Skip to main content

Erasmus+ Programme Guide

The essential guide to understanding Erasmus+

Azzjonijiet Jean Monnet

L-azzjonijiet Jean Monnet joffru opportunitajiet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ. L-azzjonijiet Jean Monnet jikkontribwixxu għat-tixrid tal-għarfien dwar kwistjonijiet ta’ integrazzjoni tal-Unjoni Ewropea. L-azzjonijiet li ġejjin huma appoġġati: 

  • Azzjonijiet Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja
  • Azzjonijiet Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ
  • Dibattitu ta’ orjentazzjoni Jean Monnet (edukazzjoni għolja u oqsma oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ).

Dawn l-azzjonijiet huma ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA).