Erasmus+ jista' jgħinek takkwista esperjenza ta' xogħol siewja billi jappoġġja t-traineeships (kollokamenti f'impjieg, internships, eċċ.) barra l-pajjiż.
Il-fehim kulturali u l-ħiliet lingwistiċi li titgħallem meta taħdem f'pajjiż ieħor jista' jagħmilha aktar faċli għalik biex issib impjieg wara l-istudji tiegħek.
Barra minn hekk, ix-xogħol f'organizzazzjoni rilevanti jiftaħ perspettivi fuq l-istudji tiegħek li jistgħu ma jingħatawx mis-seminars u s-sessjonijiet ta' ħidma.
Dawn l-opportunitajiet huma miftuħa għal nies li bħalissa huma fl-edukazzjoni jew gradwati reċenti. It-traineeships jistgħu jsiru fi kwalunkwe organizzazzjoni rilevanti.
Opportunitajiet
Studenti fl-edukazzjoni għolja u gradwati riċenti
Erasmus+ jappoġġja t-traineeships (kollokamenti f'impjieg, interships, eċċ.) barra l-pajjiż għal studenti rreġistrati f'istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja f'Pajjiżi tal-programm. Dawn l-opportunitajiet huma miftuħin ukoll għall-gradwati reċenti.
Studenti tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, apprendisti u gradwati reċenti
Erasmus+ jappoġġja traineeships (kollokamenti f'impjieg) għal studenti rreġistrati fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET). Dawn l-opportunitajiet huma miftuħa wkoll għal apprendisti bbażati f'kumpaniji u għal gradwati reċenti tal-VET.