Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Reġistrazzjoni għall-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fl-azzjonijiet tal-Erasmus+ jew tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Kwalunkwe organizzazzjoni li tixtieq tapplika għal akkreditazzjoni jew għal għotja fl-ambitu tal-Erasmus+ jew tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà trid

  • tirreġistra mas-servizz ġenerali ta’ awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (EU Login)
  • tirreġistra mas-servizz tal-immaniġġjar tal-organizzazzjoni rilevanti

Oħloq kont tal-EU Login

Biex tkun tista’ tirreġistra l-organizzazzjoni tiegħek, l-ewwel trid toħloq kont tal-EU Login. L-EU Login huwa servizz ta’ awtentikazzjoni ġenerali għal firxa wiesgħa ta’ servizzi tal-Kummissjoni Ewropea.

Oħloq kont tal-EU Login

Identifika min jimmaniġġja l-azzjoni tiegħek

Fejn tirreġistra l-organizzazzjoni tiegħek jiddependi mill-azzjoni li fl-ambitu tagħha tkun qed tapplika, u minn min jimmaniġġjaha.
Tista’ tivverifika dan billi tagħti daqqa t’għajn lil-lista tal-azzjonijiet u l-maniġment rispettiv tagħhom.

Għal azzjonijiet ċentralizzati mmaniġġjati mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura

L-organizzazzjonijiet għandhom jirreġistraw permezz tal-portal tal-UE għall-Finanzjament u għall-Offerti.

Ladarba tkun irreġistrajt, tirċievi Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipanti (Participant Identification Code, PIC) li jkun fih 9 ċifri. Dan l-identifikatur uniku jintuża mill-Aġenzija Eżekuttiva bħala referenza fi kwalunkwe interazzjoni.

Irreġistra l-organizzazzjoni tiegħek għal azzjoni ċentralizzata

Għal azzjonijiet deċentralizzati mmaniġġjati mill-Aġenziji Nazzjonali

L-organizzazzjonijiet għandhom jirreġistraw permezz tal-pjattaforma tal-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Ladarba tkun irreġistrajt, tirċievi ID tal-Organizzazzjoni li tista’ tużaha meta tapplika għal akkreditazzjoni jew għotja.

Irreġistra l-organizzazzjoni tiegħek għal azzjoni deċentralizzata

Jekk diġà pparteċipajt f’xi azzjoni tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà mmaniġġjata minn Aġenzija Nazzjonali, tista’ tfittex għall-ID tal-Organizzazzjoni tiegħek fl-istess pjattaforma.

Privatezza

Biex issir taf kif nużaw u nittrattaw id-data personali tiegħek, aqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħna.

Last updated: