Finanzjament ta’ proġetti ta’ mobbiltà fl-edukazzjoni għolja
Tip ta’ finanzjament
Dan il-finanzjament jista’ jappoġġa lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ
- jibagħtu studenti u persunal barra mill-pajjiż biex jistudjaw, jgħallmu, jew jitħarrġu f’istituzzjonijiet parteċipanti, jew biex jieħdu sehem f’xi traineeship
- jospitaw studenti u persunal minn barra l-pajjiż
Tipi ta’ organizzazzjonijiet
L-organizzazzjonijiet iffinanzjati jistgħu jkunu
- istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja
- kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata attiva fis-suq tax-xogħol jew fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ
L-organizzazzjonijiet li jixtiequ jibbenifikaw minn dawn l-opportunitajiet jistgħu japplikaw bħala
- istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja individwali
- parti minn “konsorzju tal-mobbiltà” — grupp ta’ organizzazzjonijiet ġestiti minn koordinatur wieħed
Id-dettalji tat-tipi ta’ membri tal-konsorzju jinsabu taħt “Kif taċċessa l-opportunitajiet ta’ mobbiltà tal-edukazzjoni għolja tal-Erasmus+?” fil-gwida tal-Programm Erasmus+.
Rekwiżiti
Post
L-organizzazzjonijiet applikanti jridu jkunu stabbiliti f’pajjiż li jkun qed jipparteċipa fil-Programm Erasmus+.
L-organizzazzjonijiet parteċipanti jistgħu jkunu bbażati f’pajjiż li jkun qed jipparteċipa fil-Programm Erasmus+ jew f’pajjiż sieħeb.
Dawn il-pajjiżi huma magħrufa wkoll bħala “Stati Membri tal-UE jew pajjiżi assoċjati mal-Programm” u “pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm”.
Akkreditazzjoni
L-organizzazzjonijiet applikanti individwali jeħtieġu Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE, Erasmus Charter for Higher Education) kemm jekk japplikaw individwalment kif ukoll jekk japplikaw bħala parti minn konsorzju.
Il-konsorzji tal-mobbiltà jeħtieġu akkreditazzjoni Erasmus għall-konsorzji tal-mobbiltà fl-edukazzjoni għolja. Il-koordinatur japplika għal din l-akkreditazzjoni f’isem il-konsorzju.
Kif tapplika
L-applikanti individwali l-ewwel iridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għall-ECHE lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura. Imbagħad, ladarba jingħataw l-ECHE, jissottomettu t-talba tagħhom għall-finanzjament lill-aġenzija nazzjonali tagħhom.
L-applikanti għal konsorzju tal-mobbiltà jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom lill-aġenzija nazzjonali tagħhom. Din l-aġenzija se tivvaluta kemm l-applikazzjoni għall-akkreditazzjoni kif ukoll it-talba għall-finanzjament.
Għal istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja individwali, din hija l-aġenzija fil-pajjiż fejn tkun ibbażata l-istituzzjoni. Għal konsorzju, din hija l-aġenzija fil-pajjiż fejn ikun ibbażat il-koordinatur tal-konsorzju.
Riżorsi u appoġġ għall-applikazzjoni
Last updated: