Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport
Search the guide

Proġetti li jħarsu ’l Quddiem

Skop tal-azzjoni

Wara l-pandemija reċenti, il-ħtieġa ta’ innovazzjoni fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħna, kif ukoll taż-żgħażagħ, qatt ma kienet daqshekk kbira.L-innovazzjoni fit-tagħlim u l-apprendiment hija kruċjali kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq livell istituzzjonali. Dawn l-approċċi innovattivi ma għandhomx jipprovdu biss lill-ħaddiema tal-lum u ta’ għada bil-ħiliet xierqa għal swieq tax-xogħol li jinbidlu malajr, iżda għandhom jagħtu wkoll il-kreattività u l-ħiliet lill-forza tax-xogħol tal-lum u ta’ għada biex jikkonfrontaw il-kumplessità dejjem akbar tal-isfidi tas-soċjetà li lkoll qegħdin niffaċċjaw bħat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-bijodiversità, l-enerġija nadifa, is-saħħa pubblika, id-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u l-analiżi tad-data.

Din l-azzjoni se timmira li trawwem l-innovazzjoni, il-kreattività u l-parteċipazzjoni, kif ukoll l-intraprenditorija soċjali f’oqsma differenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ, fi ħdan setturi jew bejn is-setturi u d-dixxiplini.

Il-Proġetti li Jħarsu ’l Quddiem huma proġetti fuq skala kbira li għandhom l-għan li jidentifikaw, jiżviluppaw, jittestjaw u/jew jivvalutaw approċċi (ta’ politika) innovattivi li għandhom il-potenzjal li jiġu integrati, u b’hekk itejbu s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Dawn se jappoġġaw ideat li jħarsu ’l quddiem li jirrispondu għall-prijoritajiet Ewropej ewlenin, u li għandhom il-potenzjal li jiġu integrati u jagħtu kontribut għat-titjib tas-sistemi tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, kif ukoll li jġibu effett innovattiv sostanzjali f’termini tal-metodi u l-prattiki għat-tipi kollha ta’ kuntesti ta’ apprendiment u ta’ parteċipazzjoni attiva għall-koeżjoni soċjali tal-Ewropa.

L-għan huwa li jiġu appoġġati proġetti ta’ kooperazzjoni tranżnazzjonali li jimplimentaw sett koerenti u komprensiv ta’ attivitajiet settorjali jew transsettorjali li jew:

  • irawmu l-innovazzjoni f’termini tal-kamp ta’ applikazzjoni, il-metodi u l-prattiki rivoluzzjonarji, u/jew
  • jiżguraw trasferiment tal-innovazzjoni (bejn il-pajjiżi, is-setturi politiċi jew il-gruppi fil-mira), u b’hekk jiġi żgurat sfruttament sostenibbli tar-riżultati tal-proġetti innovattivi u/jew trasferibbiltà f’kuntesti u udjenzi differenti fil-livell tal-UE.

Is-sħubijiet għandhom ikunu magħmulin minn taħlita ta’ organizzazzjonijiet pubbliċi u privati li jgħaqqdu lir-riċerkaturi, il-prattikanti u s-sħab mal-kapaċità li jilħqu lil dawk li jfasslu l-politika.

Għalhekk, proġetti li jħarsu ’l quddiem għandhom jiġu implimentati minn sħubija mħallta ta’ organizzazzjonijiet:

  • abbażi tal-eċċellenza u l-għarfien tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku,
  • li jkollhom il-kapaċità li jinnovaw,
  • li jkunu kapaċi jiġġeneraw impatt sistemiku permezz tal-attivitajiet tagħhom u l-potenzjal li jixprunaw l-aġenda politika fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Il-proġetti appoġġati se jkollhom l-għan li jiksbu impatt sistemiku fil-livell Ewropew billi jkollhom il-kapaċità li jużaw l-eżiti innovattivi tagħhom fuq skala Ewropea u/jew billi jkunu jistgħu jittrasferixxuhom f’kuntesti tematiċi jew ġeografiċi differenti.

Lott 1: Edukazzjoni diġitali (transsettorjali)

Il-proġetti taħt il-Lott 1 jistgħu jindirizzaw setturi edukattivi differenti jew jgħaqqdu s-setturi edukattivi, u jridu jappoġġaw edukazzjoni diġitali ta’ kwalità għolja u inklużiva, f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali.

Il-proposti taħt dan il-Lott għandhom jindirizzaw waħda mit-tliet prijoritajiet li ġejjin:

  • Prijorità 1: Teknoloġija tal-edukazzjoni (edTech): l-espansjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fl-UE permezz tal-kooperazzjoni u l-assigurazzjoni tal-kwalità;
  • Prijorità 2: Approċċi pedagoġiċi effettivi dwar l-informatika għal-livell primarju u sekondarju tal-edukazzjoni;
  • Prijorità 3: It-taħriġ tal-għalliema u l-iżvilupp tal-kurrikulu fl-indirizzar tad-diżinformazzjoni u l-promozzjoni tal-litteriżmu.

Dawn il-prijoritajiet huma spjegati aktar fid-dettall taħt it-taqsima “Stabbiliment ta’ proġett” hawn taħt.

Lott 2: Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (VET)

Il-proġetti taħt il-Lott 2 jindirizzaw is-settur tal-VET. Dawn il-proġetti jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali1 , l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa2 , ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza3 u d-Dikjarazzjoni ta’ Osnabrück dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali4 bħala faċilitatur tal-irkupru u t-tranżizzjonijiet ġusti lejn ekonomiji diġitali u ekoloġiċi5 .

Il-proposti sottomessi taħt il-Lott 2 iridu jindirizzaw waħda miż-żewġ prijoritajiet li ġejjin li huma dettaljati taħt “Stabbiliment ta’ proġett”:

  • Prijorità 4:  Il-mikrokredenzjali għall-impjegabbiltà;
  • Prijorità 5: It-titjib tal-attraenza tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) permezz ta’ sħubijiet u networks ta’ fornituri tal-VET.

Lott 3: Apprendiment għall-adulti

Il-proġetti taħt il-Lott 3 jindirizzaw il-qasam ta’ politika tal-apprendiment għall-adulti. Dawn il-proġetti jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali[fn]https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/economy-works-people/jobs-growth-and-investment/european-pillar-social-rights/european-pillar-social-rights-action-plan_mt, l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa6 , u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ titjib tal-ħiliet7 : Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti.

Il-proposti sottomessi taħt il-Lott 3 iridu jindirizzaw waħda miż-żewġ prijoritajiet li ġejjin li huma dettaljati taħt “Stabbiliment ta’ proġett”:

  • Prijorità 6: L-iżvilupp ta’ reġistri nazzjonali ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ ta’ kwalità assigurata u rilevanti għas-suq tax-xogħol;
  • Prijorità 7: L-appoġġ għall-Patt għall-Ħiliet

Objettivi tal-azzjoni

L-objettivi ġenerali huma kif ġej:

  • Inizjattivi innovattivi b’impatt qawwi fuq ir-riformi fl-edukazzjoni u t-taħriġ, iżda f’oqsma strateġiċi ta’ politika speċifiċi;
  • Il-kontribuzzjoni għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa permezz tal-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ;
  • Il-ħolqien ta’ bidla sistemika permezz tat-trawwim tal-innovazzjoni kemm fil-livell tal-prattika kif ukoll fil-livell tal-politika;
  • L-appoġġ għal ideat li jħarsu ’l quddiem li jiffokaw fuq suġġetti u prijoritajiet ewlenin fil-livell tal-UE, b’potenzjal ċar li jiġu integrati f’settur wieħed jew aktar;
  • Bħala metodi u prattiki edukattivi rivoluzzjonarji kompletament innovattivi u/jew ta’ trasferiment tal-innovazzjoni: l-iżgurar ta’ sfruttament sostenibbli tar-riżultati tal-proġetti innovattivi u/jew it-trasferibbiltà f’kuntesti u udjenzi differenti fil-livell tal-UE.

L-objettivi speċifiċi jinkludu:

  • L-identifikazzjoni, l-iżvilupp, l-ittestjar u/jew il-valutazzjoni ta’ approċċi innovattivi li għandhom il-potenzjal li jiġu integrati biex jittejbu s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u tittejjeb l-effettività tal-politiki u l-prattiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; 
  • It-tnedija ta’ azzjonijiet pilot sabiex jiġu ttestjati soluzzjonijiet għall-isfidi tal-preżent u tal-futur bil-ħsieb li jingħata bidu għal impatt sostenibbli u sistemiku;
  • L-appoġġ għall-kooperazzjoni tranżnazzjonali u l-apprendiment reċiproku dwar kwistjonijiet li jħarsu ’l quddiem fost il-partijiet ikkonċernati ewlenin u l-għoti tas-setgħa lill-partijiet ikkonċernati biex jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi u jippromwovu t-trasferiment ta’ dawk is-soluzzjonijiet f’kuntesti ġodda, inkluż il-bini tal-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

L-attivitajiet taħt Proġetti li Jħarsu ’l Quddiem għandhom jikkontribwixxu għal dan li ġej:

  • Itejbu l-kwalità, l-effiċjenza, l-attraenza, u l-ekwità tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ;
  • Itejbu l-effettività tal-politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ;
  • Jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Oqfsa u l-inizjattivi legali tal-UE kif ukoll rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż mis-Semestru Ewropew;
  • Evidenza u fehim mtejba dwar grupp(i) fil-mira, sitwazzjonijiet ta’ apprendiment u tagħlim u metodoloġiji u għodda effettivi li jistgħu jispiraw u jistimulaw l-innovazzjoni fil-livell tas-sistema;
  • Jiżviluppaw għarfien li jappoġġa politika bbażata fuq l-evidenza;
  • Jiskattaw bidliet fl-imġiba fil-livell tal-UE.

L-attivitajiet ewlenin taħt dawn il-Prijoritajiet jistgħu jinvolvu (lista mhux eżawrjenti): 

  • Ir-riċerka dwar l-azzjoni, xogħol ta’ mmappjar, il-produzzjoni ta’ outputs settorjali jew transsettorjali fuq skala kbira;
  • Attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità tranżnazzjonali bħat-taħriġ, l-analiżi ta’ kuntesti ta’ politika, ir-riċerka politika, l-aġġustamenti istituzzjonali;
  • Attivitajiet pilota għall-ittestjar ta’ soluzzjonijiet innovattivi;
  • Avvenimenti tranżnazzjonali fuq skala kbira jew attivitajiet ta’ networking, kemm settorjali kif ukoll transsettorjali;
  • Attivitajiet ta’ sfruttament sabiex jitqassmu r-riżultati lill-komunità jew lis-settur edukattiv;
  • Attivitajiet ta’ riflessjoni, riċerka u sperimentazzjoni b’ideat innovattivi.

Il-Proġetti li Jħarsu ’l Quddiem huma meħtieġa japplikaw strumenti u għodod madwar l-UE kollha kull meta jkun rilevanti.

Il-Proġetti li Jħarsu ’l Quddiem għandhom jinkludu t-tfassil ta’ pjan ta’ azzjoni fit-tul (lil hinn mid-durata tal-proġett iffinanzjat mill-Erasmus+) għall-adozzjoni u l-integrazzjoni progressiva tal-innovazzjonijiet żviluppati sabiex ikunu jistgħu jħallu impatt fuq is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet rilevanti. Dawn għandhom jiżguraw ukoll il-viżibbiltà xierqa u t-tixrid wiesa’ tal-ħidma, inkluż fil-livell politiku tal-UE u dak nazzjonali.

Il-Proġetti li Jħarsu ’l Quddiem jistgħu jindikaw ukoll kif opportunitajiet ta’ finanzjament oħrajn tal-UE (eż. il-Fondi Strutturali Ewropej, il-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta), il-finanzjament nazzjonali u reġjonali, kif ukoll il-finanzjament privat, jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-proġett. Dawn jistgħu jqisu l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u l-iżviluppi nazzjonali u reġjonali fl-Ekosistemi Industrijali Ewropej.

Kriterji li għandhom jiġu ssodisfati biex wieħed Japplika għal Proġetti li jħarsu ’l Quddiem

Kriterji tal-eliġibbiltà

Sabiex ikunu eliġibbli għal għotja tal-Erasmus+, il-proposti tal-proġett għal Proġetti li Jħarsu ’l Quddiem iridu jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

Min jista’ japplika

L-applikanti (koordinatur u sħab sħaħ) jeħtiġilhom ikunu:

  • organizzazzjonijiet/entitajiet pubbliċi jew privati li huma attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni u tat-taħriġ jew fid-dinja tax-xogħol;
  • stabbiliti fi Stat Membru tal-UE jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm (Pajjiżi li għadhom għaddejjin bin-negozjati għal ftehim ta’ assoċjazzjoni u fejn il-ftehim jidħol fis-seħħ qabel il-firma tal-għotja huma eliġibbli).

Eċċezzjoni: Għal-Lott 3, “Prijorità 7 Appoġġ għall-Patt għall-Ħiliet”, l-organizzazzjonijiet ta’ koordinazzjoni tas-sħubijiet tal-Patt għall-Ħiliet biss jistgħu jkunu koordinaturi, u huma biss l-organizzazzjonijiet li jkunu involuti fi sħubijiet eżistenti tal-Patt għall-Ħiliet fl-iskadenza għas-sottomissjoni li jistgħu jkunu sħab sħaħ.

L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja stabbiliti fi Stat Membru tal-UE jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm irid ikollhom Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE) valida.

L-organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jistgħu jiġu involuti bħala sħab assoċjati (mhux bħala koordinaturi jew sħab sħaħ).

Kompożizzjoni tal-konsorzju

Għal-Lott 1

Il-konsorzju jrid jinkludi mill-inqas tliet applikanti (koordinatur u sħab sħaħ) minn minimu ta’ tliet Stati Membri tal-UE jew pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm.

L-entitajiet affiljati ma jgħoddux għall-kriterji minimi tal-eliġibbiltà għall-kompożizzjoni tal-konsorzju.

Il-konsorzju jrid jinkludi mill-inqas awtorità pubblika waħda fil-livell nazzjonali jew reġjonali (eż. Ministeri tal-Innovazzjoni, tal-Edukazzjoni, tax-Xogħol jew tal-Ekonomija, l-awtoritajiet tal-kwalifiki jew tal-assigurazzjoni tal-kwalità eċċ.), minn Stat Membru tal-UE jew minn pajjiż terz assoċjat mal-Programm, bħala applikant (koordinatur jew sieħeb sħiħ).

Skont il-Prijorità 1 (EdTech), il-konsorzju jrid jinkludi mill-inqas kumpanija waħda tal-EdTech minn Stat Membru tal-UE jew minn pajjiż terz assoċjat mal-Programm, bħala applikant (koordinatur jew sieħeb sħiħ).

Għal-Lott 2:

Il-konsorzju jrid jinkludi mill-inqas sitt applikanti (koordinatur u sħab sħaħ) minn minimu ta’ tliet Stati Membri tal-UE jew pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm.

L-entitajiet affiljati ma jgħoddux għall-kriterji minimi tal-eliġibbiltà għall-kompożizzjoni tal-konsorzju.

Għal mill-inqas tliet pajjiżi eliġibbli, il-konsorzju jrid jinkludi, għal kull pajjiż:

  1. mill-inqas intrapriża waħda, organizzazzjoni rappreżentattiva waħda tal-industrija jew tas-settur, u
  2. mill-inqas fornitur wieħed tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali, jew organizzazzjoni rappreżentattiva (fil-livell sekondarju u/jew terzjarju).

Għal-Lott 3:

Skont il-Prijorità 6, il-konsorzju jrid jinkludi mill-inqas tliet applikanti (koordinatur u sħab sħaħ) minn minimu ta’ tliet Stati Membri tal-UE jew pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm.

L-entitajiet affiljati ma jgħoddux għall-kriterji minimi tal-eliġibbiltà għall-kompożizzjoni tal-konsorzju.

Trid tinkludi wkoll entitajiet pubbliċi jew privati inkarigati minn, jew li għandhom grad għoli ta’ responsabbiltà għal (jew influwenza fuq), l-organizzazzjoni u/jew il-finanzjament u/jew il-provvista ta’ servizzi edukattivi għall-adulti (eż. valutazzjoni tal-ħiliet, validazzjoni tal-kompetenzi, edukazzjoni u taħriġ, orjentazzjoni u gwida), bħala applikanti jew sħab assoċjati.

Skont il-Prijorità 7, il-konsorzju jrid jinkludi biss sħab ta’ sħubijiet eżistenti tal-Patt għall-Ħiliet bħala applikanti (koordinatur u sħab sħaħ) minn minimu ta’ tliet Stati Membri tal-UE jew pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm. L-entitajiet affiljati ma jgħoddux għall-kriterji minimi tal-eliġibbiltà għall-kompożizzjoni tal-konsorzju.

Post tal-attivitajiet

L-attivitajiet iridu jsiru fl-Istati Membri tal-UE jew f’pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm.

Durata tal-proġett

Għal-Lott 1, il-proġetti normalment għandhom idumu bejn 24 u 48 xahar (jistgħu jsiru estensjonijiet, jekk ikunu ġġustifikati kif xieraq u permezz ta’ emenda).

Għal-Lott 2, il-proġetti normalment għandhom idumu 36 xahar (jistgħu jsiru estensjonijiet, jekk ikunu ġġustifikati kif xieraq u permezz ta’ emenda).

Għal-Lott 3, il-proġetti normalment għandhom idumu 24 xahar (jistgħu jsiru estensjonijiet, jekk ikunu ġġustifikati kif xieraq u permezz ta’ emenda).

Id-durata trid tintgħażel fl-istadju tal-applikazzjoni, abbażi tal-objettiv tal-proġett, tat-tip ta’ attivitajiet ippjanati maż-żmien, il-baġit u l-ambizzjonijiet stabbiliti għall-proġett.

Fejn napplika?

Mal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA).

ID tas-Sejħa tal-Lott 1: ERASMUS-EDU-2023-PI-FORWARD-LOT1

ID tas-Sejħa tal-Lott 2: ERASMUS-EDU-2023-PI-FORWARD-LOT2

ID tas-Sejħa tal-Lott 3: ERASMUS-EDU-2023-PI-FORWARD-LOT3

Meta napplika?

L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal għotja sal-15 ta’ Marzu fil-17:00 (ħin ta’ Brussell)

L-organizzazzjonijiet applikanti se jiġu vvalutati skont il-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla rilevanti. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-Parti C ta’ din il-Gwida.

Stabbiliment ta’ proġett

Il-Proġetti Li Jħarsu ’l Quddiem dejjem għandhom iqisu l-kuntesti ta’ politika trażversali li ġejjin:

  1. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
  2. Il-Patt Ekoloġiku tal-Kummissjoni Ewropea8 , l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU9    u d-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima10 ;
  3. L-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa11 ;
  4. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza12
  5. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mikrokredenzjali13
  6. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kontijiet individwali tal-apprendiment14
  7. Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar aġenda Ewropea ġdida għat-tagħlim tal-adulti 2021-203015
  8. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ titjib tal-ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti16 .
  9. It-Trasformazzjoni Diġitali fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħna, kif ukoll fiż-żgħażagħ, kif inkluża fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-202717 tal-Kummissjoni Ewropea;

Lott 1:  Edukazzjoni diġitali (transsettorjali)

Il-proposti sottomessi taħt il-Lott 1 iridu jappoġġaw edukazzjoni diġitali ta’ kwalità għolja u inklużiva, f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027.

Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ bħalissa għaddejjin minn trasformazzjoni diġitali profonda, li qiegħda tiġi xprunata minn avvanzi fil-konnettività; l-użu wiesa’ tal-apparati u tal-applikazzjonijiet diġitali; il-ħtieġa ta’ flessibbiltà individwali; id-disponibbiltà usa’ ta’ kontenut ta’ edukazzjoni diġitali ta’ kwalità għolja u l-ħtieġa għalih u d-domanda dejjem akbar għall-ħiliet diġitali. Il-pandemija tal-COVID-19, li kellha impatt kbir fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ, aċċellerat il-bidla u pprovdiet diversi esperjenzi u perspettivi ġodda ta’ apprendiment.

Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 jistabbilixxi l-politika tal-UE għat-trasformazzjoni diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ matul il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss. Huwa sejħa għall-azzjoni għal kooperazzjoni aktar b’saħħitha fil-livell Ewropew sabiex jittieħdu tagħlimiet mill-kriżi tal-COVID-19 u biex is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ jsiru aktar adattati għall-era diġitali. Il-Pjan ta’ Azzjoni jipprevedi 14-il azzjoni taħt żewġ prijoritajiet strateġiċi, jiġifieri:

  • L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ ekosistema ta’ edukazzjoni diġitali bi prestazzjoni għolja (1)
  • L-indirizzar tal-ħtieġa li jissaħħu l-kompetenzi diġitali għat-trasformazzjoni diġitali (2)

Il-Pjan ta’ Azzjoni, li ġie adottat mill-Kummissjoni bħala faċilitatur importanti taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, beda l-implimentazzjoni tiegħu f’Jannar 2021.F’dawn l-aħħar xhur, wara li aċċettat l-istedina tal-Kunsill u wara d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2021 tal-President tal-Kummissjoni von der Leyen, il-Kummissjoni nediet Djalogu Strutturat mal-Istati Membri dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali. Id-djalogu għandu l-għan li jappoġġa lill-Istati Membri fit-trasformazzjoni diġitali tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tagħhom f’approċċ integrat, koerenti u aktar ambizzjuż, li jgħaqqad flimkien setturi differenti tal-gvern, kif ukoll is-settur privat (eż. kumpaniji tal-EdTech), sħab soċjali u s-soċjetà ċivili. Permezz tad-Djalogu Strutturat, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jippreżentaw dijanjożi kondiviża dwar is-sitwazzjoni u l-perspettivi fil-livell nazzjonali; jidentifikaw it-tagħlimiet meħuda u l-passi neċessarji li jmiss għal azzjoni ulterjuri dwar l-edukazzjoni diġitali.  Id-Djalogu se jitlesta fi tmiem l-2022 u se jikkontribwixxi għal azzjonijiet futuri fil-livell tal-UE dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali, inklużi żewġ proposti għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-fatturi abilitanti għall-edukazzjoni diġitali u dwar it-titjib tal-provvista ta’ ħiliet diġitali fl-edukazzjoni u fit-taħriġ.

F’dan il-kuntest, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-metodoloġiji adegwati u l-opportunitajiet ta’ taħriġ tal-għalliema jkunu fis-seħħ biex jiġi żgurat l-iżvilupp effettiv tal-ħiliet u tal-kompetenzi diġitali permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Dawk jistgħu jinkludu l-provvista tal-informatika bħala mezz għall-promozzjoni tal-użu attiv tat-teknoloġiji minn età bikrija u l-iżvilupp ta’ ħiliet u kompetenzi biex jiġu indirizzati kwistjonijiet urġenti tas-soċjetà, bħall-indirizzar tad-diżinformazzjoni u l-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali.

Minbarra dak spjegat hawn fuq, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Edukazzjoni Diġitali jistabbilixxi li għandha tiġi appoġġata kooperazzjoni aktar effettiva fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali fil-livell tal-UE permezz tat-twaqqif ta’ Ċentru Ewropew għall-Edukazzjoni Diġitali. Iċ-Ċentru se jippromwovi l-kollaborazzjoni transsettorjali, jidentifika u jikkondividi prattiki tajba u jappoġġa lill-Istati Membri u lis-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ b’għodod, oqfsa, gwida, għarfien espert tekniku u riċerka fil-qasam tal-edukazzjoni diġitali. Iċ-Ċentru għandu jgħaqqad inizjattivi u atturi tal-edukazzjoni diġitali nazzjonali u reġjonali u jappoġġa mudelli ġodda għall-iskambju ta’ kontenut tal-edukazzjoni diġitali, filwaqt li jindirizza kwistjonijiet bħal standards komuni, l-interoperabbiltà, l-aċċessibbiltà u l-assigurazzjoni tal-kwalità. F’konformità mal-objettivi taċ-Ċentru, huwa importanti wkoll li l-atturi kollha fl-ekosistema tal-edukazzjoni diġitali jiġu appoġġati biex jikkooperaw ma’ xulxin b’mod effettiv u b’mod partikolari biex tiġi ffaċilitata l-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi/l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u s-setturi li qegħdin jiżviluppaw b’mod rapidu, bħat-Teknoloġija Ewropea tal-Edukazzjoni (EdTech).

Il-Proġetti Li Jħarsu ’l Quddiem se jindirizzaw waħda mit-tliet prijoritajiet li ġejjin:

Prijorità 1: Teknoloġija tal-edukazzjoni (EdTech): l-espansjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fl-UE permezz tal-kooperazzjoni u l-assigurazzjoni tal-kwalità

Is-settur Ewropew tat-teknoloġija tal-edukazzjoni (EdTech) huwa sors importanti ta’ innovazzjoni fl-edukazzjoni diġitali u qiegħed jikber malajr. Madankollu, għadu frammentat ħafna, u spiss ikun nieqes mill-esperjenza u l-kapaċità li jikkoopera b’mod effettiv mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u mal-awtoritajiet pubbliċi b’mod sostenibbli.

Proġetti li jħarsu ’l quddiem f’dan il-qasam prijoritarju jinvolvu organizzazzjonijiet tal-EdTech ibbażati fl-UE billi jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ ekosistema tal-edukazzjoni diġitali Ewropea bi prestazzjoni għolja.

Il-proġetti taħt din il-prijorità għandhom jindirizzaw kemm:

  • l-iżvilupp ta’ qafas ta’ assigurazzjoni tal-kwalità bbażat fuq l-evidenza għat-teknoloġija tal-edukazzjoni, f’kooperazzjoni mal-Ministeri tal-Edukazzjoni, b’referenza għall-eżiti tal-apprendiment miksuba permezz tal-integrazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tal-edukazzjoni fit-tagħlim, fl-apprendiment u fil-valutazzjoni.
  • il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni transsettorjali bejn il-fornituri tat-teknoloġija tal-edukazzjoni, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, u l-awtoritajiet pubbliċi fl-indirizzar ta’ aċċess effiċjenti u ekwu għal kontenut ta’ edukazzjoni diġitali ta’ kwalità għolja.

Prijorità 2: Approċċi pedagoġiċi effettivi dwar l-informatika għal-livell primarju u sekondarju tal-edukazzjoni

L-informatika18 għadha dixxiplina relattivament ġdida fl-edukazzjoni fl-iskola. Filwaqt li xi pajjiżi Ewropej għandhom tradizzjoni twila ta’ tagħlim tal-informatika, oħrajn introduċew dan is-suġġett biss dan l-aħħar, speċjalment fl-edukazzjoni primarja u sekondarja tal-ewwel livell. Il-proċessi ta’ riforma riċenti wasslu għal bidliet fil-kurrikuli tal-iskejjel u għal xejra ġenerali sabiex tissaħħaħ l-informatika fl-iskola fl-UE. Madankollu, l-evidenza eżistenti turi li filwaqt li hemm esperjenza fit-tagħlim tal-informatika fl-edukazzjoni terzjarja u, sa ċertu punt, fis-sekondarja tat-tieni livell, l-ammont ta’ għarfien u ta’ riċerka żviluppati fit-tagħlim f’livell sekondarju u primarju aktar baxx huwa ħafna aktar limitat.

L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ approċċi pedagoġiċi effettivi dwar l-informatika u l-valutazzjoni relatata jista’ jgħin fit-tħejjija aħjar tal-għalliema biex jibnu u jikkondividu l-għarfien espert dwar kif is-suġġett jista’ jiġi integrat bl-aħjar mod fil-livelli differenti tal-edukazzjoni fl-iskola - u b’hekk jiġi promoss aħjar l-użu attiv u sikur tat-teknoloġija diġitali miż-żgħażagħ.

Il-proġetti taħt din il-prijorità għandhom jindirizzaw kemm:

  • l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ approċċi pedagoġiċi effettivi u innovattivi li huma xierqa u bi progressjoni ċara bejn il-livelli differenti tal-edukazzjoni u b’mod partikolari b’enfasi fuq il-livell primarju u sekondarju.
  • l-inizjattivi ta’ taħriġ għall-għalliema mmirati lejn iż-żieda fid-disponibbiltà ta’ għalliema (ġeneralisti u speċjalizzati) bi tħejjija u bi kwalifika adegwati biex jgħallmu d-dixxiplina. 

Prijorità 3: It-taħriġ tal-għalliema u l-iżvilupp tal-kurrikulu fl-indirizzar tad-diżinformazzjoni u l-promozzjoni tal-litteriżmu

Bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027, il-Kummissjoni Ewropea nediet linji gwida komuni għall-għalliema u għall-edukaturi biex tippromwovi l-litteriżmu diġitali u tindirizza d-diżinformazzjoni permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ19 . Madankollu, huma meħtieġa aktar sforzi fil-livell sistemiku biex jiġi żgurat li s-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ jipprovdu liż-żgħażagħ bil-ħiliet u bil-kompetenzi b’mod effettiv, biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet urġenti u li l-għalliema u l-edukaturi jiġu appoġġati fit-taħriġ u fl-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom fil-qasam.

Għal dan l-għan, proġetti li jħarsu ’l quddiem dwar it-taħriġ tal-għalliema u l-iżvilupp tal-kurrikulu fil-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali u fl-indirizzar tad-diżinformazzjoni jkunu jikkontribwixxu għall-appoġġ tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u b’mod partikolari lill-istudenti u lill-għalliema u lill-edukaturi biex jindirizzaw sfidi ġodda u emerġenti fil-klassi marbuta mill-qrib mal-ambjent online dinamiku b’mod effettiv u strutturat.

  • Il-proġetti fil-qafas ta’ din il-prijorità għandhom jindirizzaw kemm it-taħriġ inizjali tal-għalliema kif ukoll l-iżvilupp professjonali kontinwu, fil-qasam tal-litteriżmu diġitali u tal-indirizzar tad-diżinformazzjoni kemm f’termini ta’ kontenut kif ukoll ta’ metodoloġija, iżda wkoll f’termini ta’ adozzjoni sistemika;
  • Ir-riċerka u l-iskambju ta’ approċċi effettivi u skalabbli fl-iżvilupp tal-kurrikulu fil-qasam tal-litteriżmu diġitali u tal-indirizzar tad-diżinformazzjoni.

Lott 2: Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (VET)

Il-proposti sottomessi taħt il-Lott 2 iridu jindirizzaw waħda miż-żewġ prijoritajiet li ġejjin: 

Prijorità 4 - Il-mikrokredenzjali għall-impjegabbiltà

Il-“mikrokredenzjali” huma r-rekord (eż. attestazzjoni jew ċertifikat) tal-eżiti tal-apprendiment li student ikun kiseb wara volum żgħir ta’ apprendiment. Kien hemm tkabbir u użu esponenzjali tal-mikrokredenzjali hekk kif il-ħaddiema u l-persuni li qed ifittxu impjieg ifittxu li jtejbu l-ħiliet u jitħarrġu mill-ġdid f’konformità mad-domandi li qegħdin jinbidlu malajr tas-suq tax-xogħol, mal-impatt tat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika u mal-irkupru mill-COVID-19. Hemm potenzjal kbir fil-mikrokredenzjali biex jiġi appoġġat l-apprendiment tul il-ħajja u forom aktar inklużivi ta’ apprendiment permezz ta’ apprendiment aktar flessibbli u opportunitajiet rilevanti ta’ apprendiment. Il-Kummissjoni ħadet passi permezz tal-proposta tagħha għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għall-apprendiment tul il-ħajja u għall-impjegabbiltà biex tistabbilixxi definizzjoni, format standard għad-deskrizzjoni tal-mikrokredenzjali u prinċipji għat-tfassil u għall-ħruġ ta’ mikrokredenzjali.

Dawn l-elementi huma essenzjali biex jiġu żgurati l-kwalità, il-fiduċja u l-użu tal-mikrokredenzjali u jippermettu l-potenzjal sħiħ tagħhom bħala strument għall-apprendiment. Sabiex jiġi żviluppat aktar il-potenzjal tal-mikrokredenzjali, il-proġetti għandhom jindirizzaw qasam 1 jew taħlita tal-oqsma li ġejjin:

  • Il-mikrokredenzjali għal suq tax-xogħol aktar inklużiv: kif il-mikrokredenzjali jistgħu jintużaw fl-ekosistemi tal-ħiliet, fil-politiki attivi tas-suq tax-xogħol (jiġifieri s-servizzi għall-impjiegi, l-appoġġ għat-taħriġ u l-inċentivi għall-impjiegi) biex jiġu appoġġati l-impjegabbiltà u l-inklużjoni għal gruppi żvantaġġati inklużi ż-żgħażagħ, ir-riċevituri tal-introjtu minimu, il-persuni qiegħda fit-tul, il-persuni b’diżabilità u l-persuni bi kwalifiki baxxi fis-swieq tax-xogħol tal-UE.
  • Il-mikrokredenzjali għat-tranżizzjoni ekoloġika: kif il-mikrokredenzjali jistgħu jitfasslu, jiġu pprovduti u aġġornati biex in-nies jitgħammru bil-ħiliet neċessarji għat-tranżizzjoni ekoloġika bbażata fuq l-użu tal-informazzjoni dwar il-ħiliet tas-suq tax-xogħol u fuq il-kontribut mill-impjegaturi, mill-industrija u mis-sħab soċjali.
  • Il-portabbiltà tal-mikrokredenzjali: kif nistgħu nagħmlu l-aħjar użu mid-diġitalizzazzjoni, mill-istandards miftuħa u mis-servizzi ta’ awtentikazzjoni, inklużi l-Kredenzjali Diġitali Ewropej għall-Apprendiment (parti mill-Europass), biex tkun permessa l-portabbiltà tal-mikrokredenzjali bejn il-pajjiżi, l-impjegaturi, l-edukazzjoni u t-taħriġ u s-sistemi tal-impjiegi.

Prijorità 5: It-titjib tal-attraenza tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) permezz ta’ sħubijiet u networks ta’ fornituri tal-VET

Madwar l-UE, il-gradwati reċenti tal-programmi tal-VET (fil-livell sekondarju tat-tieni livell u fil-livell postsekondarju) għandhom it-tendenza li jkunu ferm aktar impjegabbli mill-gradwati reċenti tal-edukazzjoni ġenerali. Barra minn hekk, il-VET jaqdi rwol prominenti fix-xenarju Ewropew tal-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell peress li madwar nofs (48.4 %) l-istudenti kollha rreġistrati fl-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell huma rreġistrati fi programmi tal-VET.

Madankollu, f’xi pajjiżi, il-VET għadu qed jiffaċċja ħafna preġudizzji u jbati minn perċezzjoni negattiva; u għalhekk, hija meħtieġa bidla fil-mentalità fost iż-żgħażagħ, il-ġenituri, il-kumpaniji u l-istudenti adulti, fil-livell lokali - fejn iseħħ il-VET, f’kooperazzjoni mill-qrib man-networks ta’ fornituri tal-VET.

Barra minn hekk, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza li l-VET jitkompla jkun ta’ benefiċċju għall-kompetittività tal-kumpaniji u tal-ħaddiema.

Il-kunsiderazzjoni tal-VET bħala għażla attraenti hija parti mill-viżjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-VET: “[F]id-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali [u tal-isfidi demografiċi,] hemm il-ħtieġa li tiġi estiża u mtejba b’mod sinifikanti l-offerta ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali għaż-żgħażagħ u għall-adulti, filwaqt li tiżdied ukoll l-attraenza u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.”

Dawn l-isfidi jeħtieġu azzjoni, pereżempju billi tiżdied il-kapaċità fil-livell lokali sabiex tissaħħaħ l-attraenza u l-eċċellenza tal-VET u sabiex il-politika, l-inizjattivi, il-programmi tal-VET Ewropej jinġiebu eqreb lejn il-prattika.

Il-proġetti jridu tal-inqas jimplimentaw is-sett ta’ attivitajiet imsemmija hawn taħt (jistgħu jiżdiedu attivitajiet addizzjonali):

  • Joħolqu networks u sħubijiet ġodda tal-fornituri tal-VET u/jew isaħħu dawk eżistenti fil-livell settorjali, reġjonali, nazzjonali, jew Ewropew, b’mod partikolari għall-pajjiżi li għandhom arranġamenti limitati ta’ rappreżentanza fost il-fornituri tal-VET, biex jiżguraw sensibilizzazzjoni effettiva fost il-komunità tal-VET għall-iskop tat-tisħiħ tal-attraenza u tal-eċċellenza tal-VET b’modi innovattivi; dan jista’ jinkludi l-possibbiltà ta’ kontribuzzjoni u/jew ta’ ħolqien ta’ Komunitajiet ta’ Prattiki (inkluż dawk virtwali) b’appoġġ għall-attraenza u għall-eċċellenza fil-VET.
  • Jorganizzaw kampanji ta’ komunikazzjoni nazzjonali u/jew tranżnazzjonali biex juru l-benefiċċji u l-opportunitajiet tal-karriera offruti mill-kwalifiki inizjali tal-VET għaż-żgħażagħ kif ukoll it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid għall-adulti;
  • Jorganizzaw avvenimenti u/jew inizjattivi ta’ networking fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali jew Ewropej biex tiġi żgurata sensibilizzazzjoni wiesgħa ma’ gruppi fil-mira differenti, bl-użu ta’ taħlita ta’ metodi ta’ komunikazzjoni innovattivi online u tradizzjonali; dawn se jinvolvu grad qawwi ta’ innovazzjoni20 ;
  • Isaħħu l-kooperazzjoni mal-atturi ekonomiċi u soċjali, inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, is-sħab soċjali, u l-impjegaturi biex jimmobilizzaw l-azzjonijiet ħalli tiżdied l-attraenza u l-eċċellenza tal-VET ukoll bil-għan li jitrawmu ambjenti tax-xogħol li jwasslu għall-apprendiment. Il-proġetti se jfittxu li jinkludu kemm jista’ jkun lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali jew reġjonali fil-proġetti;
  • Jagħżlu testimonji, jinnominaw ambaxxaturi, u/jew jistabbilixxu premji għall-eċċellenza f’diversi oqsma (għall-istudenti, l-għalliema, il-ħarrieġa tal-VET, il-fornituri innovattivi tal-VET, il-kumpaniji, l-apprendistati eċċ.) biex iservu bħala eżempji ta’ ispirazzjoni u ta’ mobilizzazzjoni ħalli jiżdiedu l-attraenza u l-eċċellenza fl-VET. L-għotjiet u inizjattivi oħrajn jistgħu jkunu nazzjonali jew tranżnazzjonali u jibnu fuq dak li diġà jeżisti f’xi pajjiżi u jistgħu jiżdiedu u jsiru sostenibbli f’pajjiżi differenti.

Il-proġetti taħt il-Prijorità 5 huma mħeġġin jikkooperaw mal-proġetti l-oħrajn magħżula taħt l-istess prijorità u joħolqu sinerġiji fost l-attivitajiet tagħhom (inkluż permezz tal-organizzazzjoni ta’ avvenimenti konġunti).

Lott 3: Apprendiment għall-Adulti

Il-proposti sottomessi taħt il-Lott 3 iridu jindirizzaw il-prijorità li ġejja: 

Prijorità 6:L-iżvilupp ta’ reġistri nazzjonali ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ ta’ kwalità assigurata u rilevanti għas-suq tax-xogħol

Fost ir-raġunijiet li jillimitaw il-parteċipazzjoni fl-apprendiment għall-adulti, l-istudenti potenzjali jirrapportaw informazzjoni inċerta dwar l-opportunitajiet. Il-pajsaġġ divers tal-opportunitajiet tat-taħriġ għall-adulti huwa diffiċli biex jiġi nnavigat f’ħafna Stati Membri, u spiss ikun inċert għall-osservaturi jekk opportunità speċifika tkunx ta’ kwalità tajba u sussegwentement tkunx se tkun ta’ valur fis-suq tax-xogħol. Għall-adulti, dan inaqqas l-inċentivi għat-tiftix u għat-teħid ta’ opportunitajiet bħal dawn. Għall-korpi ta’ finanzjament potenzjali, jew għall-awtoritajiet pubbliċi jew għall-impjegaturi, dan inaqqas ir-rieda li jżidu l-investiment tagħhom fl-iżvilupp tal-ħiliet. Ir-reġistri nazzjonali ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ ta’ kwalità assigurata u rilevanti għas-suq tax-xogħol intużaw bħala għodda innovattiva biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi f’diversi Stati Membri, spiss marbuta ma’ appoġġ finanzjarju għall-individwi biex jieħdu l-opportunitajiet f’dawn ir-reġistri, u xi drabi jinkludu wkoll informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ gwida u ta’ validazzjoni. L-informazzjoni ta’ kwalità dwar l-għoti ta’ opportunitajiet ta’ gwida u ta’ validazzjoni tgħin ukoll lill-benefiċjarji potenzjali tagħhom biex jinvolvu ruħhom fl-użu tagħhom u jagħmlu l-aħjar għażla.

Il-proġetti se jidentifikaw metodi u mekkaniżmi biex jgħinu ħalli jiġi żgurat li ladarba tali reġistri jkunu operazzjonali, jilħqu numru sinifikanti ta’ utenti minħabba li:

  • Itejbu l-komunikazzjoni bejn id-“dinja tal-edukazzjoni u t-taħriġ” u d-“dinja tax-xogħol” (eż. jinvolvu l-informazzjoni dwar il-ħiliet, is-sħab soċjali, il-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn fil-governanza tagħhom);
  • Jilħqu bilanċ tajjeb bejn l-iżgurar tal-kwalità u l-għoti ta’ offerta diversa ta’ opportunitajiet li jwieġbu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;
  • Jikkombinaw is-sempliċità mill-perspettiva tal-utent bi flessibbiltà xierqa fil-“back end”/dwar l-opportunitajiet inklużi (eż. il-possibbiltà ta’ “rotot multipli” fir-reġistru, id-differenzjazzjoni reġjonali tal-opportunitajiet inklużi, eċċ.); u
  • Jikkatalizzaw investimenti addizzjonali għat-taħriġ (eż. billi jsiru referenza affidabbli għall-iskemi pubbliċi li jipprovdu appoġġ finanzjarju għat-taħriġ, jew negozjar kollettiv jew fil-livell tal-kumpaniji dwar l-intitolamenti għat-taħriġ).
  • Ikunu interoperabbli ma’ reġistri nazzjonali oħrajn u mal-Pjattaforma tal-Europass bis-saħħa tal-użu tagħhom tal-istandards tal-Mudell Ewropew tal-Apprendiment (skema tad-data).

Prijorità 7: L-appoġġ għall-Patt għall-Ħiliet

Il-Patt għall-Ħiliet huwa l-ewwel azzjoni ewlenija tal-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa tal-2020. Il-Patt għandu għeruq sodi fil-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jappoġġa l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u tat-trasformazzjoni diġitali, kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ewropa Soċjali b’Saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti”. Jikkontribwixxi wkoll biex tintlaħaq il-mira tal-UE ta’ 60 % tal-adulti li jipparteċipaw fit-taħriġ kull sena sal-2030, kif stabbilit fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Il-Patt għall-Ħiliet huwa mudell ta’ involviment ġdid biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-ħiliet u biex jitwettqu l-perkors ta’ rkupru, l-Istrateġija Industrijali tal-UE u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Għandu l-għan li jkompli jindirizza d-diskrepanzi fil-ħiliet fl-ekosistemi industrijali billi jimmobilizza kumpaniji, ħaddiema, awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, sħab soċjali, organizzazzjonijiet tal-industrija, fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali, kmamar tal-kummerċ u servizzi għall-impjiegi sabiex jinvestu f’azzjonijiet ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid. Billi jgħaqqdu l-forzi u jagħmlu impenji konkreti biex isir investiment fit-taħriġ għal persuni ta’ età lavorattiva, is-sħubijiet tal-ħiliet skont il-Patt qegħdin jgħinu ħalli jiġu indirizzati l-isfidi tal-ħiliet tal-lum.

Għalhekk, il-proġetti fil-qafas ta’ din il-prijorità għandhom jinkludu biss sħab tas-sħubijiet eżistenti tal-Patt għall-Ħiliet.

Il-proġetti se jimplimentaw l-attivitajiet kollha elenkati hawn taħt:

  • L-iżvilupp u l-appoġġ ta’ strutturi jew ta’ arranġamenti ta’ governanza li jgħaqqdu lill-membri fl-istess sħubija tal-Patt għall-Ħiliet;
  • L-iżvilupp u l-appoġġ tal-kooperazzjoni ta’ kumpaniji kbar mal-SMEs, u fost l-SMEs li huma membri tal-istess sħubija tal-Patt għall-Ħiliet fil-qasam tat-taħriġ;
  • L-appoġġ tad-definizzjoni, tal-implimentazzjoni u tal-monitoraġġ tal-impenji konkreti li għamlet u se tagħmel is-sħubija tal-Patt għall-Ħiliet, bħal: 
  • il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-ħiliet,
  • it-titjib tal-ħiliet ta’ persuni b’ħiliet baxxi,
  • it-taħriġ mill-ġdid tal-persuni għal kompiti ġodda f’xogħolhom, it-taħriġ mill-ġdid ta’ persuni minn setturi oħrajn b’ħiliet trasferibbli għas-settur proprju, bil-ħsieb partikolari li r-refuġjati mill-Ukrajna jiġu integrati fis-suq tax-xogħol.

Impatt mistenni

Il-Proġetti li Jħarsu ’l Quddiem għandhom l-intenzjoni li jipprovdu soluzzjonijiet innovattivi li jistgħu jiġu integrati fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew u idealment bil-potenzjal li jiġu żviluppati aktar jew permezz ta’ finanzjament mill-UE jew inkella permezz ta’ appoġġ nazzjonali u reġjonali.

Il-prattiki minn isfel għal fuq għandhom jindirizzaw b’mod korrett il-prijoritajiet fissi stabbiliti biex isaħħu l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa, jagħmlu impatt qawwi fuq ir-riformi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u joħolqu bidla sistemika.

Permezz tat-tixrid wiesa’ tal-eżiti tal-proġetti fil-livelli tranżnazzjonali, nazzjonali u/jew reġjonali, filwaqt li jitqiesu wkoll l-Ekosistemi Industrijali nazzjonali u Ewropej u l-istrateġiji reġjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, il-Proġetti li Jħarsu ’L Quddiem huma mistennija jħallu impatt katartiku fil-livell tas-sistema biex jgħinu lis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ jilħqu aħjar l-isfidi ta’ dinja li qiegħda tinbidel b’rata mgħaġġla.

Kriterji għall-għoti

Rilevanza tal-proġett - (massimu ta’ 30 punt)

  • Rabta mal-politika u l-inizjattivi tal-UE: il-proposta tistabbilixxi u tiżviluppa proġett li jappoġġa idea li tħares ’il quddiem fil-livell tal-UE, filwaqt li tqis u trawwem għodod u inizjattivi eżistenti tal-UE (jekk rilevanti). Il-proposta tappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE (eż. l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa), Oqfsa tal-UE u l-inizjattivi tal-UE bħar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi mis-Semestru Ewropew;
  • Skop: il-proposta hija rilevanti għall-objettiv tal-Azzjoni, kif ukoll għall-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Azzjoni (ara t-taqsima “Objettiv tal-azzjoni” hawn fuq);
  • Kamp ta’ applikazzjoni: il-proposta tindirizza waħda mill-prijoritajiet tal-Azzjoni (ara t-taqsima “Stabbiliment ta’ proġett” hawn fuq). Skont il-prijorità indirizzata: 
    • Lott 1: Edukazzjoni diġitali (transsettorjali) - L-appoġġ għal edukazzjoni diġitali ta’ kwalità għolja u inklużiva: kemm il-proposta tippjana b’mod konsistenti u tintegra l-attivitajiet, ir-riċerka u l-avvenimenti li jikkontribwixxu b’mod ċar għall-objettivi tal-Lott, b’mod partikolari taħt l-objettivi speċifiċi tal-prijoritajiet li kull proposta tiffoka fuqhom.
    • Prijorità 4 – Mikrokredenzjali għall-impjegabbiltà: kemm il-proposta tiżgura li l-mikrokredenzjali jagħmlu użu minn - jew jesploraw l-adattament ta’ - sistemi nazzjonali eżistenti u għodod u servizzi tal-UE għal: (1) ħiliet u kwalifiki (oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki, sistemi ta’ kreditu, Europass li tinkludi kredenzjali Diġitali Ewropej għall-Apprendiment, għodod tal-assigurazzjoni tal-kwalità eċċ.) u (2) l-impjegabbiltà (sistemi ta’ taħriġ, kontijiet individwali tal-apprendiment individwali, Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, involviment mas-Sħab Soċjali, eċċ.);
    • Prijorità 5 - Attraenza tal-VET:  kemm il-proposta tistabbilixxi jew issaħħaħ in-networks u l-assoċjazzjonijiet tal-fornituri tal-VET, biex tikkontribwixxi b’modi innovattivi u konkreti ħalli żżid l-attraenza u l-eċċellenza fil-VET, u biex jintlaħqu l-fornituri tal-VET f’pajjiżi li għandhom arranġamenti ta’ rappreżentanza limitati fost il-fornituri tal-VET.
    • Prijorità 6 – Reġistri nazzjonali ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ: kemm il-proposta tipprevedi kooperazzjoni u skambju dwar kif għandhom jiġu stabbiliti jew jissaħħu r-reġistri effettivi ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ ta’ kwalità assigurata u rilevanti għas-suq tax-xogħol li jistgħu jiffunzjonaw bħala referenza affidabbli għal skemi pubbliċi jew privati li jipprovdu appoġġ finanzjarju għat-taħriġ u sa liema punt jikkonformaw mal-iskema tad-data tal-Mudell Ewropew tal-Apprendiment;
    • Prijorità 7 – L-Appoġġ għall-Patt għall-Ħiliet: kemm il-proposta tipprevedi azzjonijiet li se jsaħħu l-kooperazzjoni fost is-sħab li jirriżultaw f’informazzjoni aħjar dwar il-ħiliet u f’titjib tal-ħiliet u f’taħriġ mill-ġdid effettivi tal-ħaddiema.
  • Innovazzjoni: il-proposta tqis metodi u tekniki tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, u twassal għal riżultati u soluzzjonijiet innovattivi li jistgħu jiġu integrati f’settur ekonomiku jew edukattiv wieħed jew aktar;
  • Konsistenza: l-objettivi huma bbażati fuq analiżi soda tal-ħtiġijiet; huma ddefiniti b’mod ċar, realistiċi u jindirizzaw kwistjonijiet rilevanti għall-organizzazzjonijiet parteċipanti u għall-Azzjoni;
  • Valur miżjud Ewropew: il-proposta turi b’mod ċar il-valur miżjud fil-livell sistemiku tal-UE, iġġenerat permezz tat-tranżnazzjonalità u t-trasferibbiltà potenzjali tagħha;
  • Kuntest ta’ wara l-pandemija: kemm il-proposta tintegra miżuri li jrawmu politiki u prattiki ġodda fil-livell sistemiku sabiex jiġu ffaċċjati sfidi ġodda maħluqa mill-pandemija riċenti.

Kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett - (massimu ta’ 30 punt)

  • Koerenza: it-tfassil kumplessiv tal-proġett jiżgura konsistenza bejn l-objettivi tal-proġett, il-metodoloġija, l-attivitajiet, id-durata u l-baġit propost. Il-proposta tippreżenta sett koerenti u komprensiv ta’ attivitajiet xierqa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet identifikati u jwasslu għar-riżultati mistennija;
  • Struttura: il-programm ta’ ħidma huwa ċar u komplet (ikopri l-fażijiet xierqa tal-proġett:  it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, it-tixrid u l-isfruttament). Dan jinkludi analiżi ex ante u ex post (it-tnejn fi ħdan id-durata tal-proġett) tal-innovazzjoni introdotta fl-edukazzjoni;
  • Metodoloġija: il-kwalità u l-fattibbiltà tal-metodoloġija proposta u l-adegwatezza tagħha għall-produzzjoni tar-riżultati mistennija, bl-użu ta’ strumenti tal-UE kull meta jkun rilevanti għall-proġett;
  • Ġestjoni: huma previsti arranġamenti sodi ta’ ġestjoni. L-iskedi ta’ żmien, l-organizzazzjoni, il-kompiti u r-responsabbiltajiet huma ddefiniti sew u realistiċi. Il-proposta talloka riżorsi xierqa għal kull attività;
  • It-titjib tal-kwalità u l-effettività: il-proposta tinkorpora l-innovazzjoni tagħha b’mod ċar fl-attivitajiet u r-riżultati li jtejbu l-kwalità, l-effiċjenza u l-ekwità tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ;
  • Baġit: il-baġit jipprevedi r-riżorsi xierqa meħtieġa għas-suċċess, la huwa sopravalutat u lanqas sottovalutat;
  • Kontroll finanzjarju u tal-kwalità: il-miżuri ta’ kontroll (l-evalwazzjoni u t-taħriġ kontinwi tal-kwalità, ir-rieżamijiet bejn il-pari, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni komparattiva, eċċ.) u l-indikaturi tal-kwalità jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-proġett tkun ta’ kwalità għolja u kosteffiċjenti. L-isfidi/ir-riskji tal-proġett huma identifikati b’mod ċar u l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni huma indirizzati kif suppost. Il-proċessi tar-rieżami espert huma ppjanati bħala parti integrali tal-proġett. Il-programm ta’ ħidma jinkludi valutazzjoni indipendenti esterna tal-kwalità f’nofs it-terminu u ftit xhur qabel ma jintemm il-proġett sabiex ikunu jistgħu jsiru aġġustamenti potenzjali tal-proġett.

Kwalità tas-sħubija u tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni - (massimu ta’ 20 punt)

  • Konfigurazzjoni: il-kompożizzjoni tas-sħubija hija konformi mal-objettivi tal-azzjoni u tal-proġett. Din tlaqqa’ flimkien taħlita xierqa ta’ organizzazzjonijiet rilevanti u komplementari bil-profili, il-ħiliet, l-esperjenza, l-għarfien espert u l-appoġġ għall-ġestjoni neċessarji meħtieġa għat-twettiq b’suċċess tal-proġett kollu. Il-proposta tinkludi sħab li jirrappreżentaw is-settur jew l-approċċ transsettorjali kkonċernat b’mod adegwat. Konfigurazzjoni skont il-lott/il-prijorità indirizzata:
    • Prijorità 4– Mikrokredenzjali għall-impjegabbiltà: Kemm is-sħubija tinkludi organizzazzjonijiet li huma involuti b’mod attiv fil-politika jew fil-prattika fl-oqsma tal-apprendiment tul il-ħajja (inklużi l-livelli u t-tipi kollha ta’ apprendiment, ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ) u s-sistemi tal-impjiegi, inklużi politiki attivi tas-suq tax-xogħol (jiġifieri servizzi għall-impjiegi, appoġġ għat-taħriġ u inċentivi għall-impjiegi).
    • Prijorità 5 - Attraenza tal-VET:   Kemm is-sħubija:
      • tinkludi assoċjazzjonijiet jew networks Ewropej, nazzjonali, reġjonali jew settorjali tal-fornituri tal-VET;
      • tinkludi lill-awtoritajiet pubbliċi biex tiżgura l-impatt tal-attivitajiet;
      • tiżgura kopertura ġeografika tajba, b’mod partikolari għal pajjiżi li għandhom arranġamenti ta’ rappreżentanza limitati fost il-fornituri tal-VET. 
  • Impenn: il-kontribuzzjonijiet mis-sħab huma sinifikanti, pertinenti u komplementari. Id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-kompiti hija ċara, xierqa u turi l-impenn u l-kontribuzzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha fir-rigward tal-għarfien espert u l-kapaċità speċifika tagħhom;
  • Kompiti: il-koordinatur juri ġestjoni u koordinazzjoni ta’ kwalità għolja tan-networks tranżnazzjonali u ta’ tmexxija f’ambjent kumpless. Il-kompiti individwali huma allokati abbażi tal-għarfien espert speċifiku ta’ kull sieħeb;
  • Kollaborazzjoni/Spirtu ta’ tim: huwa propost mekkaniżmu effettiv biex jiżgura l-koordinazzjoni, it-teħid ta’ deċiżjonijiet, il-komunikazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti tajbin bejn l-organizzazzjonijiet parteċipanti, il-parteċipanti u kwalunkwe parti kkonċernata rilevanti oħra;
  • Id-dimensjoni ġeografika u l-involviment ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm (jekk applikabbli): is-sħubija tinkludi sħab rilevanti minn żoni ġeografiċi differenti u din il-kompożizzjoni ġeografika hija motivata.  Jekk applikabbli, l-involviment ta’ organizzazzjonijiet parteċipanti minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm iġib valur miżjud essenzjali għall-ilħuq tal-objettivi tal-Proġett li Jħares ’il Quddiem.

Impatt, tixrid u sostenibbiltà - (massimu ta’ 20 punt)

  • Sfruttament: il-proposta turi kif l-eżiti tal-proġett se jiġu integrati fil-livell tas-sistema f’settur wieħed jew aktar. Tipprovdi mezzi biex jitkejjel l-isfruttament matul il-ħajja tal-proġett u wara;
  • Tixrid: il-proposta tipprovdi pjan ċar għat-tixrid tar-riżultati, u tinkludi miri kwantitattivi xierqa identifikati, l-attivitajiet, it-twaqqit, l-għodod u l-mezzi rilevanti biex jiġi żgurat li r-riżultati u l-benefiċċji jitqassmu b’mod effettiv lill-partijiet ikkonċernati, lil dawk li jfasslu l-politika u l-ixprunaturi tal-innovazzjoni xierqa matul il-ħajja tal-proġett u wara. Il-proposta tindika wkoll liema sħab se jkunu responsabbli għat-tixrid u turi l-esperjenza rilevanti li għandhom fl-attivitajiet ta’ tixrid. It-tixrid iqis ukoll l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti li jħallu impatt fuq il-livell massimu f’dawn il-livelli; Aċċess miftuħ: bħala regola ġenerali, u fil-limiti tal-oqfsa legali nazzjonali u Ewropej eżistenti, ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli bħala riżorsi edukattivi miftuħa (OER) kif ukoll fuq pjattaformi rilevanti, professjonali, settorjali jew tal-awtoritajiet kompetenti. Il-proposta se tiddeskrivi kif id-data, il-materjali, id-dokumenti u l-attività tal-media awdjoviżiva u soċjali prodotti se jkunu disponibbli bla ħlas u kif se jiġu promossi permezz ta’ liċenzji miftuħa, u ma tinkludix limitazzjonijiet sproporzjonati;
  • Impatt: il-proposta turi l-impatt potenzjali tal-proġett:  
    • Fuq il-gruppi u s-settur(i) fil-mira;
    • Fuq dawk li jfasslu l-politika fil-livell tas-sistema;
    • Barra dawk li jfasslu l-politika u l-awtoritajiet fil-mira diretta tal-proġett, fuq l-ixprunaturi tal-innovazzjoni privati jew pubbliċi fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropej. Il-proposta turi l-potenzjal li għandu jiġi implimentat minn partijiet ikkonċernati ewlenin oħrajn fis-settur jew lil hinn minnu.

Il-proposta tinkludi miżuri kif ukoll miri u indikaturi kwantitattivi identifikati biex timmonitorja l-progress u tivvaluta l-impatt mistenni (fuq perjodu qasir u twil);

  • Sostenibbiltà: il-proposta tispjega kif il-Proġett li Jħares ’il Quddiem se jiġi implimentat u żviluppat aktar f’livelli differenti (lokali, reġjonali, nazzjonali). Il-proposta tinkludi t-tfassil ta’ pjan ta’ azzjoni fit-tul għall-implimentazzjoni progressiva tar-riżultati tanġibbli tal-proġett wara li l-proġett ikun intemm u l-inkorporazzjoni tagħhom fil-pjan ġenerali. Dan il-pjan għandu jkun ibbażat fuq sħubijiet sostnuti bejn dawk li jfasslu l-politika, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u partijiet ikkonċernati ewlenin tal-industrija fil-livell xieraq. Għandu jinkludi l-identifikazzjoni ta’ strutturi ta’ governanza xierqa, kif ukoll pjanijiet għall-iskalabbiltà u s-sostenibbiltà finanzjarja, inkluża l-identifikazzjoni potenzjali ta’ riżorsi finanzjarji (Ewropej, nazzjonali u privati) biex jiġi żgurat li r-riżultati u l-benefiċċji miksuba jkollhom sostenibbiltà fit-tul.

Sabiex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, l-applikazzjonijiet iridu jiksbu tal-inqas 70 punt (minn total ta’ 100 punt), filwaqt li jitqies ukoll il-punteġġ minimu meħtieġ għal kull wieħed mill-erba’ kriterji għall-għoti: minimu ta’ 15-il punt għall-kategorija “rilevanza tal-proġett”; Ħmistax-il punt għall-“kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett”, 10 punti għall-“kwalità tas-sħubija u tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni” u 10 punti għall-“impatt”.

Il-proposti ex aequo fl-istess prijorità se jingħataw prijorità skont il-punteġġi li ngħataw għall-kriterju tal-għoti “Rilevanza” u mbagħad “Impatt”.

Il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, jekk ikun possibbli, se jkollu l-għan li jiżgura kopertura bbilanċjata tal-prijoritajiet.

X’inhuma r-regoli ta’ finanzjament?

Din l-azzjoni ssegwi mudell ta’ finanzjament ta’ somma f’daqqa. L-ammont tal-kontribuzzjoni ta’ somma waħda f’daqqa se jiġi ddeterminat għal kull għotja abbażi tal-baġit stmat tal-azzjoni proposta mill-applikant. L-awtorità tal-għoti se tistabbilixxi s-somma f’daqqa ta’ kull għotja bbażata fuq il-proposta, ir-riżultat tal-evalwazzjoni, ir-rati ta’ finanzjament u l-ammont massimu tal-għotja stabbilit fis-sejħa.

L-għotja massima tal-UE għal kull proġett hija kif ġej:

  • Għal-Lott 1 – Edukazzjoni Diġitali (Transsettorjali): EUR 1,500,000
  • Għal-Lott 2 - Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (VET): EUR 900,000
  • Għal-Lott 3 - Edukazzjoni għall-adulti (AE): EUR 1,000,000

In-numru massimu ta’ proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati huwa:

Għal-lottijiet kollha: ma hemm l-ebda numru massimu ta’ proġetti stabbilit ħlief ir-restrizzjonijiet baġitarji.

Għal-Lott 1: hemm mira indikattiva ta’ tliet proġetti għal kull prijorità.

Kif tiġi ddeterminata s-somma f’daqqa tal-proġett?

L-applikanti jeħtiġilhom jimlew tabella tal-baġit dettaljata skont il-formola tal-applikazzjoni, filwaqt li jqisu l-punti li ġejjin:

  1. Il-baġit għandu jkun dettaljat kif meħtieġ mill-benefiċjarju/i u organizzat f’pakketti ta’ ħidma koerenti (pereżempju maqsum f’“ġestjoni tal-proġetti”, “analiżi”, “taħriġ”, “organizzazzjoni tal-avvenimenti”, “implimentazzjoni tal-mobbiltà”, “pjan ta’ azzjoni fit-tul”, “komunikazzjoni u tixrid”, “assigurazzjoni tal-kwalità”, eċċ.);
  2. Il-proposta trid tiddeskrivi l-attivitajiet koperti minn kull pakkett ta’ ħidma;
  3. Fil-proposta tagħhom, l-applikanti jeħtiġilhom jipprovdu tqassim tal-kostijiet stmati li juru s-sehem għal kull pakkett ta’ ħidma (u, fi ħdan kull pakkett ta’ ħidma, is-sehem assenjat lil kull benefiċjarju u entità affiljata);
  4. Il-kostijiet deskritti jistgħu jkopru l-kostijiet tal-persunal, il-kostijiet tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, il-kostijiet tat-tagħmir u tas-subkuntrattar kif ukoll kostijiet oħrajn (bħat-tixrid tal-informazzjoni, il-pubblikazzjoni jew it-traduzzjoni).

Il-proposti se jiġu evalwati skont il-proċeduri ta’ evalwazzjoni standard bl-għajnuna tal-esperti interni u/jew esterni. L-esperti se jivvalutaw il-kwalità tal-proposti skont ir-rekwiżiti definiti fis-sejħa u l-impatt, mistenni, il-kwalità u l-effiċjenza tal-azzjoni. Il-valur tas-somma f’daqqa se jkun limitat għal massimu ta’ 80 % tal-baġit stmat iddeterminat wara l-evalwazzjoni.

Wara l-evalwazzjoni tal-proposta, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni se jistabbilixxi l-ammont tas-somma f’daqqa, filwaqt li jqis is-sejbiet tal-valutazzjoni mwettqa.

Il-parametri tal-għotja (l-ammont massimu tal-għotja, ir-rata ta’ finanzjament, il-kostijiet totali eliġibbli, eċċ.) se jiġu stabbiliti fil-Ftehim ta’ Għotja. Mhuwiex permess appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi. Il-kostijiet tal-voluntiera u tal-SMEs huma permessi. Jekk jogħġbok irreferi għall-Parti C ta’ din il-Gwida tal-Programm, it-taqsima “Kostijiet diretti eliġibbli”.

Taħt il-Lott 2, prijorità 5, il-proposta għandha tinkludi l-kostijiet għal avveniment annwali konġunt wieħed b’mod indikattiv li jippermetti l-iskambju ta’ prattiki tajba u l-kooperazzjoni ma’ proġetti oħrajn magħżula taħt il-prijorità (sa żewġ persuni għal kull applikazzjoni/avveniment konġunt).

Il-kisbiet tal-proġett se jiġu evalwati fuq l-eżiti mwettqa. L-iskema ta’ finanzjament tippermetti li ssir enfasi fuq l-outputs aktar milli fuq l-inputs, u b’hekk titqiegħed enfasi fuq il-kwalità u l-livell tal-kisba tal-objettivi li jistgħu jitkejlu.

Aktar dettalji huma deskritti fil-mudell tal-Ftehim ta’ Għotja disponibbli fil-Portal tal-Opportunitajiet ta’ Finanzjament u ta’ Offerti (FTOP).