In-networks Jean Monnet fl-Edukazzjoni Għolja
Profil tal-applikant
-
Istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja fi kwalunkwe pajjiż tad-dinja
-
Dawk stabbiliti f’Pajjiżi tal-Programm Erasmus+ għandu jkollhom Karta tal-Erasmus għal Edukazzjoni Għolja (ECHE)
Tul ta’ żmien: 3 snin
Għotja massima: €1,200,000 għal kull network
X’jikkwalifika bħala Network Jean Monnet fl-Edukazzjoni Għolja?
Żewġ tipi ta’ networks tematiċi kbar jistgħu jikkwalifikaw:
-
Network li jiffoka fuq suġġett ta’ politika interna speċifika tal-UE. Jeħtieġ minimu ta’ 12-il istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja minn 7 Stati Membri differenti tal-UE u pajjiżi mhux tal-UE assoċjati mal-Programm.
-
Network li jiffoka fuq kwistjonijiet ta’ politika barranija li jindirizzaw prijorità speċifika waħda. Jeħtieġ minimu ta’ 12-il istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja b’mill-anqas 6 parteċipanti minn pajjiżi mhux tal-UE mhux assoċjati mal-Programm u ffinanzjati minn strumenti ta’ azzjoni esterna tal-UE. In-network dwar kwistjonijiet ta’ politika barranija għandu jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet rilevanti f’pajjiżi appoġġjati.
X’inhu mistenni minn Network Jean Monnet fl-Edukazzjoni Għolja?
-
jiġbor, jixxerja u jiddiskuti: sejbiet tar-riċerka, kontenut tal-korsijiet, esperjenzi, prodotti (studji, artikli, eċċ.), fost is-sħab
-
jistabbilixxi għodda li tippermetti lis-sħab jixxerjaw ix-xogħlijiet akkademiċi tagħhom u jwettqu eżerċizzji ta’ evalwazzjoni bejn il-pari, filwaqt li jikkummentaw ukoll dwar dokumenti mibgħuta
-
regolarment jagħmel għażla tal-aktar riżultati innovattivi u interessanti li għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni
L-għan aħħari tan-networks tematiċi hu li jipprovdu feedback regolari (eż. newsletter online) dwar il-prattiki l-aktar avvanzati u innovattivi fil-qasam, filwaqt li jappoġġjaw u jżidu l-valur tad-dibattitu.
Proċess tal-applikazzjoni
Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess tal-applikazzjoni, jekk jogħġbok żur
-
Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ – għal informazzjoni dettaljata (kriterji tal-applikazzjoni, skedi ta’ żmien, fondi disponibbli)
-
Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA) – l-applikazzjonijiet attwali huma mmaniġġjati mill-aġenzija eżekuttiva
-
Aġenziji Nazzjonali – il-punt ta’ dħul lokali tiegħek biex tfittex linji gwida ta’ appoġġ dwar il-proċess ta’ applikazzjoni
Related calls
There are no calls open at the moment
The next round of funding will open towards the end of the year.
Browse the list of previous calls
Last updated: