Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

In-Networks Jean Monnet għall-iskejjel u l-istituti tal-VET

Profil tal-Applikant

Skejjel u fornituri tal-VET fil-pajjiżi kollha tal-programm Erasmus+.

Network irid ikun magħmul minn tal-anqas 5 organizzazzjonijiet minn mill-inqas 3 pajjiżi differenti tal-programm Erasmus+.

Mhux disponibbli għall-individwi.

Tul ta’ żmien: 3 snin

Għotja massima għal kull Network: €300,000 (li jirrappreżentaw massimu ta’ 80% tal-ispejjeż totali)

X’jikkwalifika bħala Network Jean Monnet għall-iskejjel u l-istitut tal-VET?

L-iskambju ta’ prattiki tajbin u t-tagħlim konġunt bejn l-iskejjel u l-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, fi grupp sħiħ ta’ pajjiżi, biex jiġi ffaċilitat fehim komuni dwar metodoloġiji ta’ tagħlim dwar kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Din il-linja tal-Azzjonijiet Jean Monnet hija stabbilita biex tappoġġja attivitajiet li ma jistgħux jinkisbu fil-livell nazzjonali, kif ukoll dawk b’dimensjoni multinazzjonali.

X’inhu mistenni minn Network Jean Monnet?

Se jkunu l-iskejjel/il-fornituri tal-VET innifishom li se jiddefinixxu it-temi li se jaħdmu fuqhom. Dawn jistgħu jinkludu:

  • modi ġodda jew innovattivi biex jiġi indirizzat it-tagħlim ta’ diversi kwistjonijiet tal-UE, inkluża l-proposta ta’ metodoloġiji ġodda u l-ħolqien ta’ għodod li jappoġġjaw lill-istudenti.
  • l-iskambju ta’ prattiki tajbin u esperjenzi ta’ tagħlim ta’ kwistjonijiet tal-UE, inkluż kif dawn jiffaċċjaw sfidi speċifiċi.

L-għalliema jista’ jkollhom esperjenzi ta’ mobbiltà ta’ ftit jiem biex jorganizzaw u jwettqu attivitajiet ta' tagħlim u ta' tutoraġġ konġunti mas-sħab tagħhom.

Skadenzi u formoli ta’ applikazzjoni

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+

Gwida pass pass dwar il-proċess ta’ applikazzjoni

Related funding calls