Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Alleanzi għall-Innovazzjoni

Dwar l-opportunità

L-Alleanzi għall-Innovazzjoni għandhom l-għan li jagħtu spinta lill-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa permezz ta’ kooperazzjoni u ta’ fluss ta’ għarfien imsaħħa fost l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (kemm inizjali kif ukoll kontinwi), in-negozji u l-ambjent soċjoekonomiku usa’, inkluża r-riċerka.

Huma għandhom ukoll l-għan li jinkuraġġixxu ħiliet ġodda u jindirizzaw in-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet billi jfasslu kurrikuli ġodda għall-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ sens ta’ inizjattiva u ta’ mentalità intraprenditorjali fl-UE.

X’inhu kopert

L-eżempji jinkludu:

Lott 1 (Alleanzi għall-Edukazzjoni u l-Intrapriżi)

  • spinta lill-innovazzjoni fl-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u n-negozju
  • żvilupp tal-intraprenditorija u l-ħiliet
  • stimolu tal-fluss u tal-iskambju tal-għarfien bejn l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u n-negozju

Lott 2 (Alleanzi għall-Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet)

  • tfassil ta’ approċċi strateġiċi pan-Ewropej għall-kooperazzjoni settorjali dwar il-ħiliet
  • tfassil ta’ kurrikuli u programmi ta’ taħriġ ewlenin Ewropej

Min jista’ japplika

Għaż-żewġ Lottijiet

L-organizzazzjonijiet interessati li jipparteċipaw għandhom jagħmlu dan bħala konsorzju.

Lott 1

  • irid ikopri mill-inqas 4 pajjiżi tal-Programm, li jinvolvu minimu ta’ 8 sħab sħaħ
  • irid jinkludi mill-inqas 3 intrapriżi (jew kumpaniji, jew organizzazzjonijiet intermedjarji rappreżentattivi, bħal kmamar, trade unions jew assoċjazzjonijiet tal-kummerċ) u 3 fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ (VET u/jew HEIs), bħala sħab sħaħ
  • għandu jinkludi mill-inqas istituzzjoni waħda ta’ HE u fornitur wieħed tal-VET involuti bħala sieħeb sħiħ f’kull proposta

Lott 2

  • irid ikopri mill-inqas 8 pajjiżi tal-Programm, li jinvolvu minimu ta’ 12-il sħab sħaħ
  • irid jinkludi 5 atturi tas-suq tax-xogħol (intrapriżi jew kumpaniji, jew rappreżentanti tal-industrija jew tas-settur, bħal kmamar, trade unions jew assoċjazzjonijiet tal-kummerċ) u mill-inqas 5 fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ (VET u/jew HEIs) bħala sħab sħaħ
  • għandu jinkludi mill-inqas istituzzjoni waħda ta’ HE u fornitur wieħed tal-VET involuti bħala sieħeb sħiħ f’kull proposta

Kif tapplika

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fis-sejħiet annwali għall-proposti ppubblikati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Related funding calls