Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Looking for the 2025 funding list?

If you already know which call your organisation wants to apply for, go straight to the list of calls for proposals.

Go to the funding list

Mobbilità għat-Tagħlim tal-Individwi

L-opportunitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim għandhom l-għan li jinkoraġġixxu l-mobbiltà ta’ studenti, staff, trainees, apprendisti, żgħażagħ u persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ.

Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet f’dan il-proċess hu li jorganizzaw dawn l-opportunitajiet għall-individwi. Il-benefiċċji għall-organizzazzjonijiet jinkludu żieda fil-kapaċità biex joperaw fuq livell internazzjonali, titjib tal-ħiliet maniġerjali, aċċess għal aktar opportunitajiet ta’ finanzjament u proġetti, żieda fl-abbiltà ta’ preparazzjoni, immaniġġjar u segwitu ta’ proġetti, portafoll aktar attraenti ta’ opportunitajiet għall-istudenti u l-istaff tal-organizzazzjonijiet parteċipanti, u l-opportunità li jiżviluppaw proġetti innovattivi ma’ sħab mid-dinja kollha.

Riżorsi relatati


 

Studenti u staff tal-edukazzjoni għolja

L-organizzazzjonijiet jistgħu jibagħtu jew jirċievu studenti, u staff lejn u mingħand pajjiżi parteċipanti. L-istaff jista’ jgħallem jew jitħarreġ barra l-pajjiż, filwaqt li l-istudenti u l-kandidati tad-dottorat jistgħu jagħmlu traineeship jew parti mill-istudji tagħhom barra l-pajjiż.

Tgħallem kif tospita jew tibgħat studenti barra minn pajjiżhom

Akkreditazzjoni tal-Erasmus

Għodda għall-organizzazzjonijiet li jixtiequ jiftħu għal skambju u kooperazzjoni transfruntiera. L-akkreditazzjonijiet huma miftuħa għall-organizzazzjonijiet kollha li jridu jorganizzaw attivitajiet ta’ mobbiltà fuq bażi regolari.

Tgħallem dwar il-proċess ta’ akkreditazzjoni

Studenti u staff tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

L-organizzazzjonijiet jistgħu jibagħtu jew jirċievu apprendisti u studenti għal traineeships vokazzjonali barra l-pajjiż, kif ukoll jibagħtu l-istaff tagħhom għat-tagħlim jew għat-taħriġ.

Tgħallem dwar l-opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet tal-VET

Staff tal-edukazzjoni skolastika

L-iskejjel jistgħu jibagħtu u jirċievu staff għat-tagħlim u l-iżvilupp professjonali.

Tgħallem dwar l-opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni skolastika

Staff tal-edukazzjoni għall-adulti

Huma disponibbli opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti biex jibagħtu jew jirċievu staff biex jgħallmu u jitħarrġu, kif ukoll biex jagħtu l-korsijiet.

Tgħallem dwar l-opportunitajiet għall-fornituri tal-edukazzjoni għall-adulti

Żgħażagħ u persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

L-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw biex imexxu l-proġetti. Għaż-żgħażagħ, dawn jinkludu skambji taż-żgħażagħ, li jippermettu lil gruppi ta’ żgħażagħ jgħixu u jaħdmu flimkien għal massimu ta’ tliet ġimgħat. Għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, il-proġetti jiffukaw fuq it-taħriġ u n-networking.

Tgħallem dwar l-opportunitajiet għall-gruppi taż-żgħażagħ

Azzjoni ta’ Inklużjoni ta’ DiscoverEU

L-organizzazzjonijiet u l-gruppi taż-żgħażagħ jistgħu japplikaw għall-Azzjoni ta’ Inklużjoni ta’ DiscoverEU. Dan joffri appoġġ biex iż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet ikunu jistgħu jipparteċipaw f’DiscoverEU fuq l-istess livell mal-pari tagħhom.

Tgħallem dwar l-Azzjoni ta’ Inklużjoni ta’ DiscoverEU

Last updated: