Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport
Search the guide

Din il-paġna web għadha ma tirriflettix il-kontenut tal-Gwida tal-Programm Erasmus+ 2022. Madankollu, tista’ tiddawnlowdja l-gwida sħiħa għall-2022 bħala PDF fil-lingwa li għażilt permezz ta’ “Download” li tinsab fuq il-lemin ta’ din il-paġna.

Parti B – Informazzjoni dwar l-azzjonijiet koperti minn din il-gwida

F’din il-parti, il-qarrejja se jsibu l-informazzjoni li ġejja għall-Azzjonijiet u l-attivitajiet kollha koperti mill-Gwida tal-Programm Erasmus+:

  • deskrizzjoni tal-għanijiet u l-impatt mistenni tagħhom;
  • deskrizzjoni tal-attivitajiet appoġġati;
  • tabelli li jippreżentaw il-kriterji li jintużaw biex jiġu evalwati l-proposti tal-proġetti;
  • informazzjoni addizzjonali siewja sabiex ikollhom fehim tajjeb tat-tip ta’ proġetti appoġġati;
  • deskrizzjoni tar-regoli ta’ finanzjament.

Qabel ma jippreżentaw applikazzjoni, l-applikanti huma avżati biex jaqraw bir-reqqa t-taqsima kollha dwar l-Azzjoni li jixtiequ japplikaw għaliha, kif ukoll l-informazzjoni ġenerali dwar il-prijoritajiet, l-għanijiet u l-karatteristiċi ewlenin tal-programm.

Liema azzjonijiet huma ppreżentati f’din il-Gwida?

It-taqsimiet “Azzjoni Ewlenija 1”, “Azzjoni Ewlenija 2” u “Azzjoni Ewlenija 3” jippreżentaw l-Azzjonijiet li ġejjin:

Azzjoni Ewlenija 1:

  • Proġetti ta’ mobbiltà għall-istudenti u l-persunal fl-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), l-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ;
  • Attivitajiet ta’ Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ.

Azzjoni Ewlenija 2:

  • Sħubijiet għall-Kooperazzjoni, li jinkludu:
    • Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni;
    • Sħubijiet fuq Skala żgħira.
  • Sħubijiet għall-Eċċellenza, inklużi:
    • Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali;
    • Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+;
    • Azzjoni Erasmus Mundus.
  • Sħubijiet għall-Innovazzjoni – Alleanzi għall-innovazzjoni.
  • Bini tal-Kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ.
  • Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ.

Azzjoni Ewlenija 3:

  • Żgħażagħ Ewropej Flimkien

Azzjoni ta’ Jean Monnet:

  • Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja
  • Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u tat-taħriġ

Barra minn hekk, xi azzjonijiet tal-Programm jiġu implimentati permezz ta’ sejħiet speċifiċi għal proposti mmexxija direttament mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-Aġenzija Eżekuttiva tagħha. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur is-siti web tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Eżekuttiva.