Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Persunal tal-edukazzjoni tal-adulti

X'inhi l-opportunità?

Erasmus+ joffri l-opportunità lill-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni tal-adulti biex jibagħtu jew jirċievu persunal tal-edukazzjoni tal-adulti għal inkarigi ta' tagħlim, kif ukoll biex jagħtu jew jirċievu t-taħriġ.

Kif taħdem?

L-organizzazzjonijiet li jixtiequ jipparteċipaw f'dawn l-opportunitajiet jistgħu jew japplikaw bħala organizzazzjoni individwali jew bħala parti minn "konsorzju ta' mobilità nazzjonali” - grupp ta' organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni tal-adulti mmaniġġjati minn organizzazzjoni koordinatriċi waħda.

Dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jagħmlu parti minn waħda minn tliet kategoriji prinċipali:

  • Organizzazzjonijiet Applikanti - responsabbli mill-applikazzjoni u l-immaniġġjar tal-proġett u jaġixxu wkoll bħala organizzazzjoni li qed tibgħat,
  • Organizzazzjonijiet li qed Jibagħtu - organizzazzjoni bir-responsabbiltà li tagħżel lill-persunal biex tibagħtu barra l-pajjiż u li timmaniġġja l-pagamenti tal-għotja,
  • Organizzazzjonijiet li qed Jirċievu - responsabbli biex jirċievu lill-persunal minn barra l-pajjiż.

L-organizzazzjonijiet li qed jirċievu jridu jkunu fornituri tal-korsijiet jekk il-persunal se jirċievi korsijiet strutturati jew se jipparteċipaw f'avveniment tat-taħriġ. F'każijiet oħrajn, l-organizzazzjoni li qed tirċievi tista' tkun kwalunkwe organizzazzjoni rilevanti attiva fil-qasam, iżda trid tiddeskrivi l-għanijiet u l-attivitajiet minn qabel, kif ukoll id-drittijiet u d-dmirijiet tal-partijiet kollha.

L-organizzazzjonijiet li japplikaw bħala konsorzju jridu jkunu kollha bbażati fl-istess pajjiż, u jridu jiġu identifikati kollha fl-applikazzjoni. L-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha għandhom ikunu minn Pajjiż tal-Programm.

Kif tapplika?

Il-proċess ta' applikazzjoni hu mmaniġġjat mill-Aġenzija Nazzjonali fejn hi bbażata l-organizzazzjoni jew il-konsorzju applikanti. Organizzazzjoni jew konsorzju jista' japplika biss darba kull sessjoni ta' selezzjonijiet, għalkemm l-organizzazzjonijiet jistgħu jieħdu sehem jew jikoordinaw diversi konsorzji differenti.

Kun af aktar

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi s-sors ewlieni ta' informazzjoni għal dawn l-opportunitajiet; fil-Parti B hemm informazzjoni dettaljata dwar il-kriterji tal-għoti, il-kriterji ta' eliġibbiltà u r-regoli ta' finanzjament.

L-Aġenziji Nazzjonali jew, għal Pajjiżi Sħab, l-Uffiċċji Nazzjonali (fejn disponibbli) jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni.