Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

X'inhu Erasmus+?

Erasmus+ hu l-programm tal-UE biex jiġu appoġġjati l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa.

Hu għandu baġit stmat ta’ €26.2 biljun. Dan hu kważi d-doppju tal-finanzjament meta mqabbel mal-programm predeċessur tiegħu (2014-2020).

Il-programm 2021-2027 jenfasizza b’mod qawwi l-inklużjoni soċjali, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika.

Hu jappoġġja l-prijoritajiet u l-attivitajiet stabbiliti fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet. Il-programm ukoll

  • jappoġġja l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali
  • jimplimenta l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027
  • jiżviluppa d-dimensjoni Ewropea fl-isport

Opportunitajiet

Erasmus+ joffri opportunitajiet ta’ mobbiltà u kooperazzjoni

  • fl-edukazzjoni għolja
  • fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali
  • fl-edukazzjoni skolastika (inklużi l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal)
  • fl-edukazzjoni tal-adulti
  • fiż-żgħażagħ
  • u fl-isport

Informazzjoni ddettaljata dwar dawn l-opportunitajiet, inklużi l-kriterji ta’ eliġibbiltà, hi disponibbli fil-Gwida tal-Programm Erasmus+.

Eżiti

L-eżiti ta’ Erasmus+ huma disponibbli f’rapporti u kompendji tal-istatistika, kif ukoll permezz tal-Pjattaforma tal-Proġetti Erasmus+. Din tinkludi l-biċċa l-kbira tal-inizjattivi ffinanzjati mill-programm u għażla ta’ prattiki tajbin u stejjer ta’ suċċess.