Skip to main content

Erasmus+

EU programme for education, training, youth and sport

Finanzjament għall-iskambji u l-attivitajiet taż-żgħażagħ

Dan il-finanzjament huwa disponibbli għal diversi tipi ta’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jew gruppi ta’ żgħażagħ (ara d-definizzjoni teknika ta’ “Grupp informali ta’ żgħażagħ”).

Kif tapplika għal dawn il-proġetti

L-organizzazzjonijiet għandhom iżuru s-sit web tal-Aġenzija Nazzjonali tagħhom biex isibu opportunitajiet ta’ finanzjament u japplikaw għalihom.

Tip ta’ proġetti ffinanzjati

Skambji taż-żgħażagħ

Attivitajiet koperti

Perjodi qosra ta’ skambju għal gruppi ta’ żgħażagħ barra mill-ambjent tal-iskola tagħhom. Dawn jistgħu jinkludu programmi fejn iż-żgħażagħ jitgħallmu u jiskambjaw waqt sessjonijiet ta’ ħidma, eżerċizzji, dibattiti, logħob ta’ rwol, u attivitajiet fl-apert.

L-esperjenzi ta’ apprendiment tal-parteċipanti huma rikonoxxuti permezz ta’ Youthpass.

Durata

L-iskambji taż-żgħażagħ idumu bejn 5 ijiem u 21 jum. Dan il-perjodu jeskludi ż-żmien tal-ivvjaġġar.

Appoġġ finanzjarju

L-għotja tal-Erasmus+ tappoġġa l-ivvjaġġar kif ukoll l-ispejjeż prattiċi u dawk relatati mal-attivitajiet meħtieġa għall-iskambju. Ir-regoli dwar il-finanzjament jinsabu fil-Gwida tal-Programm.

Kundizzjonijiet

L-iskambji taż-żgħażagħ huma miftuħin għall-persuni ta’ bejn it-13 u t-30 sena. Biex tmexxi grupp fi skambju taż-żgħażagħ irid ikollok imqar 18-il sena.

Persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

Attivitajiet koperti

Proġetti ta’ organizzazzjonijiet biex jgħinu lill-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ fl-iżvilupp professjonali u n-networking tagħhom. Fost dawn l-attivitajiet insibu seminars, korsijiet ta’ taħriġ, avvenimenti ta’ networking, żjarat ta’ studju, jew perjodi ta’ job shadowing/osservazzjoni barra mill-pajjiż.

Durata

Bejn 3 xhur u 24 xahar.

Appoġġ finanzjarju

L-ammonti ta’ finanzjament jiddependu minn diversi fatturi, fosthom l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza. Id-dettalji kollha dwar il-baġit huma disponibbli fil-Gwida tal-Programm.

Kundizzjonijiet

L-attivitajiet iridu jsiru fil-pajjiż ta’ waħda mill-organizzazzjonijiet parteċipanti. Il-proġetti jistgħu jinkludu sa 50 persuna. L-attivitajiet tagħhom jistgħu jdumu bejn jumejn u 60 jum.

Attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ

Attivitajiet koperti

Proġetti li jippermettu liż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom fil-ħajja ċivika, kulturali u politika. Jekk jieħdu sehem ikunu jistgħu jsemmgħu leħinhom dwar suġġetti li huma importanti għalihom.

L-attivitajiet jistgħu jsiru barra mill-ambjenti tal-edukazzjoni jew tat-taħriġ formali.

Durata

Il-proġetti jistgħu jdumu bejn 3 xhur u 24 xahar. Dan il-perjodu jinkludi fażijiet ta’ tħejjija, ta’ implimentazzjoni u ta’ segwitu.

Appoġġ finanzjarju

L-għotja tal-Erasmus+ tappoġġa l-ispejjeż prattiċi u dawk relatati mal-attivitajiet meħtieġa għall-proġetti. Id-dettalji dwar l-għotjiet massimi disponibbli jinsabu fil-Gwida tal-Programm.

Kundizzjonijiet

L-attivitajiet għandhom jitmexxew miż-żgħażagħ u jistgħu jiġu implimentati minn gruppi informali ta’ żgħażagħ jew organizzazzjonijiet li jaħdmu maż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ għandhom ikunu involuti b’mod attiv f’kull stadju tal-proġett.

Gwida teknika dwar dawn l-opportunitajiet ta’ finanzjament

L-organizzazzjonijiet jistgħu jsibu informazzjoni dettaljata dwar il-kundizzjonijiet, l-aspettattivi u r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà fil-Gwida tal-Programm:

Dettalji tekniċi dwar l-iskambji taż-żgħażagħ

Dettalji tekniċi dwar il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

Dettalji tekniċi dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ

Last updated:

Please don’t forget the captcha