Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Proġetti tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet huma proġetti ta’ kooperazzjoni internazzjonali bbażati fuq sħubijiet multilaterali bejn organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-VET fl-Istati Membri tal-UE, u f’pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm u f’pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm. Dawn għandhom l-għan li jappoġġaw ir-rilevanza, l-aċċessibbiltà u r-rispons tal-istituzzjonijiet u s-sistemi tal-VET f’pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm bħala xprunatur tal-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli.

In-networks tal-iskejjel u tal-Istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VETs), ISCED 1 – 4, u/jew Istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja li jipprovdu Taħriġ/Edukazzjoni tal-Għalliema għandhom iservu l-iskop li jagħtu aspett internazzjonali lill-fergħa l-ġdida Jean Monnet u jippermettu l-iskambju ta’ prattiki tajba kif ukoll li jesperjenzaw il-kotagħlim fi ħdan grupp ta’ pajjiżi.

L-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja jew l-Istituti/Aġenziji tat-Taħriġ tal-Għalliema se jorganizzaw attivitajiet fil-qafas ta’ din l-azzjoni li jippermettu lill-għalliema fl-iskejjel u lill-fornituri tal-Edukazzjoni u t-taħriġ Vokazzjonali (VET) jiżviluppaw ħiliet ġodda, biex jgħallmu u jinvolvu ruħhom fi kwistjonijiet tal-UE, u b’hekk jagħtuhom is-setgħa permezz ta’ fehim aħjar tal-UE u l-funzjonament tagħha.

L-Alleanzi għall-Innovazzjoni għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa billi jagħtu spinta lill-innovazzjoni permezz tal-kooperazzjoni u l-fluss tal-għarfien fost l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (kemm inizjali kif ukoll kontinwi), u l-ambjent soċjoekonomiku usa’, inkluża r-riċerka.

X’inhuma s-sħubijiet għall-Eċċellenza?

Is-Sħubijiet għall-Eċċellenza jappoġġaw proġetti b’perspettiva sostenibbli fit-tul. L-azzjonijiet li ġejjin huma appoġġati fil-qafas ta’ dan it-tip ta’ sħubijiet:

  • Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali (CoVEs)
  • Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+
  • Azzjoni Erasmus Mundus:
    • Master Konġunt tal-Erasmus Mundus u
    • Miżuri tat-Tfassil tal-Erasmus Mundus.

Dawn l-azzjonijiet huma ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA).

Din l-azzjoni tappoġġa l-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) u organizzazzjonijiet oħrajn attivi fil-qasam tal-VET li jixtiequ jorganizzaw attivitajiet ta’ mobbiltà għall-apprendiment għall-istudenti u l-persunal tal-VET.

Hija appoġġata firxa wiesgħa ta’ attivitajiet, inkluż job shadowing u korsijiet ta’ żvilupp professjonali għall-persunal, traineeships u kollokamenti fit-tul (ErasmusPro), esperti mistiedna, u attivitajiet oħrajn kif spjegat hawn taħt.

L-akkreditazzjoni tal-Erasmus hija għodda għall-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), l-edukazzjoni skolastika u l-edukazzjoni għall-adulti li jridu jinfetħu għall-iskambju u l-kooperazzjoni transfruntiera. L-għoti tal-akkreditazzjoni tal-Erasmus jikkonferma li l-applikant ikun stabbilixxa pjan sabiex jimplimenta attivitajiet ta’ mobbiltà ta’ kwalità għolja bħala parti minn sforz usa’ sabiex jiżviluppa l-organizzazzjoni tiegħu. Dan il-pjan jissejjaħ Pjan Erasmus u huwa parti ewlenija mill-applikazzjoni għal akkreditazzjoni tal-Erasmus.

Subscribe to Studenti u persunal tal-ETV