Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Stqarrija ta’ privatezza

This privacy statement is related to the Erasmus+ 2014-2020 programme. It is relevant for projects still ongoing from that period.

You can also read the privacy statement of the new Erasmus+ 2021-2027 programme.

Reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni, Formoli tal-Applikazzjoni u EPlusLink

Din l-istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.

Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tipproċessa iktar id-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega r-raġuni għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru, nittrattaw u niżguraw il-protezzjoni tad-data personali kollha pprovduta, kif tintuża dik l-informazzjoni, u liema drittijiet tista’ teżerċita b’rabta mad-data personali tiegħek. Din tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu int tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-informazzjoni relatata mal-operazzjoni tal-ipproċessar “Reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni, Forom tal-Applikazzjoni u EPlusLink”: ir-reġistrazzjoni u l-immaniġġjar tal-informazzjoni tal-organizzazzjonijiet, l-immaniġġjar tal-applikazzjonijiet sottomessi taħt l-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, imwettqa minn DĠ EAC.B.4 hija ppreżentata hawn taħt.

Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?

L-iskop tal-operazzjoni tal-ipproċessar

Id-DĠ EAC jiġbor u juża l-informazzjoni personali tiegħek biex:

  • jippermetti lill-organizzazzjonijiet jirreġistraw sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà mmaniġġjati mill-Aġenziji Nazzjonali
  • jidentifika organizzazzjonijiet applikanti li jitolbu għotja tal-KE għal proġett taħt l-Erasmus+ u l-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà mmaniġġjati mill-Aġenziji Nazzjonali
  • jiffaċilita l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tipi differenti ta’ azzjonijiet deċentralizzati tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
  • jimmaniġġja l-proċeduri tal-għażla tal-applikazzjonijiet taħt l-Erasmus+ u l-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà mmaniġġjati mill-Aġenziji Nazzjonali
  • jistabbilixxi statistika anonima dwar l-organizzazzjonijiet reġistrati, l-organizzazzjonijiet applikanti, il-benefiċjarji, il-proġetti, is-sħab u l-parteċipanti
  • jissodisfa l-obbligi u r-responsabbiltajiet relatati mal-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, ir-rappurtar u l-awditjar
  • jivvaluta l-impatt tal-parteċipazzjoni fil-programm Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fuq l-organizzazzjonijiet benefiċjarji u jikseb għarfien aħjar tal-gruppi parteċipanti sabiex jirfina l-istrateġiji ta’ sensibilizzazzjoni permezz ta’ kwestjonarji u tekniki oħra
  • ixerred ir-riżultati tal-proġett permezz tal-għodod tal-IT adattati tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (Pjattaforma tar-Riżultati tal-Proġetti) li għalihom se jintalab kunsens ċar u infurmat mill-persuni ta’ kuntatt qabel ma tiġi ppubblikata d-data ta’ kuntatt tagħhom
  • jittrasferixxi data lis-sistema tal-OLS (Appoġġ Lingwistiku Online) li tippermetti l-immaniġġjar tal-liċenzji tat-taħriġ tal-lingwa għal parteċipanti individwali fil-mobbiltajiet
  • jittrasferixxi d-data dwar it-Tikketta tal-Akkreditazzjoni u tal-Kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà lejn il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, li għaliha se jintalab kunsens ċar u infurmat mill-persuni ta’ kuntatt qabel ma tiġi ppubblikata d-data ta’ kuntatt tagħhom

Id-data personali tiegħek mhux se tintuża għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat inkluż it-tfassil ta’ profili.

Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Nipproċessaw id-data personali tiegħek, minħabba li:

  • l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni
  • l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih hu soġġett il-kontrollur
  • l-operazzjonijiet tal-ipproċessar huma meħtieġa biex jitwettqu l-obbligi u r-responsabbiltajiet ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar tal-Kummissjoni stabbiliti fir-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu l-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
  • IR-REGOLAMENT (UE) Nru 1288/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE
  • IR-REGOLAMENT (UE) 2018/1475 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1288/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

Id-data pproċessata ma taqax taħt l-ambitu tal-istipulazzjonijiet dwar ir-Restrizzjonijiet (art. 25) u Konsultazzjoni minn Qabel (art. 40) inkorporati fir-Regolament 2018/1725.

Liema data personali niġbru u nipproċessaw b’mod ulterjuri?

Sabiex titwettaq din l-operazzjoni tal-ipproċessar, id-DĠ EAC jiġbor il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

Id-data personali li tinġabar dwar il-persuna ta’ kuntatt ta’ organizzazzjoni reġistrata u l-utenti awtorizzati kif ukoll id-data personali li tinġabar dwar ir-rappreżentant legali u l-persuni ta’ kuntatt tal-organizzazzjonijiet li japplikaw għall-finanzjament jew li jieħdu sehem fi proġett:

  • il-ġeneru
  • l-isem
  • il-kunjom
  • id-dipartment
  • il-pożizzjoni fl-organizzazzjoni
  • l-email professjonali
  • it-telefown prinċipali
  • l-isem tat-triq u n-numru

Il-forniment ta’ data personali huwa obbligatorju biex tiġi rreġistrata l-organizzazzjoni tiegħek u jiġu pproċessati t-talbiet għal finanzjament.

Għal kemm żmien tinżamm id-data personali tiegħek?

Id-DĠ EAC iżomm id-data personali tiegħek biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop tal-ġbir jew tal-ipproċessar ulterjuri.

  • Reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni. Id-data tal-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fi proġetti se titħassar 10 snin wara tmiem is-sena tal-għeluq tal-aħħar proġett fil-programm rilevanti (definit mill-aħħar tranżazzjoni finanzjarja bejn l-AN u l-organizzazzjoni benefiċjarja) sakemm l-organizzazzjoni ma tkunx qed tipparteċipa fi programm ieħor. Barra minn hekk, kull 3 snin, id-data ta’ organizzazzjonijiet li la applikaw għall-finanzjament u lanqas ma pparteċipaw fi proġett f’dak il-perjodu se titħassar.
  • Formoli tal-Applikazzjoni. Id-data se titħassar 5 snin wara l-iskadenza għas-sottomissjoni tas-sejħa għal proposti rilevanti.
  • EPlusLink. Id-data personali se tiġi anonimizzata 10 snin wara tmiem is-sena tal-għeluq tal-aħħar proġett fil-programm rilevanti (definit mill-aħħar tranżazzjoni finanzjarja bejn l-AN u l-organizzazzjoni benefiċjarja).

L-obbligu li jiġi evalwat l-impatt tal-programmi, kif previst fid-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, ma jeħtieġx li tinżamm data personali.

Kif inħarsu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data kollha tinħażen fil-Kummissjoni (f’servers ċentrali). Id-data tal-EPlusLink ukoll tinħażen f’bażi ta' data ospitata f’kull Aġenzija Nazzjonali (li jkun fiha d-data tagħhom stess).

L-operazzjonijiet tal-ipproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju tat-telf ta’ data, il-modifika ta’ data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għall-persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-għanijiet ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar.

L-Aġenziji Nazzjonali huma meħtieġa li jadottaw miżuri ta’ sigurtà tekniċi u organizzattivi xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali.

Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata jiddependi lejn fejn tiġi trasferita d-data personali tiegħek. Bħalissa hemm żewġ tipi ta’ trasferimenti ta’ data, li jiżguraw livell differenti ta’ protezzjoni:

  1. It-trasferimenti ta’ data lejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, lejn pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea, jew lejn pajjiżi li għalihom il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta’ adegwatezza li jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni. 
  2. It-trasferimenti ta’ data lejn pajjiżi terzi li għalihom ma hemm ebda deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni u l-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet tiegħek fir-rigward tad-data personali tiegħek jistgħu ma jkunux ekwivalenti għal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Fil-każ ta’ trasferimenti ta’ data personali ġewwa l-UE/iż-ŻEE u lejn pajjiżi b’deċiżjoni ta’ adegwatezza

L-aċċess għad-data personali tiegħek hu pprovdut lill-istaff tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar u lill-istaff awtorizzat skont il-prinċipju ta’ “ħtieġa ta' tagħrif”. Dan l-istaff jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

Barra l-organizzazzjoni tal-UE, l-aċċess għad-data personali tiegħek hu pprovdut lil:

  • l-istaff intern tal-Aġenziji Nazzjonali inkarigati mill-immaniġġjar tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
  • l-utenti awtorizzati f’kumpaniji esterni li għandhom kuntratt mal-Kummissjoni għat-twassil ta’ servizzi
  • f'każ ta’ awditjar: l-awdituri esterni
  • il-kuntrattur estern tal-OLS
  • il-kumpanija tal-assigurazzjoni magħżula (għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà)

L-informazzjoni li niġbru mhu se tingħata lil ebda parti terza, ħlief sal-limitu u għall-fini li nistgħu nkunu meħtieġa nagħmlu dan bil-liġi.

Fil-każ ta’ trasferimenti ta’ data personali lejn pajjiżi terzi

Id-data personali tiegħek tiġi ttrasferita lil pajjiż terz barra l-UE/iż-ŻEE li għalih ma hemm l-ebda deċiżjoni ta’ adegwatezza (inklużi lil pajjiżi tal-programm – it-Turkija, is-Serbja u l-Maċedonja ta’ Fuq) jekk inti tinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • inti l-persuna ta’ kuntatt jew l-utent awtorizzat ta’ organizzazzjoni rreġistrata jew il-persuna ta’ kuntatt jew ir-rappreżentant legali ta’ organizzazzjoni li tissottometti applikazzjoni jew li tipparteċipa fi proġett mmaniġġjat mill-Aġenziji Nazzjonali mit-Turkija, is-Serbja, il-Maċedonja ta’ Fuq
  • inti l-persuna ta’ kuntatt jew ir-rappreżentant legali ta’ organizzazzjoni li b’mod żbaljat issottomettiet applikazzjoni lil Aġenzija Nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE/taż-ŻEE, filwaqt li kellha tiġi ppreżentata lill-Aġenzija Nazzjonali fit-Turkija, is-Serbja, il-Maċedonja ta’ Fuq; f’dan il-każ l-applikazzjoni (inkluża d-data personali tiegħek) tiġi diretta mill-ġdid lejn dawn l-Aġenziji Nazzjonali
  • inti l-persuna ta’ kuntatt jew ir-rappreżentant legali ta’ organizzazzjoni mit-Turkija, is-Serbja, il-Maċedonja ta’ Fuq li tissottometti applikazzjoni jew tipparteċipa fi proġett KA2 mmaniġġjat minn Aġenzija Nazzjonali fl-UE/fiż-ŻEE
  • int membru tal-istaff tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Erasmus+ jew tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
  • inti l-persuna ta’ kuntatt jew ir-rappreżentant legali ta’ organizzazzjoni applikanti, li pprovdiet aċċess għall-applikazzjoni lil persuna awtorizzata minn pajjiż terz

L-aċċess għad-data personali tiegħek huwa pprovdut lill-organizzazzjonijiet li ġejjin mill-pajjiż terz:

  • l-istaff awtorizzat tal-Aġenziji Nazzjonali mit-Turkija, is-Serbja u l-Maċedonja ta’ Fuq (jekk inti l-persuna ta’ kuntatt jew l-utent awtorizzat ta’ organizzazzjoni rreġistrata jew il-persuna ta’ kuntatt jew ir-rappreżentant legali ta’ organizzazzjoni li tissottometti applikazzjoni jew li tipparteċipa fi proġett mmaniġġjat minn dawk l-Aġenziji Nazzjonali; inti l-persuna ta’ kuntatt jew ir-rappreżentant legali ta’ organizzazzjoni li b’mod żbaljat issottomettiet applikazzjoni lil Aġenzija Nazzjonali fit-Turkija, is-Serbja, il-Maċedonja ta’ Fuq, filwaqt li kellha tiġi sottomessa lill-Aġenzija Nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE/taż-ŻEE; inti l-persuna ta’ kuntatt jew ir-rappreżentant legali ta’ organizzazzjoni mit-Turkija, is-Serbja, il-Maċedonja ta’ Fuq li tissottometti applikazzjoni jew tipparteċipa fi proġett KA2 mmaniġġjat minn Aġenzija Nazzjonali fl-UE/fiż-ŻEE; int staff ta’ Aġenzija Nazzjonali).
  • persuna awtorizzata minn organizzazzjoni ta’ pajjiż terz (jekk int il-persuna ta’ kuntatt jew ir-rappreżentant legali ta’ organizzazzjoni applikanti, li pprovdejt aċċess għall-applikazzjoni lil persuna awtorizzata minn pajjiż terz)

F’dan il-każ, il-livell ta’ protezzjoni tad-data personali tiegħek jiddependi mil-liġi jew il-prattika ta’ dak il-pajjiż terz. Madankollu, id-drittijiet tiegħek fir-rigward tal-protezzjoni tad-data jistgħu ma jkunux ekwivalenti għal dawk f’pajjiż tal-UE/ŻEE jew pajjiż b’deċiżjoni ta’ adegwatezza. 

L-informazzjoni li niġbru mhu se tingħata lil ebda parti oħra li tinsab f’pajjiż terz barra mill-UE/ŻEE, ħlief sal-punt u għall-iskop, li jistgħu jkunu meħtieġa mil-liġi nazzjonali tal-pajjiż inkwistjoni.

X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa jew tikkoreġi d-data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek.

Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek u fil-każ li l-oġġezzjoni tirnexxi tista’ tħassar id-data personali tiegħek.

Int tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tingħata taħt l-Intestatura 9 hawn taħt.

Meta tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni tal-ipproċessar speċifika waħda jew aktar, jekk jogħġbok ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-Referenza/i tar-rekord tagħhom kif speċifikata taħt l-Intestatura [Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni dettaljata?] hawn taħt) fit-talba tiegħek.

Informazzjoni ta’ kuntatt

Il-Kontrollur tad-Data

Id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, Unità B.4 - Koordinazzjoni Erasmus+.

Jekk tixtieq teżerċita drittijietek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib relatat mal-ipproċessar tad-data personali, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ibgħat email lill-Kontrollur tad-Data fuq eu-erasmus-esc-personal-data@ec.europa.eu.

Minn barra dawn ta’ hawn fuq, tista’ tikkuntattja lil:

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni

Inti tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu) fil-każ ta’ kwistjonijiet marbuta mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

Inti għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jekk jidhirlek li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 minħabba l-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.

Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni dettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar dwar id-data personali mill-Kummissjoni, li ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa din l-informazzjoni permezz tar-Reġistru tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.

Din l-operazzjoni tal-ipproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-rekord li ġejja: DPR-EC-01069.

Aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar ta’ data personali fl-Erasmus+ u fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tinsab fuq il-paġna tal-Erasmus+ u protezzjoni tad-data.