Ħarsa ġenerali
Erasmus+ jappoġġja traineeships (kollokamenti f'impjieg jew perjodi ta' studji barra l-pajjiż) għal studenti rreġistrati fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET)
Dawn l-opportunitajiet huma miftuħin wkoll għal apprendisti bbażati f'kumpaniji u għal gradwati reċenti.
Se tkun ospitat jew f’post tax-xogħol jew f’istituzzjoni oħra tal-VET b’perjodi ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol bħala parti mill-istudji tiegħek.
Għal traineeships, l-aċċess għall-Appoġġ Lingwistiku Online se jgħinek titgħallem il-lingwa użata fuq il-post tax-xogħol tiegħek jew fl-istudji tiegħek.
Tul ta’ żmien
It-traineeships jistgħu jdumu bejn ġimagħtejn u 12-il xahar.
Kundizzjonijiet
Qabel ma tibda bħala trainee, int, l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni tiegħek u l-organizzazzjoni riċeventi se tagħmlu Ftehim ta' Tagħlim u tiffirmaw Impenn għall-Kwalità. Dan id-dokument jistabbilixxi l-għanijiet ta' tagħlim, id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek u kif it-traineeship tiegħek se jiġi formalment rikonoxxut.
L-organizzazzjoni jew l-istituzzjoni tiegħek u l-organizzazzjoni riċeventi jridu jkunu stabbiliti f'Pajjiżi tal-Programm Erasmus+.
Biex tirċievi appoġġ ta' Erasmus+ bħala gradwat reċenti, it-traineeship tiegħek għandu jsir fi żmien sena mill-gradwazzjoni.
Appoġġ finanzjarju
L-għotjiet tal-UE huma mfasslin biex ikopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u sussistenza tiegħek matul iż-żmien li tqatta' barra l-pajjiż.
Għalkemm iffinanzjati mill-UE, l-għotjiet huma mmaniġġjati mill-organizzazzjoni li qed tibgħat inkwistjoni u hi responsabbli biex twettaq il-pagamenti lill-individwi.
Jista' jkun li tkun tista' tirċievi l-flus biex jgħinuk titgħallem il-lingwa lokali tax-xogħol.
Kif tapplika
Ma tistax tapplika għal għotja bħala individwu. L-applikazzjonijiet iridu jsiru mill-organizzazzjonijiet li min-naħa tagħhom jagħżlu l-kandidati għat-traineeships barra l-pajjiż.
Ikkuntattja lill-organizzazzjoni VET tiegħek biex issir taf jekk dawn l-opportunitajiet humiex disponibbli għalik.
Skopri aktar
Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ toffri wkoll informazzjoni ddettaljata dwar dawn l-opportunitajiet:
- Ikkonsulta l-Parti B għall-kriterji ta’ għoti, il-kriterji ta' eliġibbiltà, u r-regoli ta' finanzjament.
L-Aġenziji Nazzjonali jistgħu jgħinuk bil-mistoqsijiet u l-applikazzjonijiet.