Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Kif inhu mmaniġġjat?

Il-programm Erasmus+ hu mmaniġġjat mill-Kummissjoni Ewropea (il-korp eżekuttiv tal-UE), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), serje ta' Aġenziji Nazzjonali fil-Pajjiżi tal-Programm, u serje ta' Uffiċċji Nazzjonali f'xi Pajjiżi Sħab.

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea tieħu ħsieb l-immaniġġjar ġenerali tal-programm inkluż:

  • l-immaniġġjar tal-baġit
  • l-istabbiliment tal-prijoritajiet
  • l-identifikazzjoni tal-miri u l-kriterji tal-programm
  • il-monitoraġġ u l-gwida tal-implimentazzjoni
  • is-segwitu u l-evalwazzjoni tal-programm

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) tal-Kummissjoni Ewropea għandha r-responsabbiltà li timmaniġġja l-elementi "ċentralizzati" tal-programm inklużi:

  • il-promozzjoni tal-programm u tal-opportunitajiet
  • it-tnedija tas-sejħiet għall-proposti
  • l-analiżi tat-talbiet għall-għotjiet
  • l-għoti tal-kuntratti u tal-monitoraġġ tal-proġetti
  • il-komunikazzjoni dwar ir-riżultati

L-EACEA u l-Kummissjoni jwettqu wkoll studji u riċerka, kif ukoll l-immaniġġjar u l-finanzjament tal-korpi u n-netwerks l-oħra appoġġjati minn Erasmus+.

Fil-Programmi ta' Ħidma Annwali ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea hemm disponibbli informazzjoni dettaljata dwar l-immaniġġjar ta' Erasmus+.

L-Aġenziji Nazzjonali

Fil-pajjiżi tal-UE, il-Kummissjoni tafda ħafna mill-immaniġġjar ta' Erasmus+ lill-Aġenziji Nazzjonali. Barra l-UE, u speċifikament fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, dan ir-rwol jimtela mill-Uffiċċji Nazzjonali ta' Erasmus+.

Il-Kummissjoni tipprovdi l-finanzjament lill-Aġenziji Nazzjonali, li jużaw dawn il-fondi biex jimmaniġġjaw l-attivitajiet "deċentralizzati" tal-programm. Dan jippermetti lill-Aġenziji jadattaw il-programm biex ikun utli għas-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ.

L-Aġenziji Nazzjonali huma responsabbli għal:

  • l-għoti ta' informazzjoni dwar il-programm
  • l-analiżi tal-applikazzjonijiet sottomessi f'pajjiżhom
  • il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm f’pajjiżhom
  • l-appoġġ lin-nies u lill-organizzazzjonijiet li qed jieħdu sehem f'Erasmus+
  • il-promozzjoni tal-programm u l-attivitajiet tiegħu fil-livell lokali u nazzjonali

Dawn l-Aġenziji jappoġġjaw ukoll lill-benefiċjarji tal-programm mill-istadju tal-applikazzjoni sa tmiem il-proġett. Jaħdmu wkoll mal-benefiċjarji u ma' organizzazzjonijiet oħrajn biex jappoġġjaw il-politiki tal-UE f'oqsma appoġġjati mill-programm.

Uffiċċji Nazzjonali ta’ Erasmus+

Barra l-UE, fil-Pajjiżi Sħab li jipparteċipaw f'Erasmus+ fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, ħafna mix-xogħol tal-Aġenziji Nazzjonali jitwettaq mill-Uffiċċji Nazzjonali ta' Erasmus+. Dawn l-uffiċċji huma l-punt fokali għal kull min għandu l-ħsieb li jieħu sehem f'Erasmus+, u huma responsabbli għal:

  • l-għoti tal-informazzjoni dwar il-programm u min jista' jieħu sehem
  • l-għoti ta' pariri u assistenza lill-applikanti potenzjali
  • il-monitoraġġ tal-proġetti ta' Erasmus+
  • l-appoġġ għad-djalogu, l-istudji u l-avvenimenti ta' politika
  • iż-żamma ta' kuntatti mal-esperti u l-awtoritajiet lokali
  • il-monitoraġġ tal-iżviluppi ta' politika

Korpi oħrajn

Hemm diversi organizzazzjonijiet oħrajn li wkoll jappoġġjaw il-programm, inklużi:

Last updated: