Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Appoġġ Lingwistiku Online

L-Appoġġ Lingwistiku Online (ALO) hu mfassal biex ikun ta' għajnuna għall-parteċipanti ta' Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex itejbu l-għarfien tagħhom tal-lingwa li biha jkunu se jaħdmu, jistudjaw jew iwettqu volontarjat barra l-pajjiż sabiex jibbenefikaw kemm jista' jkun mill-esperjenza.

Minħabba li n-nuqqas ta' kapaċitajiet lingwistiċi jibqa' wieħed mill-aktar ostakli ewlenin għall-parteċipazzjoni għal opportunitajiet Ewropej fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-mobbiltà taż-żgħażagħ, l-ALO jwassal biex l-appoġġ lingwistiku jkun aċċessibbli b'mod flessibbli u faċli. Jikkontribwixxi wkoll għall-għan speċifiku tal-programm Erasmus+, li huwa li jiġi promoss it-tagħlim tal-lingwa u d-diversità lingwistika.

Aktar minn 350,000 parteċipant ta’ Erasmus+ jittestjaw il-ħiliet ta’ lingwa tagħhom bl-ALO kull sena u għandhom l-opportunità li jtejbu l-livell tagħhom b’korsijiet tal-lingwa tal-ALO. Bħala medja, il-parteċipanti li jsegwu l-korsijiet attivament itejbu l-livell tagħhom b’tal-inqas livell wieħed tal-QKERL (Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi).

Aċċessa s-sit web tal-OLS

Dwar

Min jista’ jibbenefika minnu?

Bħalissa l-ALO hu disponibbli għal:

OLS hija disponibbli għal-lingwi uffiċjali Ewropej kollha: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Estonjan, l-Ispanjol, il-Finlandiż, il-Franċiż, l-Irlandiż, il-Kroat, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Litwan, il-Latvjan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven u l-Iżvediż.

Kif taħdem?

Il-parteċipanti ta' Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huma kapaċi jiddeterminaw l-abbiltà tagħhom fil-lingwa li se jużaw biex jistudjaw, jaħdmu jew iwettqu l-volontarjat, billi jagħmlu l-valutazzjoni tal-lingwa tal-ALO qabel jmorru barra l-pajjiż. Din il-valutazzjoni qabel it-tluq hija rekwiżit minn qabel għall-istudenti tal-edukazzjoni għolja, biex inkunu ċerti li jilħqu l-livell rakkomandat mill-organizzazzjoni li se tirċevihom (ħlief għal dawk l-istudenti li tkun il-lingwa ta' pajjiżhom jew f'każijiet ġustifikati). Ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni tal-lingwa ma jżommux lill-parteċipanti milli jieħdu sehem f’Erasmus+ u l-programmi tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Il-parteċipanti li jixtiequ jtejbu l-abbiltà tal-lingwa tagħhom għandhom l-opportunità li jsegwu kors tal-lingwa online qabel u waqt iż-żmien li jqattgħu barra l-pajjiż. L-aċċess għall-kors tal-lingwa jinkludi varjetà kbira ta’ attivitajiet ta’ Live Coaching, fosthom sessjonijiet ta’ tutoring u MOOCs interattivi. Il-parteċipanti jistgħu wkoll isegwu kors tal-lingwa fil-lingwa tal-pajjiż ukoll, dment li tali lingwa tkun disponibbli bl-OLS.

F’każijiet fejn il-lingwa ewlenija mhijiex koperta mill-ALO, l-appoġġ lingwistiku jingħata b’mezzi oħra mill-organizzazzjoni li tkun qed tibgħat jew dik li se tirċievi. Meta jaslu lura, il-parteċipanti jagħmlu valutazzjoni finali li tippermettilhom ikejlu l-progress li jkunu għamlu waqt iż-żjara tagħhom.

Kif tipparteċipa?

Jekk inti diġà ntgħażilt biex tmur barra l-pajjiż mal-Erasmus+ jew il-programmi tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u tissodisfa l-kriterji ta' hawn fuq, l-istituzzjoni/organizzazzjoni tiegħek tibgħatlek login u password biex tidħol fil-pjattaforma tal-valutazzjoni u tal-kors tal-lingwa tal-ALO, jekk dan ikun applikabbli.

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkuntattja lill-istituzzjoni li qed tibagħtek jew lill-organizzazzjoni li qed tikkoordina, lill-Aġenzija Nazzjonali jew ikkonsulta l-mistoqsijiet frekwenti fuq is-sit web tal-ALO.

Appoġġ Lingwistiku Online ta’ Erasmus+ għar-Refuġjati

Wara l-kriżi tal-migrazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea fetħet l-ALO għal 100,000 refuġjat fuq perjodu ta’ 3 snin, aċċessibbli fuq bażi volontarja u bla ħlas, fejn iddedikat baġit ta’ €4 miljun. L-għan kien li dan ikun ta’ appoġġ għall-isforzi tal-pajjiżi tal-UE biex jintegraw lir-refuġjati fis-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ tal-Ewropa u jkun żgurat l-iżvilupp tal-ħiliet. Minn meta tnediet din l-inizjattiva, ingħata aċċess għal aktar minn 10,000 kors tal-lingwa lir-refuġjati fil-pajjiżi parteċipanti.