bini tal-Kapaċitajiet fil-qasam tal-isport

Il-proġetti ta’ bini tal-kapaċitajiet huma proġetti ta’ kooperazzjoni internazzjonali bbażati fuq sħubijiet multilaterali bejn organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-isport fl-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm (preċedentement imsejħin Pajjiżi tal-Programm) u l-Balkani tal-Punent. Huma għandhom l-għan li jappoġġjaw attivitajiet u politiki sportivi bħala mezz biex jippromwovu l-valuri kif ukoll għodda edukattiva biex jippromwovu l-iżvilupp personali u soċjali tal-individwi u jibnu komunitajiet aktar koeżivi.

Tgħallem aktar u applika

Last updated: