Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Azzjonijiet tal-Isport

L-azzjonijiet tal-Erasmus+ fil-qasam tal-isport jippromwovu l-parteċipazzjoni fl-isport, l-attività fiżika u l-attivitajiet volontarji.

Huma maħsuba biex jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà u dawk relatati mal-isport. L-opportunitajiet huma disponibbli għal organizzazzjonijiet taħt 3 Sejħiet li jindirizzaw dawn l-isfidi.

L-azzjonijiet

Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni

Maħsuba għall-organizzazzjonijiet biex jiżviluppaw u jimplimentaw attivitajiet konġunti biex jippromwovu (fost l-oħrajn) l-isport u l-attività fiżika, kif ukoll jindirizzaw theddid għall-integrità tal-isport (bħad-doping u l-logħob mixtri), jippromwovu karrieri doppji għall-atleti, itejbu l-governanza tajba, u jrawmu t-tolleranza u l-inklużjoni soċjali.

Tgħallem aktar u applika

Sħubijiet fuq Skala żgħira

Maħsuba għal organizzazzjonijiet fil-livell lokali, organizzazzjonijiet b’inqas esperjenza u parteċipanti ġodda fil-Programm. Is-Sħubijiet fuq Skala żgħira għandhom amministrazzjoni aktar sempliċi, għotjiet iżgħar u huma iqsar mis-Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni.

Tgħallem aktar u applika

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta' qligħ

Maħsuba biex jinkoraġġixxu l-attività sportiva, jimplimentaw l-istrateġiji tal-UE għall-inklużjoni soċjali permezz tal-isport, irawmu l-volontarjat fl-isport, jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni u jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fl-isport u l-attività fiżika.

Tgħallem aktar u applika