Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Proġetti ta’ mobbiltà għall-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

Tip ta’ finanzjament

Dan it-tip ta’ finanzjament jista’ jappoġġa organizzazzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) li jixtiequ

  • jorganizzaw skambji ta’ apprendiment għall-istudenti u l-persunal tagħhom f’organizzazzjonijiet oħra barra mill-pajjiż
  • jospitaw għalliema li jkunu qed jitħarrġu, jew jistiednu esperti minn barra l-pajjiż biex jiġu fl-organizzazzjonijiet tagħhom

L-attivitajiet jistgħu jinkludu

  • għall-persunal: job shadowing, korsijiet, assenjamenti ta’ tagħlim jew taħriġ
  • għall-istudenti: perjodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż, jew parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet tal-ħiliet 

Tipi ta’ proġetti ffinanzjati

Proġetti għal żmien qasir

L-attivitajiet ta’ skambju jsiru fuq perjodu ta’ 6 xhur sa 18-il xahar. Dawn huma l-aħjar għażla għall-applikanti għall-ewwel darba jew għall-organizzazzjonijiet li jixtiequ jorganizzaw għadd limitat ta’ attivitajiet.

Proġetti akkreditati

Dawn huma miftuħin biss għal organizzazzjonijiet li għandhom akkreditazzjoni tal-Erasmus fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Dan l-istatus ifisser li organizzazzjonijiet akkreditati jistgħu jirċievu finanzjament regolari għall-attivitajiet ta’ skambju li jikkontribwixxu għall-Pjan Erasmus tagħhom (strateġija fil-livell tal-organizzazzjoni għall-bini tal-kapaċitajiet tagħha permezz tal-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kwalità għolja).

Modi oħra kif tissieħeb

L-organizzazzjonijiet jistgħu jieħdu sehem ukoll fi proġetti mingħajr ma jissottomettu applikazzjoni billi

  • jissieħbu f’konsorzju eżistenti tal-mobbiltà tal-Erasmus+ immexxi minn koordinatur akkreditat tal-konsorzju f’pajjiżhom
  • jospitaw parteċipanti minn pajjiż ieħor: kwalunkwe organizzazzjoni tista’ tospita studenti jew persunal li jkunu ġejjin minn organizzazzjoni sieħba barra l-pajjiż. Li ssir organizzazzjoni ospitanti hija esperjenza siewja u mod tajjeb biex titgħallem kif jaħdem il-Programm Erasmus+.

Gwida għall-applikazzjoni

Kuntatti

L-applikazzjonijiet huma mmaniġġjati mill-Aġenzija Nazzjonali fil-pajjiż fejn tkun ibbażata l-organizzazzjoni applikanti.

Sib l-Aġenzija Nazzjonali tiegħek

Dettalji tekniċi

Aqra l-Gwida tal-Programm għad-dettalji tal-attivitajiet iffinanzjati, il-kriterji tal-għażla u l-ammonti tal-baġit.

Tiftix għal sieħeb

Jekk qed tfittex li tissieħeb f’konsorzju eżistenti, tista’ tfittex sħab.

Kriterji kwalitattivi

Meta japplikaw għal finanzjament għal attivitajiet ta’ skambju, l-organizzazzjonijiet jaqblu li jsegwu sett ta’ standards ta’ kwalità tal-Erasmus li jiżguraw kwalità tajba tal-attivitajiet ta’ skambju implimentati.

Għandhom jaħdmu wkoll biex jippromwovu l-inklużjoni u d-diversità, is-sostenibbiltà ambjentali u l-edukazzjoni diġitali permezz tal-attivitajiet tagħhom.

Niżżel

Last updated: