Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Sħubijiet għall-Kooperazzjoni

X'inhu l-għan?

Is-sħubiji għall-kooperazzjoni huma proġetti transnazzjonali mfasslin biex jiżviluppaw u jaqsmu prattiki innovattivi u jippromwovu l-kooperazzjoni, it-tagħlim bejn il-pari, u l-iskambji ta’ esperjenzi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ.

 B’mod ġenerali, is-sħubijiet għall-kooperazzjoni għandhom l-għan li jindirizzaw prijoritajiet orizzontali kif ukoll prijoritajiet speċifiċi għall-qasam fl-oqsma li ġejjin

  • l-edukazzjoni għolja
  • l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali
  • l-edukazzjoni fl-iskejjel
  • l-edukazzjoni għall-adulti
  • iż-żgħażagħ
  • l-isport

Hemm żewġ tipi ta’ Sħubijiet għall-Kooperazzjoni – Sħubijiet għall-Kooperazzjoni u Sħubijiet fuq Skala Żgħira.

Aktar informazzjoni dwar il-prijoritajiet orizzontali speċifiċi għall-qasam hi disponibbli fil-Gwida tal-Programm.

X'inhuma l-opportunitajiet?

Sħubijiet għall-Kooperazzjoni

Dawn jipprovdu opportunitajiet għal varjetà wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet pubbliċi, privati u mhux governattivi biex jimplimentaw firxa wiesgħa ta’ attivitajiet.

Skont l-objettivi tal-proġett, l-organizzazzjonijiet parteċipanti involuti, jew l-impatt mistenni, il-proġetti kollha (Sħubijiet għall-Kooperazzjoni u Sħubijiet fuq Skala Żgħira) għandhom ikunu mmirati b’mod proporzjonali lejn

  • it-titjib tal-kwalità tal-ħidma, tal-attivitajiet u tal-prattiki tal-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet involuti, filwaqt li jkunu miftuħa għal atturi ġodda, mhux inklużi b’mod naturali f’settur wieħed
  • il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet biex jaħdmu b’mod tranżnazzjonali u fis-setturi kollha
  • l-indirizzar tal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet komuni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport
  • l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni u tal-bidla (fil-livell individwali, organizzattiv jew settorjali), li jwasslu għal titjib u approċċi ġodda, fi proporzjon mal-kuntest ta’ kull organizzazzjoni

Sħubijiet fuq Skala Żgħira

Din hi azzjoni mfassla biex twassa’ l-aċċess għal atturi fuq skala żgħira u individwi li huma diffiċli biex jintlaħqu fl-oqsma tal-edukazzjoni fl-iskejjel, l-edukazzjoni għall-adulti, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport. Bħala tali dawn is-sħubijiet għandhom ikunu mmirati lejn

  • l-attrazzjoni u t-twessigħ tal-aċċess għall-parteċipanti l-ġodda, għall-organizzazzjonijiet b’anqas esperjenza u għall-atturi fuq skala żgħira għall-programm. Dawn is-sħubijiet għandhom iservu bħala l-ewwel pass għall-organizzazzjonijiet fil-kooperazzjoni fil-livell Ewropew
  • l-appoġġ tal-inklużjoni ta’ gruppi fil-mira b’anqas opportunitajiet
  • l-appoġġ liċ-ċittadinanza Ewropea attiva u t-twassil tad-dimensjoni Ewropea fil-livell lokali

Fl-ambitu tal-objettivi tal-proġett, hemm ukoll opportunitajiet għall-istudenti u l-istaff biex jitgħallmu, jitħarrġu, jew biex jgħallmu barra mill-pajjiż, sa fejn dawn l-attivitajiet transnazzjonali ta’ tagħlim, taħriġ u apprendiment jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-proġett.

Kif jaħdem?

L-organizzazzjonijiet parteċipanti bil-ħsieb li japplikaw għal opportunità jridu jkunu bbażati f'Pajjiż tal-Programm.

L-applikazzjonijiet iridu jitmexxew minn organizzazzjoni stabbilita f’Pajjiż tal-Programm u jridu jinvolvu mill-anqas tliet organizzazzjonijiet għal Sħubijiet għall-Kooperazzjoni u mill-anqas żewġ organizzazzjonijiet għal Sħubijiet fuq Skala Żgħira minn Pajjiżi tal-Programm differenti. Organizzazzjonijiet minn Pajjiżi Sħab jistgħu jkunu involuti bħala sħab (mhux bħala applikanti) fi Sħubijiet għall-Kooperazzjoni, jekk il-parteċipazzjoni tagħhom iġġib magħha valur miżjud essenzjali għall-proġett.

L-applikazzjonijiet jistgħu jinkludu kwalunkwe numru ta' organizzazzjonijiet.

X'jeħtieġlek tkun taf aktar?

Is-Sħubijiet għall-Kooperazzjoni jista’ jkollhom tul ta’ żmien differenti skont it-tip tagħhom. Id-dettalji u l-ammonti tal-għotjiet huma disponibbli fil-Gwida tal-Programm għal

  • Sħubijiet għall-Kooperazzjoni
  • Sħubijiet fuq Skala Żgħira

Kif tapplika?

L-applikazzjonijiet għandhom b’mod ġenerali jiġu sottomessi lill-Aġenzija Nazzjonali tal-Pajjiż tal-Programm li fih hi stabbilita l-organizzazzjoni li qed tapplika.

Fil-każ ta’ proġetti mressqin minn NGOs Ewropej jew fil-qasam tal-isport, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura.

Related funding calls