Sħubijiet għall-Kooperazzjoni
X'inhu l-għan?
Is-sħubiji għall-kooperazzjoni huma proġetti transnazzjonali mfasslin biex jiżviluppaw u jaqsmu prattiki innovattivi u jippromwovu l-kooperazzjoni, it-tagħlim bejn il-pari, u l-iskambji ta’ esperjenzi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ.
B’mod ġenerali, is-sħubijiet għall-kooperazzjoni għandhom l-għan li jindirizzaw prijoritajiet orizzontali kif ukoll prijoritajiet speċifiċi għall-qasam fl-oqsma li ġejjin
- l-edukazzjoni għolja
- l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali
- l-edukazzjoni fl-iskejjel
- l-edukazzjoni għall-adulti
- iż-żgħażagħ
- l-isport
Hemm żewġ tipi ta’ Sħubijiet għall-Kooperazzjoni – Sħubijiet għall-Kooperazzjoni u Sħubijiet fuq Skala Żgħira.
Aktar informazzjoni dwar il-prijoritajiet orizzontali speċifiċi għall-qasam hi disponibbli fil-Gwida tal-Programm.
X'inhuma l-opportunitajiet?
Sħubijiet għall-Kooperazzjoni
Dawn jipprovdu opportunitajiet għal varjetà wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet pubbliċi, privati u mhux governattivi biex jimplimentaw firxa wiesgħa ta’ attivitajiet.
Skont l-objettivi tal-proġett, l-organizzazzjonijiet parteċipanti involuti, jew l-impatt mistenni, il-proġetti kollha (Sħubijiet għall-Kooperazzjoni u Sħubijiet fuq Skala Żgħira) għandhom ikunu mmirati b’mod proporzjonali lejn
- it-titjib tal-kwalità tal-ħidma, tal-attivitajiet u tal-prattiki tal-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet involuti, filwaqt li jkunu miftuħa għal atturi ġodda, mhux inklużi b’mod naturali f’settur wieħed
- il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet biex jaħdmu b’mod tranżnazzjonali u fis-setturi kollha
- l-indirizzar tal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet komuni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport
- l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni u tal-bidla (fil-livell individwali, organizzattiv jew settorjali), li jwasslu għal titjib u approċċi ġodda, fi proporzjon mal-kuntest ta’ kull organizzazzjoni
Sħubijiet fuq Skala Żgħira
Din hi azzjoni mfassla biex twassa’ l-aċċess għal atturi fuq skala żgħira u individwi li huma diffiċli biex jintlaħqu fl-oqsma tal-edukazzjoni fl-iskejjel, l-edukazzjoni għall-adulti, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport. Bħala tali dawn is-sħubijiet għandhom ikunu mmirati lejn
- l-attrazzjoni u t-twessigħ tal-aċċess għall-parteċipanti l-ġodda, għall-organizzazzjonijiet b’anqas esperjenza u għall-atturi fuq skala żgħira għall-programm. Dawn is-sħubijiet għandhom iservu bħala l-ewwel pass għall-organizzazzjonijiet fil-kooperazzjoni fil-livell Ewropew
- l-appoġġ tal-inklużjoni ta’ gruppi fil-mira b’anqas opportunitajiet
- l-appoġġ liċ-ċittadinanza Ewropea attiva u t-twassil tad-dimensjoni Ewropea fil-livell lokali
Fl-ambitu tal-objettivi tal-proġett, hemm ukoll opportunitajiet għall-istudenti u l-istaff biex jitgħallmu, jitħarrġu, jew biex jgħallmu barra mill-pajjiż, sa fejn dawn l-attivitajiet transnazzjonali ta’ tagħlim, taħriġ u apprendiment jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-proġett.
Kif jaħdem?
L-organizzazzjonijiet parteċipanti bil-ħsieb li japplikaw għal opportunità jridu jkunu bbażati f'Pajjiż tal-Programm.
L-applikazzjonijiet iridu jitmexxew minn organizzazzjoni stabbilita f’Pajjiż tal-Programm u jridu jinvolvu mill-anqas tliet organizzazzjonijiet għal Sħubijiet għall-Kooperazzjoni u mill-anqas żewġ organizzazzjonijiet għal Sħubijiet fuq Skala Żgħira minn Pajjiżi tal-Programm differenti. Organizzazzjonijiet minn Pajjiżi Sħab jistgħu jkunu involuti bħala sħab (mhux bħala applikanti) fi Sħubijiet għall-Kooperazzjoni, jekk il-parteċipazzjoni tagħhom iġġib magħha valur miżjud essenzjali għall-proġett.
L-applikazzjonijiet jistgħu jinkludu kwalunkwe numru ta' organizzazzjonijiet.
X'jeħtieġlek tkun taf aktar?
Is-Sħubijiet għall-Kooperazzjoni jista’ jkollhom tul ta’ żmien differenti skont it-tip tagħhom. Id-dettalji u l-ammonti tal-għotjiet huma disponibbli fil-Gwida tal-Programm għal
- Sħubijiet għall-Kooperazzjoni
- Sħubijiet fuq Skala Żgħira
Kif tapplika?
L-applikazzjonijiet għandhom b’mod ġenerali jiġu sottomessi lill-Aġenzija Nazzjonali tal-Pajjiż tal-Programm li fih hi stabbilita l-organizzazzjoni li qed tapplika.
Fil-każ ta’ proġetti mressqin minn NGOs Ewropej jew fil-qasam tal-isport, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura.
Related calls
There are no calls open at the moment
The next round of funding will open towards the end of the year.
Browse the list of previous calls
Last updated: