Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Bini tal-kapaċità (żgħażagħ)

Dwar l-opportunità

Il-proġetti ta’ bini tal-kapaċità huma proġetti ta’ kooperazzjoni internazzjonali bbażati fuq sħubijiet multilaterali bejn organizzazzjonijiet attivi fil-qasam taż-żgħażagħ. L-azzjoni għandha l-għan li

  • iżżid il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet li jaħdmu maż-żgħażagħ barra mill-apprendiment formali;
  • tippromwovi attivitajiet ta’ tagħlim mhux formali f’pajjiżi mhux tal-UE li mhumiex assoċjati mal-Programm, speċjalment immirati lejn iż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet, biex itejbu l-livell ta’ kompetenzi u jħeġġu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà
  • tappoġġja l-ħidma fost iż-żgħażagħ f’pajjiżi mhux tal-UE li mhumiex assoċjati mal-Programm, filwaqt li ttejjeb il-kwalità u r-rikonoxximent tiegħu
  • tappoġġja skemi ġodda ta’ mobbiltà għat-tagħlim mhux formali f’pajjiżi mhux tal-UE li mhumiex assoċjati mal-Programm
  • tikkontribwixxi għall-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2019-2027)
  • tagħlaq l-lakuni mas-sistemi edukattivi formali u/jew mas-suq tax-xogħol

Min jista’ jappilka

Koordinaturi

It-tipi ta’ organizzazzjoni li ġejjin jistgħu japplikaw bħala koordinatur.

  • NGOs (inklużi NGOs Ewropej taż-Żgħażagħ u Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ) li jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ
  • awtoritajiet pubbliċi lokali, reġjonali jew nazzjonali

Dawn japplikaw f’isem l-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha.

Parteċipanti oħrajn

Kwalunkwe organizzazzjoni, pubblika jew privata, bl-entitajiet affiljati tagħha (jekk ikun hemm), li taħdem maż-żgħażagħ jew għalihom barra mill-ambjenti formali stabbiliti fi Programm Erasmus+ jew Pajjiż Sieħeb tista’ tieħu sehem.

Fost l-eżempji nsibu

  • organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, assoċjazzjonijiet, NGOs (inklużi NGOs Ewropej taż-Żgħażagħ)
  • Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ
  • awtoritajiet pubbliċi fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali
  • istituzzjonijiet tal-edukazzjoni jew tar-riċerka
  • fondazzjonijiet

Filwaqt li proġetti ta’ bini tal-kapaċità huma mmirati lejn dawn it-tipi ta’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, jistgħu jiġu inklużi kumpaniji pubbliċi jew privati. Eżempji huma intrapriżi żgħar, ta’ daqs medju jew kbar, inklużi intrapriżi soċjali. Madankollu, irid jintwera valur miżjud ċar. Fl-għan tal-bini tal-kapaċità, il-kompiti ta’ koordinazzjoni għandhom ikunu limitati għal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

Tul ta’ żmien

Sena, sentejn jew 3 snin. Dan għandu jintgħażel fl-istadju tal-applikazzjoni, ibbażat fuq l-għan tal-proġett u fuq it-tip ta’ attivitajiet imbassra tul iż-żmien.

Kif tapplika

Skopri kif tikseb għotja, u fittex opportunitajiet oħra ta’ finanzjament.

Skopri aktar

Aqra aktar dettalji fit-taqsima dwar il-bini tal-kapaċità fil-Gwida tal-Programm Erasmus+.

Related funding calls

Find out more

Read more details in the section on capacity building in the Erasmus+ Programme Guide.