Kif taqra l-gwida tal-programm
Din il-Gwida tal-Programm hija maqsuma fi tliet partijiet ewlenin:
- Il-Parti A toffri ħarsa ġenerali lejn il-Programm. Tipprovdi informazzjoni dwar l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-karatteristiċi ewlenin tal-Programm, il-Pajjiżi tal-Programm, l-istrutturi ta’ implimentazzjoni u l-baġit ġenerali disponibbli. Din it-taqsima tindirizza lil dawk li jixtiequ jkollhom ħarsa ġenerali tal-ambitu u l-istruttura tal-Programm.
- Il-Parti B tipprovdi informazzjoni speċifika dwar l-Azzjonijiet tal-Programm li huma koperti minn din il-Gwida. Din it-taqsima tindirizza prinċipalment lil dawk li huma interessati jsiru jafu aktar fid-dettall liema tipi ta’ proġetti huma appoġġjati mill-Programm. L-informazzjoni pprovduta f’din it-taqsima hija spjegata aktar fid-dettall fl-Anness I ta’ din il-Gwida.
- Il-Parti C tagħti informazzjoni dettaljata dwar il-proċeduri għall-applikazzjoni għall-għotja u l-għażla tal-proġetti, kif ukoll id-dispożizzjonijiet finanzjarji u amministrattivi marbutin mal-għoti ta’ għotja Erasmus+. Din it-taqsima tindirizza lil dawk kollha li għandhom il-ħsieb li jissottomettu proposta għal proġett fil-qafas tal-Programm Erasmus+.