Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Proġetti ta’ mobbiltà għall-fornituri tal-edukazzjoni għall-adulti

Tip ta’ finanzjament

Dan it-tip ta’ finanzjament jista’ jappoġġa lill-fornituri tal-edukazzjoni għall-adulti u organizzazzjonijiet oħra attivi fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti li jixtiequ

  • jorganizzaw attivitajiet ta’ skambju ta’ apprendiment għall-istudenti u l-persunal tagħhom f’organizzazzjonijiet oħra barra mill-pajjiż
  • jospitaw għalliema li jkunu qed jitħarrġu, jew jistiednu esperti minn barra l-pajjiż biex jiġu fl-organizzazzjonijiet tagħhom

L-attivitajiet jistgħu jinkludu

  • għall-persunal: perjodi ta’ apprendiment individwali jew fi grupp għal studenti adulti f’pajjiż ieħor
  • għall-istudenti: job shadowing, korsijiet u assenjamenti ta’ tagħlim jew taħriġ f’organizzazzjoni oħra barra mill-pajjiż

Tipi ta’ proġetti ffinanzjati

Proġetti għal żmien qasir

L-attivitajiet ta’ skambju jsiru fuq perjodu ta’ 6 xhur sa 18-il xahar. Dawn huma l-aħjar għażla għall-applikanti għall-ewwel darba jew għall-organizzazzjonijiet li jixtiequ jorganizzaw għadd limitat ta’ attivitajiet.

Proġetti akkreditati

Dawn huma miftuħin biss għal organizzazzjonijiet li għandhom akkreditazzjoni tal-Erasmus fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti. Dan il-finanzjament ifisser li l-organizzazzjonijiet akkreditati jistgħu jirċievu finanzjament regolari għall-attivitajiet ta’ mobbiltà li jikkontribwixxu għall-Pjan Erasmus tagħhom (pjan fil-livell tal-organizzazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ mobbiltà ta’ kwalità għolja).

Modi oħra kif tissieħeb

L-organizzazzjonijiet jistgħu jieħdu sehem ukoll fi proġetti mingħajr ma jissottomettu applikazzjoni billi

  • jissieħbu f’konsorzju eżistenti tal-mobbiltà tal-Erasmus+ immexxi minn koordinatur akkreditat tal-konsorzju f’pajjiżhom
  • jospitaw parteċipanti minn pajjiż ieħor: kwalunkwe organizzazzjoni tista’ tospita studenti jew persunal li jkunu ġejjin minn organizzazzjoni sieħba barra l-pajjiż. Li ssir organizzazzjoni ospitanti hija esperjenza siewja u mod tajjeb biex titgħallem kif jaħdem il-Programm Erasmus+

Kuntatti

L-applikazzjonijiet huma mmaniġġjati mill-Aġenzija Nazzjonali fil-pajjiż fejn tkun ibbażata l-organizzazzjoni applikanti.

Sib l-Aġenzija Nazzjonali tiegħek

Dettalji tekniċi

Aqra l-Gwida tal-Programm għad-dettalji tal-attivitajiet iffinanzjati, il-kriterji tal-għażla u l-ammonti tal-baġit.

Tiftix għal sieħeb

Jekk qed tfittex li tissieħeb f’konsorzju eżistenti, tista’ tfittex sħab.

Kriterji kwalitattivi

Meta japplikaw għal finanzjament għal attivitajiet ta’ skambju, l-organizzazzjonijiet jaqblu li jsegwu sett ta’ standards ta’ kwalità tal-Erasmus li jiżguraw kwalità tajba tal-attivitajiet ta’ skambju implimentati.

Għandhom jaħdmu wkoll biex jippromwovu l-inklużjoni u d-diversità, is-sostenibbiltà ambjentali u l-edukazzjoni diġitali permezz tal-attivitajiet tagħhom.

Last updated: