Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Looking for the 2025 funding list?

If you already know which call your organisation wants to apply for, go straight to the list of calls for proposals.

Go to the funding list

Żgħażagħ u persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

X'inhuma l-opportunitajiet?

Erasmus+ joffri opportunitajiet biex jiġu organizzati proġetti għall-mobilità taż-żgħażagħ u tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ.

L-Iskambji taż-Żgħażagħ jippermettu gruppi ta' żgħażagħ minn pajjiżi differenti li jiltaqgħu u jgħixu flimkien għal massimu ta' 21 ġurnata biex iwettqu serje ta' attivitajiet li jiffukaw fuq tema li hi rilevanti għalihom. Dawn l-attivitajiet huma ppjanati u mħejjija mill-parteċipanti involuti fil-proġett. Informazzjoni dwar kif iż-żgħażagħ jistgħu jieħdu sehem hi disponibbli fil-paġna Skambji taż-Żgħażagħ.

L-organizzazzjonijiet jistgħu jippreparaw ukoll proġetti taħt is-Servizz Volontarju Ewropew, li permezz tiegħu ż-żgħażagħ jikkontribwixxu b'xogħol bla ħlas u full-time f'pajjiż barrani.

Għal persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet jistgħu jieħdu sehem f'opportunitajiet biex jappoġġjaw l-iżvilupp professjonali u n-netwerk tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, inklużi attivitajiet bħal:

  • seminars,
  • korsijiet ta’ taħriġ,
  • avvenimenti ta' netwerking,
  • żjarat ta' studju, u
  • perjodi ta' insegwiment/osservazzjoni ta' impjiegi f'pajjiż barrani.

Kif jaħdmu?

L-organizzazzjonijiet u l-gruppi ta' żgħażagħ interessati li jieħdu sehem jistgħu japplikaw għal opportunitajiet f'wieħed mir-rwoli li ġejjin:

  • Koordinatur ta' proġett ta' mobilità taż-żgħażagħ - responsabbli għall-applikazzjoni f'isem il-parteċipanti kollha,
  • Organizzazzjonijiet li qed Jibagħtu - organizzazzjoni responsabbli biex jibagħtu liż-żgħażagħ u/jew lill-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ barra l-pajjiż,
  • Organizzazzjonijiet li qed Jirċievu - responsabbli biex jospitaw, jiżviluppaw programm ta' attivitajiet għal parteċipanti u jipprovdi appoġġ.

Kwalunkwe organizzazzjoni jew grupp stabbilit f'Pajjiż tal-Programm jista' jkun l-applikant, u għandu japplika f'isem l-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha involuti fi proġett.

X'jeħtieġlek tkun taf aktar?

Skambji taż-Żgħażagħ

L-iskambji huma miftuħin għal żgħażagħ bl-età bejn it-13-30 sena u jdumu minn 5 sa 21 ġurnata. Jistgħu jseħħu fi Stat Membru jew barra l-UE. L-iskambji għandhom jinvolvu organizzazzjonijiet minn żewġ pajjiżi jew aktar.

Persuni li jaħdmu maż-Żgħażagħ

L-opportunitajiet għal persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ jistgħu jdumu minn jumejn sa xahrejn, u jeħtiġilhom iseħħu fil-pajjiż ta' waħda mill-organizzazzjonijiet parteċipanti. Il-proġetti jistgħu jinkludu sa 50 persuna.

Kif tista’ tapplika?

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Nazzjonali fil-Pajjiż tal-programm fejn hi stabbilita l-organizzazzjoni li qed tapplika.

Aktar informazzjoni

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ fiha aktar informazzjoni dwar l-opportunitajiet disponibbli, kif ukoll dwar kif tapplika.

L-Aġenziji Nazzjonali jew, għall-Imsieħba tal-Viċinat, iċ-Ċentri ta' Riżorsi SALTO YOUTH (fejn disponibbli) jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni, jew tista' tikkuntattja lill-Kummissjoni Ewropea.

Last updated: