Sħubijiet għall-innovazzjoni
Sħubijiet għal proġetti ta’ appoġġ għall-innovazzjoni li għandhom l-għan li jiksbu impatt sistemiku fil-livell Ewropew billi jkollhom il-kapaċità li jużaw l-eżiti tal-proġett fuq skala Ewropea u/jew billi jkunu jistgħu jittrasferuhom f’kuntesti tematiċi jew ġeografiċi differenti. Huma jiffukaw fuq oqsma tematiċi li huma strateġiċi għat-tkabbir u l-kompetittività tal-Ewropa u l-koeżjoni soċjali. Fl-2021, l-azzjoni li ġejja hija inkluża taħt dan it-tip ta’ sħubijiet:
- Alleanzi għall-innovazzjoni
Din l-azzjoni hija ġestita mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA).