Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Looking for the 2025 funding list?

If you already know which call your organisation wants to apply for, go straight to the list of calls for proposals.

Go to the funding list

Sħubijiet fuq Skala Żgħira

Dwar l-opportunità

Is-Sħubijiet fuq Skala Żgħira għandhom l-għan li jilħqu l-organizzazzjonijiet lokali jew dawk li għandhom inqas esperjenza bl-Erasmus+. Huma maħsuba biex iwessgħu l-aċċess għall-programm għal atturi u individwi fuq skala żgħira li diffiċli jintlaħqu fl-oqsma tal-edukazzjoni fl-iskola, l-edukazzjoni tal-adulti, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport. Jagħmlu dan permezz ta’

  • ammonti ta’ għotjiet aktar baxxi mogħtija lill-organizzazzjonijiet
  • tul iqsar
  • rekwiżiti amministrattivi aktar sempliċi
  • inqas ostakli għad-dħul
  • formati flessibbli – taħlita ta’ attivitajiet transnazzjonali u nazzjonali – biex organizzazzjonijiet iżgħar ikunu jistgħu jilħqu persuni b’inqas opportunitajiet

Is-Sħubijiet fuq Skala Żgħira jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien u l-iżvilupp ta’ networks transnazzjonali u l-konnessjoni ta’ politiki lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali. Huma jappoġġjaw ukoll iċ-ċittadinanza Ewropea attiva u jġibu d-dimensjoni Ewropea fil-livelli lokali.

Min jista’ japplika?

Kwalunkwe organizzazzjoni parteċipanti stabbilita f’Pajjiż tal-Programm tista’ tapplika għal Sħubija fuq Skala żgħira. Din l-organizzazzjoni tapplika f’isem l-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha involuti fil-proġett. Kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata, stabbilita f’Pajjiż tal-Programm (ara “Pajjiżi Eliġibbli”) tista’ tipparteċipa fis-sħubija.

Irrispettivament mill-qasam affettwat mill-proġett, is-Sħubijiet fuq Skala Żgħira huma miftuħa għal kwalunkwe tip ta’ organizzazzjoni fi kwalunkwe qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ, l-isport jew setturi soċjoekonomiċi oħra. L-organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet f’oqsma oħra (eż. awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, ċentri ta’ rikonoxximent u validazzjoni, kmamar tal-kummerċ, organizzazzjonijiet kummerċjali, ċentri ta’ gwida, organizzazzjonijiet kulturali u sportivi) jistgħu jieħdu sehem ukoll.

Skont il-prijorità u l-għanijiet indirizzati mill-proġett, is-Sħubijiet fuq Skala Żgħira għandhom jinvolvu l-iktar firxa adegwata u differenti ta’ sħab biex jibbenefikaw mill-esperjenzi, il-profili u l-għarfien espert speċifiku differenti tagħhom.

Kif tapplika

L-organizzazzjonijiet interessati li japplikaw għandhom jagħmlu dan permezz tal-portal tal-finanzjament u tal-offerti tal-UE.

Se ssir Sejħa għall-Proposti waħda fl-2021. Id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja hija s-17 ta’ Ġunju 2021 (17:00 CEST).

Politiki relatati

Is-sħubijiet fuq skala żgħira għandhom l-għan li jiksbu l-istess prijoritajiet bħal dawk tas-Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni.

Skopri aktar

Il-Gwida tal-Programm tal-Erasmus+ hija s-sors ewlieni ta’ informazzjoni dwar is-Sħubijiet għall-kooperazzjoni. Fiha wkoll l-informazzjoni kollha dwar il-prijoritajiet, il-kriterji tal-għoti, ir-regoli dwar il-finanzjament u aktar.

Related calls

Last updated: