Moduli Jean Monnet
Profil tal-applikant
- Istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja fi kwalunkwe pajjiż tad-dinja
Dawk stabbiliti fil-Pajjiżi tal-Programm Erasmus+ irid ikollhom Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE) valida.
Tul ta’ żmien: 3 snin, b’tul ta’ żmien minimu ta’ 40 siegħa ta’ tagħlim għal kull sena akkademika fl-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja applikanti.
Is-sigħat ta’ tagħlim jistgħu jinkludu s-sigħat ta’ kuntatt dirett fil-kuntest tal-lezzjonijiet fi grupp, tas-seminars, tas-sessjonijiet ma’ tuturi u jistgħu jinkludu kwalunkwe waħda minn dawn li ssemmew f’forma ta’ tagħlim mill-bogħod iżda ma jinkludux struzzjoni individwali.
Għotja massima: €35,000
X’jikkwalifika bħala Modulu Jean Monnet fl-Edukazzjoni Għolja?
Programm jew kors qasir ta’ tagħlim fil-qasam tal-istudji tal-Unjoni Ewropea f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja, li jiffoka fuq dixxiplina partikolari waħda jew approċċ multidixxiplinari, u li jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
- korsijiet ġenerali jew introduttorji dwar il-kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea (b’mod partikolari fl-istituzzjonijiet u fil-fakultajiet li għad ma għandhomx offerta ta’ korsijiet żviluppata ħafna fil-qasam);
- tagħlim speċjalizzat dwar l-iżviluppi fl-Unjoni Ewropea (b’mod partikolari fl-istituzzjonijiet u fil-fakultajiet li diġà għandhom offerta ta’ korsijiet żviluppata ħafna fil-qasam); jew
- korsijiet tas-sajf u intensivi li huma rikonoxxuti b’mod sħiħ.
X’inhu mistenni mill-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li tospita Modulu Jean Monnet?
Il-Moduli Jean Monnet huma meħtieġa biex iwasslu kontenut tal-UE innovattiv, interessanti u speċifiku lill-istudenti tagħhom; huma għandhom ukoll ixerrdu u jisfruttaw ir-riżultati tal-attivitajiet organizzati tat-tagħlim u tar-riċerka lil hinn mill-ambitu tal-partijiet ikkonċernati involuti direttament.
Il-koordinaturi tal-Moduli Jean Monnet huma mħeġġa:
- jippubblikaw tal-inqas artiklu wieħed rieżaminat bejn il-pari matul il-perjodu tal-għotja;
- jieħdu sehem fl-avvenimenti ta’ tixrid u ta’ informazzjoni fil-livell nazzjonali u Ewropew;
- jorganizzaw avvenimenti (lekċers, seminars, workshops, eċċ.) ma’ dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali (eż. sindki u konsulenti), reġjonali u nazzjonali;
- ixerrdu r-riżultati tal-attivitajiet tagħhom permezz tal-organizzazzjoni ta’ seminars jew ta’ lekċers immirati u adattati għall-pubbliku ġenerali u għar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili;
- jibnu kuntatti ma’ koordinaturi oħra tal-Moduli, taċ-Ċentri ta’ Eċċellenza, tal-Katedri Jean Monnet u tal-Istituzzjonijiet appoġġati;
- japplikaw riżorsi edukattivi miftuħa, jippubblikaw is-sommarji, il-kontenut u l-iskeda tal-attivitajiet tagħhom kif ukoll ir-riżultati mistennija.
Related calls
There are no calls open at the moment
The next round of funding will open towards the end of the year.
Browse the list of previous calls
Last updated: