Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

L-istudju barra l-pajjiż

Erasmus+ jgħin fl-organizzazzjoni ta' skambji ta' studenti u kandidati għad-dottorat fi ħdan Pajjiżi tal-programm Erasmus+ u minn Pajjiżi sħab jew lejhom.

Meta tistudja barra l-pajjiż ma' Erasmus+, tista' ttejjeb il-ħiliet tiegħek ta' komunikazzjoni, tal-lingwa u dawk interkulturali u tiggwadanja ħiliet personali li huma mfittxija mill-impjegaturi tal-futur. Aqra aktar dwar il-benefiċċji ta' skambju barra l-pajjiż.

Tista' tikkombina l-perjodu tiegħek li tqatta' tistudja barra ma' traineeship biex tiggwadanja esperjenza ta' xogħol - dejjem aktar importanti meta tkun għadek qed tibda fis-suq tax-xogħol.

Opportunitajiet biex tistudja barra huma disponibbli għal studenti fil-livelli ta' Baċċelerat u Masters u kandidati għad-Dottorat.

L-aċċess għall-Appoġġ Lingwistiku Online ta' Erasmus+ se jgħinek titgħallem il-lingwa użata għall-istudji tiegħek jekk qed tiċċaqlaq bejn Pajjiżi tal-programm.

Studenti b'kundizzjonijiet fiżiċi, mentali jew relatati mas-saħħa jistgħu japplikaw għal finanzjament addizzjonali wara li jkunu ġew magħżula biex jistudjaw barra l-pajjiż.

Tul ta' żmien

Il-perjodu ta' studju tiegħek barra l-pajjiż jista' jdum minn minimu ta' 2 xhur (jew term akkademiku jew trimestru) sa massimu ta' 12-il xahar.

Tista' tibbenefika minn skambju barra l-pajjiż ma' Erasmus+ bosta drabi, jew bħala student jew bħala trainee, iżda ż-żmien totali barra l-pajjiż (perjodi ta' studji barra l-pajjiż inklużi) ma jistax jaqbeż 12-il xahar f'ċiklu wieħed ta' studju.

"Ċiklu" jirreferi għal-livell ta' studju kif definit mill-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK):

  • L-ewwel ċiklu (Baċellerat jew ekwivalenti) QEK – 5/6
  • It-tieni ċiklu (Masters jew ekwivalenti) QEK 7
  • It-tielet ċiklu (Dottorat jew ekwivalenti) QEK 8

Għal korsijiet ta' "ċiklu wieħed" bħall-mediċina u l-arkittetura, tista' tmur barra l-pajjiż ma' Erasmus+ għal perjodu sa 24 xahar.

Kundizzjonijiet

Biex tistudja barra l-pajjiż ma' Erasmus+, trid tkun irreġistrat f'istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja u qed tattendi studji li jwasslu għal lawrja rikonoxxuta jew kwalifika fil-livell terzjarju. Għal studenti fl-ewwel ċiklu, trid tkun tal-anqas fit-tieni sena tal-istudji tiegħek.

Il-perjodu ta' studju tiegħek irid ikun rilevanti għall-ħtiġijiet ta' tagħlim relatat mal-lawrja u ta' żvilupp personali tiegħek, u jkun parti mill-programm ta' studju li qed issegwi.

L-istituzzjoni domiċiljari tiegħek u l-istituzzjoni li qed tirċievi jrid ikollhom ftehim interistituzzjonali bejniethom biex int tkun tista' tistudja hemm ma' Erasmus+.

Iż-żewġ istituzzjonijiet irid ikollhom ukoll il-Karta ta' Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (jekk huma Pajjiżi tal-programm). L-istituzzjonijiet mill-Pajjiżi sħab jimpenjaw ruħhom li jimxu mal-prinċipju tal-Karta meta jiffirmaw il-ftehimiet interistituzzjonali.

Rikonoxximent akkademiku

Qabel il-perjodu ta' studju barra l-pajjiż:

  1. Int, l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li qed tibgħatek u dik li qed tirċievi tridu tiffirmaw Ftehim ta' Tagħlim għall-Istudji biex tkun żgurata tħejjija trasparenti u effiċjenti tal-iskambju barra l-pajjiż, kif ukoll biex taqblu kif se jkunu rikonoxxuti l-attivitajiet li jitlestew b'suċċess. Dan id-dokument jistabbilixxi d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tad-diversi partijiet.
  2. Se tirċievi l-Karta tal-Istudent Erasmus+, li tispjega d-drittijiet u l-obbligi tiegħek fir-rigward tal-perjodu tiegħek tal-istudju barra l-pajjiż.

Wara l-perjodu ta' studju barra l-pajjiż:

  1. L-istituzzjoni li qed tirċievi ta’ edukazzjoni għolja trid tagħti kemm lilek kif ukoll lill-istituzzjoni li qed tibgħat traskrizzjoni tar-rekords li tikkonferma li l-programm maqbul tlesta u li tapprova r-riżultati.

  2. L-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja tiegħek trid tirrikonoxxi l-kredits (bl-użu tal-kredits ECTS jew sistema ekwivalenti) kif maqbul fil-Ftehim ta' Tagħlim qabel il-mobilità u tqishom mal-kredits l-oħra lejn il-lawrja tiegħek, mingħajr aktar rekwiżiti.

  3. Jekk l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja tiegħek hi f'Pajjiż tal-programm, il-perjodu ta' mobilità għandu jiġi rreġistrat ukoll fis-Suppliment tad-Diploma.

Aqra aktar dwar il-Linji gwida dwar kif tuża l-Ftehim ta' Tagħlim għall-Istudji

Appoġġ finanzjarju

Tista' tirċievi għotja ta' Erasmus+ bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u sussistenza tiegħek. Din tista' tvarja skont id-differenzi fl-għoli tal-ħajja bejn pajjiżek u l-pajjiż ta' destinazzjoni, l-għadd ta' studenti li qed japplikaw għal għotja, id-distanza bejn il-pajjiżi u d-disponibbiltà ta' għotjiet oħra.

Jekk qed tiċċaqlaq bejn Pajjiżi tal-programm, iċċekkja mal-Aġenzija Nazzjonali tiegħek u l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li qed tibgħatek għar-rati applikabbli. Hemm ukoll appoġġ extra għall-istudenti li jkunu sejrin fuq traineeship, studenti bi sfond żvantaġġat jew mill-pajjiżi jew reġjuni tal-programm ultraperifiċi.

Il-livelli tal-għotjiet u r-rati fissi għall-iskambji bejn Pajjiżi tal-programm u Pajjiżi sħab huma ppubblikati fil-Gwida tal-Programm Erasmus+.

Irrispettivament mill-fatt jekk tirċevix għotja ta' Erasmus+ jew tkunx student b'għotja żero ta' Erasmus+, int se tiffirma ftehim ta' għotja li jispeċifika t-tul ta' żmien ta' mobilità, l-ammont tal-għotja u d-drittijiet u l-obbligi l-oħra tiegħek.  

Jekk int mobbli fi ħdan Pajjiżi tal-programm, l-istituzzjoni li qed tibgħatek se tiffirma l-ftehim ta' għotja tiegħek u se tkun responsabbli biex tħallas il-pagamenti kollha.

Jekk qed tiċċaqlaq bejn Pajjiż tal-programm u Pajjiż sieħeb, l-istituzzjoni tal-Pajjiż tal-programm se tiffirma l-ftehim ta' għotja. L-istituzzjoni li qed tibgħat u dik li qed tirċievi se jiddeċiedu min minnhom se jħallas il-pagamenti tiegħek.

Bħala student ta' Erasmus+, se tkun eżentat mit-tariffi tat-tagħlim, tar-reġistrazzjoni, tal-eżamijiet, u t-tariffi għall-aċċess għal-laboratorji jew il-libreriji fl-istituzzjoni riċeventi. Xorta jistgħu japplikaw tariffi żgħar tal-assigurazzjoni jew għas-sħubija mal-unjoni tal-istudenti.

Tista' tkun eleġibbli għal għotjiet addizzjonali mill-istituzzjoni tiegħek, mill-gvern jew minn sorsi oħrajn. Iċċekkja l-Gwida ta' Finanzjament Ewropew jew il-Portali tal-Istudju

Tista’ wkoll tkun eliġibbli biex tapplika għal borża ta’ studju għal programm ta’ Masters Konġunt, jew għal Self tal-Masters għal lawrja ta’ Masters sa sentejn.

Kif tapplika

Tista' tapplika permezz tal-uffiċċju internazzjonali jew ta' Erasmus+ tal-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja tiegħek.

Għandek tkun magħżul mill-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li qed tibgħatek b'mod ġust u trasparenti.

Arranġamenti għal studenti b'kundizzjonijiet fiżiċi, mentali u relatati mas-saħħa

Studenti b'kundizzjonijiet fiżiċi, mentali jew relatati mas-saħħa jistgħu japplikaw għal finanzjament addizzjonali wara li jkunu ġew magħżula għal perjodu ta' mobilità.

Kun af aktar

Ara li tkun taf id-drittijiet tiegħek meta tistudja jew tmur fuq traineeship barra l-pajjiż.

Studenti b'aktar mistoqsijiet dwar il-parteċipazzjoni f'Erasmus+ għandhom jiċċekkjaw il-mistoqsijiet frekwenti qabel jikkuntattjaw l-istituzzjoni tagħhom, l-Aġenziji Nazzjonali għall-Pajjiżi tal-programm u l-Uffiċċji Nazzjonali għall-Pajjiżi sħab (fejn disponibbli).

L-ESAA - l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti u l-Alumni ta' Erasmus+ toffri lill-istudenti u l-alumni ta' Erasmus+ forum dinamiku għan-netwerking, l-iżvilupp professjonali u l-iskambju interkulturali.

L-istudenti tad-dottorat jistgħu jirċievu wkoll appoġġ mill-UE għal perjodi ta' riċerka barra l-pajjiż permezz tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie.

Quick explainer

Individwi mill-Iżlanda, mil-Liechtenstein, mill-Maċedonja ta’ Fuq, min-Norveġja, mis-Serbja jew mit-Turkijajistgħu jipparteċipaw fil-biċċa l-kbira tal-opportunitajiet peress li dawn il-pajjiżi mhux tal-UE huma assoċċjati mal-programm Erasmus+.

Għal individwi minn pajjiżi oħra li mhumiex fl-UE hemm xi opportunitajiet, pereżempju Lawrji Master Konġunti tal-Erasmus Mundus jew id-dimensjoni internazzjonali tal-iskambju tal-istudenti u tal-istaff (jekk l-università tiegħek tieħu sehem) u tal-iskemi ta’ skambju taż-żgħażagħ.

Int se jkollok bżonn tiċċekkja l-paġni ta’ opportunità għal aktar informazzjoni, billi l-eliġibilità tvarja bejn l-opportunitajiet.

Hemm 2 tipi ta’ pajjiżi fejn l-Erasmus+ huwa attiv.

L-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Dawn jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-programm Erasmus+. Dawn jinkludu l-pajjiżi kollha tal-UE, il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), il-pajjiżi kandidati tal-UE u oħrajn. Qabel kienu jissejħu Pajjiżi tal-Programm.

Il-pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm

Dawn jistgħu jieħdu sehem f’ċerti azzjonijiet tal-Erasmus+. Hemm ħafna minn dawn, li jkopru d-dinja kollha. Qabel kienu jissejħu Pajjiżi Sħab.

Ara l-lista sħiħa tal-pajjiżi eliġibbli

These descriptions determine the countries in which Erasmus+ activities may take place, and which type of activities are possible.

EU Member States and third countries associated to the Programme

These can fully take part in all the actions of the Erasmus+ Programme. They include all EU countries, members of the European Free Trade Association (EFTA), candidate EU countries and others.

Third countries not associated to the Programme

These can take part in certain Erasmus+ actions. There are many of these, spanning the globe.

Duration

Your long-term study period abroad can last a minimum of 2 months (or 1 academic term or trimester) and a maximum of 12 months. Students can also do a blended mobility, combining a virtual period with a physical short or long-term mobility. The short-term physical presence abroad as part of blended mobility lasts a minimum of 5 days and a maximum of 30 days.

You can benefit of an exchange abroad with Erasmus+ multiple times, either as a student or as a trainee, but your total time abroad (study abroad periods included) may not exceed 12 months within one cycle of study.

"Cycle" refers to the level of study as defined by the European Qualifications Framework (EQF):

  • First cycle (Bachelor or equivalent) EQF – 5/6
  • Second cycle (Master or equivalent) EQF 7
  • Third cycle (Doctoral or equivalent) EQF 8

For "one-cycle" courses such as medicine or architecture, you can go abroad with Erasmus+ for as long as 24 months.

Conditions

To study abroad with Erasmus+, you must be registered in a higher education institution and enrolled in studies leading to a recognised degree or tertiary-level qualification. For students in the first cycle, you need to be at least in the second year of your studies.

Your period of study abroad must be relevant for your degree-related learning and personal development needs, and be part of the study programme that you are following.

Your home institution and the receiving institution must have an inter-institutional agreement between them for you to study there with Erasmus+.

Both institutions must also hold the Erasmus Charter for Higher Education (if they are in Programme countries). Institutions from Partner countries commit to the principles of the Charter when signing the inter-institutional agreements.

Academic recognition

Before the study abroad period:

  1. You, your sending and receiving higher education institutions must sign a Learning Agreement for Studies to ensure a transparent and efficient preparation of the exchange abroad, as well as to agree on how activities successfully completed abroad will be recognised. This document sets out rights and responsibilities of the various parties
  2. You will receive the Erasmus+ Student Charter, explaining your rights and obligations with respect to your period of study abroad

After the study abroad period:

  1. The receiving higher education institution must provide you and your sending institution with a transcript of records confirming that the agreed programme has been completed and acknowledge the results

  2. Your higher education institution must recognise the credits (using ECTS credits or an equivalent system) as agreed in the Learning Agreement before the mobility and count them towards your degree, without any further requirements

  3. If your higher education institution is in a Programme country, your mobility period should also be recorded in the Diploma Supplement

Follow the link to read more on the Guidelines on how to use the Learning Agreement for Studies.

Financial support

You may receive an Erasmus+ grant as a contribution to your travel and subsistence costs. This may vary according to differences in living costs between your country and the destination country, the number of students applying for a grant, the distance between countries and the availability of other grants.

If you are moving between Programme countries, check with your National Agency and your sending higher education institution for applicable rates. There is also extra support for students going on a traineeship, students from disadvantaged backgrounds or from outermost Programme countries or regions.

Grant levels and fixed rates for exchanges between Programme and Partner countries are published in the Erasmus+ Programme Guide.

Students in receipt of an Erasmus+ grant or an Erasmus+-zero-grant will sign a grant agreement specifying the duration of the mobility, the amount of the grant and other rights and obligations.  

If you are mobile within Programme countries, your sending institution will sign your grant agreement and it will be responsible for making all payments.

If you are moving between Programme and Partner countries, the Programme country institution will sign the grant agreement. Your sending and receiving institutions will decide which one will make your payments.

As an Erasmus+ student, you are exempted from fees for tuition, registration, examinations, and charges for access to laboratories or libraries at the receiving institution. Small fees for insurance or student union membership may still apply.

You may be eligible for additional grants from your institution, government or other sources. Check the European Funding Guide or the Study Portals.

You may also be eligible to apply for a scholarship for a Joint Master programme, or an EU-guaranteed student loan. These loans are made available by financial intermediaries participating in the European Investment Fund-run Skills & Education Guarantee Pilot.

How to apply

You can apply through the international or Erasmus+ office of your higher education institution.

You should be selected by your sending higher education institution in a fair and transparent way.

Arrangements for students with physical, mental or health-related conditions

Students with physical, mental or health-related conditions may apply for additional funding after they have been selected for a mobility period.

Find out more