Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport
Search the guide

Erasmus+ Gwida tal-Programm

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi essenzjali biex wieħed jifhem l-Erasmus+. Hija tipprovdi lill-organizzazzjonijiet u lill-individwi parteċipanti lista komprensiva ta’ opportunitajiet appoġġjati mill-programm.

Il-Gwida tal-Programm 2021 hi disponibbli f’verżjoni online, b’format aktar sempliċi għall-użu u aċċessibbli biex ikun iktar faċli għal min jużaha biex isib l-informazzjoni, kif ukoll verżjoni PDF.

Dwar

X’inhi?

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ (il-verżjoni 3 tat-12/05/2021), li tinkorpora r-Rettifika tat-12/05/2021, hi parti integrali tas-Sejħa għal Proposti tal-Erasmus+ 2021, ippubblikata fil-25/03/2021 u tar-rettifika tagħha, ippubblikata fl-01/06/2021.

L-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li qed ifittxu finanzjament fil-qafas ta’ din is-sejħa għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew f’din il-Gwida.

Dan id-dokument jipprovdi informazzjoni dwar:

  • il-prijoritajiet tal-programm,
  • l-azzjonijiet appoġġjati,
  • il-finanzjament disponibbli għal azzjonijiet differenti,
  • l-informazzjoni dettaljata dwar il-parteċipazzjoni.

Liema verżjonijiet lingwistiċi huma disponibbli?

Bħalissa, il-Gwida tal-Programm hi disponibbli bil-lingwi li ġejjin:

il-Bulgaru | iċ-Ċek | id-Daniż | il-Ġermaniż | l-Estonjan | il-Grieg | l-Ingliż | l-Ispanjol | il-Franċiż | it-Taljan | il-Latvjan | il-Litwan | il-Kroat | l-Ungeriż | il-Malti | l-Olandiż | il-Pollakk | il-Portugiż | ir-Rumen | is-Slovakk | is-Sloven | il-Finlandiż | l-Iżvediż

Fil-każ ta’ tifsiriet kunfliġġenti bejn verżjonijiet lingwistiċi differenti, il-verżjoni Ingliża tipprevali.

Kif tapplika?

L-organizzazzjonijiet huma mistiedna jissottomettu l-applikazzjonijiet online lill-Aġenzija Nazzjonali fil-pajjiż rilevanti, permezz tal-formoli li hemm fuq is-sit web tal-Erasmus+ jew lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura.

Bħalissa qed jitħejjew il-formoli ta’ applikazzjoni online għall-2021 u d-dokumenti relatati. Skont l-azzjonijiet ikkonċernati, dawn se jkunu disponibbli fuq is-siti web tal-Aġenziji Nazzjonali jew tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura.

Għall-azzjonijiet ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA), id-dokumenti rilevanti skont l-azzjoni huma miftuħa għas-sottomissjoni fuq il-Portal tal-Opportunitajiet ta’ Finanzjament u Offerti.

Individwi li jixtiequ japplikaw għandhom jikkuntattjaw l-organizzazzjoni, l-istituzzjoni jew l-istabbiliment edukattiv tagħhom.

Fejn tista' tiskopri aktar?

L-organizzazzjonijiet li qed ifittxu aktar informazzjoni dwar il-proċess jistgħu jikkuntattjaw lill-Aġenzija Nazzjonali, l-Uffiċċju Nazzjonali jew l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura fi Brussell.

Fejn tista' ssib verżjonijiet preċedenti tal-gwida?

2021

2020

Please visit the archive to view older versions of the Programme Guide.