Katedri Jean Monnet
X’inhu l-għan?
Il-Katedri Jean Monnet huma maħsuba biex:
- japprofondixxu t-tagħlim fl-istudji fuq l-UE inklużi fil-kurrikulu uffiċjali ta’ istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja
- jipprovdu tagħlim profond dwar kwistjonijiet tal-UE f’oqsma li d-domanda għalihom fis-suq tax-xogħol dejjem tikber
Il-Katedri Jean Monnet jitħeġġu wkoll jipprovdu riżorsi edukattivi miftuħa u jinvolvu attivitajiet edukattivi miftuħa fix-xogħol tagħhom biex iżidu l-flessibilità tal-apprendiment u l-aċċessibilità tiegħu.
X’inhi l-opportunità?
L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja (HEIs, Higher education institutions) jistgħu joffru pożizzjoni ta’ għalliem bi speċjalizzazzjoni fl-istudji fuq l-UE għall-professuri universitarji.
L-HEIs parteċipanti mistennija jappoġġaw lid-detentur tal-Katedra fl-attivitajiet ta’ tagħlim, riċerka u riflessjoni tiegħu, u jippermettu lil firxa wiesgħa ta’ kurrikuli jibbenefikaw mill-korsijiet.
Kif taħdem din il-ħaġa?
Organizzazzjoni li tkun biħsiebha tapplika għal membru tal-persunal permanenti trid tkun HEI stabbilita fi kwalunkwe pajjiż. Jekk l-HEI tkun tinsab f’pajjiż tal-programm, din irid ikollha Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE, Erasmus Charter for Higher Education) valida.
Dawk fil-pajjiżi sħab ma jeħtiġux ECHE.
Din l-opportunità mhijiex disponibbli għall-individwi.
Durata u attivitajiet
Katedra Jean Monnet irid ikollha durata ta’ 3 snin u mill-inqas 90 siegħa ta’ tagħlim f’sena akkademika fil-qasam tal-istudji fuq l-Unjoni Ewropea fl-istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja applikanti min-naħa tad-detentur tal-Katedra.
Detentur tal-katedra jrid ukoll iwettaq tal-inqas attività addizzjonali kull sena akkademika.
Id-90 siegħa jinkludu lekċers fi grupp, seminars, u tutorials, inkluż fil-format ta’ tagħlim mill-bogħod, iżda mhux struzzjoni individwali.
Detentur tal-Katedra jrid ikun membru permanenti tal-persunal fl-istituzzjoni applikanti bil-grad ta’ “Professur”; ma jistax ikun professur mistieden meta japplika.
Għotja
L-għotja massima għal kull Katedra hija ta’ €60,000.
X’hemm iktar li għandek tkun taf?
Jekk ikun meħtieġ li detentur tal-Katedra jiġi sostitwit, trid tintbagħat talba bil-miktub lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura, u s-sostitut propost irid ikollu l-istess livell ta’ speċjalizzazzjoni tad-detentur tal-Katedra li dan ikun se jissostitwixxi.
Related calls
There are no calls open at the moment
The next round of funding will open towards the end of the year.
Browse the list of previous calls
Skopri aktar
Il-gwida tal-programm Erasmus+ hi s-sors ewlieni ta’ informazzjoni dwar il-Katedri Jean Monnet, għalkemm hi disponibbli aktar informazzjoni dwar il-proċess tal-applikazzjoni mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura.
Għal aktar informazzjoni tista’ tikkuntattja lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura jew lill-Kummissjoni Ewropea.
Last updated: