Skip to main content

Erasmus+ Programme Guide

The essential guide to understanding Erasmus+

Erasmus+ Gwida tal-Programm 2025

Din il-paġna web għadha ma tirriflettix il-kontenut tal-Gwida tal-Programm Erasmus+ 2025.

Madankollu, tista’ tiddawnlowdja l-gwida sħiħa għall-2025 bħala PDF fil-lingwa li għażilt.

Parti C - Informazzjoni għall-applikanti

L-applikanti potenzjali kollha li beħsiebhom jissottomettu proposta tal-proġett biex jirċievu appoġġ finanzjarju mill-UE fil-qafas tal-Programm Erasmus+ huma mistiedna jaqraw b’attenzjoni din it-taqsima li hija abbozzata f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea 1 (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju tal-UE”).

Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali u finanzjarji kollha li japplikaw għall-għotjiet mogħtija huma ppreżentati fil-mudell tal-ftehimiet ta’ għotja, li jsiru disponibbli għal proġetti implimentati mill-EACEA fil-Portal tal-Opportunitajiet ta’ Finanzjament u ta’ Offerti 2 u għal proġetti implimentati mill-Aġenziji Nazzjonali fuq is-sit web tal-Aġenzija Nazzjonali ta’ Erasmus+ rilevanti. F’każ ta’ diskrepanzi mal-informazzjoni ppreżentata f’din il-Gwida, id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta’ għotja u tal-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja, (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-mudell tal-ftehim ta’ għotja jew l-MGA), jipprevalu fuq dawk tal-Parti C.

  1. Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1) ĠU L 193/30.7.2018, p 1. Ir-Regolament Finanzjarju tal-UE jinsab fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32018R1046&from=MT ↩ back
  2. https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home ↩ back